Salmi

L-Ewwel Ktieb

It-Tieni Ktieb

It-Tielet Ktieb

Ir-Raba’ Ktieb

Il-Hames Ktieb (hawn)

IL-HAMES KTIEB

107 (106) Alla jsalva ’l bniedem minn kull saram

107 Innu ta’ radd il-hajr, imnebbah mit-tieni taqsima ta’ Isaija; ifakkar fil-beneficcji tal-Providenza: l-ezodu (vv 4-9), il-migja lura mill-ezilju (vv 10-16), l-ghajnuniet divini lil dawk li jbatu (vv 17-22) u lil dawk li jinsabu jterrqu l-ibhra (vv 23-32). L-epilogu (vv 33-43) jizviluppa t-tema tal-Kotba ta’ l-Gherf tal-qlib ta’ fuq taht tal-kundizzjonijiet. Ritornell imtenni fil-vv 6 u 8; 13 u 15; 19 u 21; 28 u 31.

107, 1 S 100, 5+

107, 3 n-nofsinhar: jamin; TM jgib: "bahar", jam. - Dan il-preludju jistieden ghat-tifhir lil dawk li gew lura mill-ezilju.

107, 7 Sijon, li jippersonifika l-art imweghda kollha kemm hi. L-ezodu u l-migja lura fl-art imweghda kienu diga` ghal Is 40w, ix-xbieha tar-ritorn mill-ezilju.

107, 20 mit-telfien: TM jgib: "mill-oqbra taghhom"; mixxehitotam; tr. bhala x’aktarx "mill-qabar hatfilhom hajjithom", mixxahat hajjatam.

107, 29 S 89, 10+

107, 30 S 65, 8+

107, 35 Is 41, 18+

108 (107) Innu ta’ filghodu u talba ta’ gens

108 Gabra flimkien ta’ taqsimiet ta’ salmi ohra li saret iktar tard u wara t-tiswir tal-gabra elohista. Min ifforma l-ktieb qieghed biswit xulxin, b’xi tibdiliet, is-salmi 57, 8-12 u 60, 7-14. Ara n-noti relattivi.

109 (108) Salm ta’ bniedem kalunnjat

109 Akkuzat falz u kkalunjat, il-fidil jitlob vendetta divina (ara Ger 11, 20; 18, 19w u S 5, 11+). Il-litanija ta’ xewqat ta’ deni (vv 6-19) tigbor ukoll, fi stil orjentali, daghwiet esagerati. Huwa possibbli li l-vv 6-15 jirrapprezentaw il-kliem ta’ mibgheda ta’ l-akkuzatur (ara vv 2-3) u li dak li jigi wara hu t-twegiba tal-fidil, li jsejjah b’qawwa ghal kontra l-avversarju tieghu li tigi applikata l-ligi ta’ tpattija (ghajn b’ghajn, sinna b’sinna) (vv 16-20, ara Ez 21, 25+).

109, 4 imma jiena bqajt nitlob: Tr. "filwaqt li qed nitlob": litt. "u jiena, talb (wahdi)"; ohrajn igibu "u jien m’jienix hlief talb (wahdi)".

109, 6 min jixlih: "xitan", isem li gie mbaghad moghti lix-xitan (ara Gob 1, 6+). Bhall-avukat (v 31), huwa joqghod fuq il-lemin ta’ l-akkuzat (Zak 3, 1; Gob 30, 12).

109, 10 jitkeccew: skond LXX; TM jgib: "huma jfittxu".

109, 17 Sahta w barka hawn jigu personifikati.

109, 18 Riferenza li tabilhaqq tista’ tkun wahda ghar-ritwal qadim ta’ l-ilma morr, deskritt f’Num 5, 11-31.

109, 19 S 76, 11+

109, 21 S 103, 8+

110 (109) Is-sacerdozju tal-Messija

110 Il-prerogattivi tal-Messija, regalita` u sacerdozju (ara 2 Sam 7, 1+; Zak 6, 12w), ma jitnisslux minn xi ghoti ta’ dinjita` gejja mid-dinja; l-istess nistghu nghidu ghall-prerogattivi tal-misterjuz Melkisedek (Gen 14, 18+). Kristu jgib fis-sehh ghalkollox din it-tehbira (ara Mt 22, 44p; 27, 11; 28, 18; Atti 2, 34w; Lhud 1, 13; Apk 19, 11.16).

110, 1 Atti 2, 33-35+

110, 1 Oqghod fuq leminti: Kristu mqajjem mill-mewt joqghod fuq il-lemin tal-Missier (Rum 8, 34; Lhud 10, 12; 1 Pt 3, 22). Ghax-xbieha ta’ l-ghedewwa uzati bhala mirfes, ara Goz 10, 24; Dan 7, 14.

110, 3 Vers difficli. TM jgib: "Il-poplu tieghek hu ghoti bla qies fil-jum tal-qawwa tieghek (vokalizzazzjoni zbaljata), f’qima qaddisa minn guf is-sebh (kelma mhux certa), lilek in-nida ta’ zghozitek". LXX jgib: "Tieghek is-setgha... mill-guf, mis-sebh jiena nissiltek" (ara 2, 7). Tr. "Tieghek is-setgha sa minn jum twelidek... mis-sebh ta’ zghozitek". - fuq l-gholjiet imqaddsa: skond 83 mss, Glormu u Simmacus; tr. "kull gmiel qaddis".

110, 4 Gen 14, 18+

110, 5 Huwa Sidi li se joqghod fuq it-tron biex jaghmel il-gudizzju eskatologiku. - Gesu`, Messija u Bin Alla, rega’ kiseb ghalih dan il-gudizzju (Mt 24, 30; 26, 64; Gw 5, 22; ara Atti 7, 56; 10, 42; 17, 31).

110, 7 Il-Messija jixrob minn wied it-tigrib (18, 5+; 32, 6; 66, 12) jew min-nixxiegha tal-grazzji divini (36, 9; 46, 5; Ezek 47), sens li hjoqghod ahjar f’dan il-kuntest. Jew inkella, qiesu l-gwerrier li, waqt li jkun qed jigri wara l-ghedewwa tieghu, jieqaf biss ghal waqt wiehed biex jixrob mill-ilma gieri (Mh 7, 5; 15, 18; 1 Sam 30, 9). - jerfa’ ’l fuq rasu: dan it-test jigi applikat ghal Kristu li jbati u glorifikat (ara Fil 2, 7-11).

111 (110) Tifhir ghall-opri ta’ Alla

111 Salm "alfabetiku", bhal dak ta’ warajh li ghandu minnu f’dak li hu taghlim, stil u struttura poetika.

111, 4 S 103, 8+

111, 4 Bic-celebrazzjoni tal-festi ta’ kull sena (ara Ez 23, 14+).

111, 5 Riferenza ghall-mirakli tal-manna u tas-summien (Ez 16, 1+).

111, 10 Prov 1, 7+

112 (111) Tifhir ghall-bniedem gust

112 Espressjonijiet applikati ghal Alla fis-salm ta’ qabel qeghdin hawn jigu applikati ghall-bniedem gust.

112, 3 Fl-istess hin il-virtu` tieghu u l-hena li tinghata b’rikumpens.

112, 4 Ghall-gust jigi hekk applikat dak li jinghad band’ohra dwar Alla (18, 29; 27, 1). Tr. "Ifegg fid-dlam bhad-dawl ghall-gusti, twajjeb, hanin u gust".

112, 9 rasu merfugha bil-gieh: versett spjegattiv tal-versett ta’ qabel, hawn mizjud mieghu, izda wkoll xi kultant migjub wahdu minfloku.

113 (112) Lil Alla glorjuz u kollu hniena

113 Dan l-innu kien jibda l-Hallel (113-118), li l-lhud kienu jghidu flimkien fl-okkazjoni tal-fest l-kbar u, b’mod specjali fil-bankett ta’ l-Ghid (ara Mt 26, 30p).

113, 9 Bhal Saraj (Gen 16, 1; 17, 15-21; 18, 9-15; 21, 1-7) u Anna (1 Sam 1-2). Hawn l-enfasi` hu fuq l-unur li qed isir lil dawn in-nisa: mara kienet normalment tibqa’ bilwieqfa biex taqdi lill-ohrajn. - Hallelujah: skond TM; LXX jghaqqadha mal-bidu tas-salm li jmiss.

114 (113A) Innu ta’ l-Ghid

114 Maghqud b’mod zbaljat mas-salm ta’ wara mill-verzjonijiet, dan l-innu jqieghed biswit xulxin (ara 66, 6+) il-moghdija mill-Bahar tal-Qasab u mix-xmara Gordan (Ez 14 u Goz 3).

114, 2 Ez 19, 6+

114, 8 Ez 17, 1-7+

115 (113B) L-uniku Alla veru

115 Twiddiba ghall-fiducja li tfakkar fil-qawwa ta’ Jahwe` u x-xejn ta’ l-idoli: mregga’ lura mill-ezilju, il-poplu m’ghadx aktar ghandu ghaliex jitlef il-kuragg.

115, 9-11 Nergghu nsibu dawn it-tliet klassijiet f’ 118, 2-4; "Dawk li jibzghu mill-Mulej" huma l-proseliti (ara 15, 4+).

115, 17 Is 38, 18-19+

115, 18 ahna li nbierku: skond TM; "ahna, il-hajjin, li nbierku" skond LXX. - Hallelujah: skond TM; LXX jghaqqadha mal-bidu tas-salm li jmiss. L-istess haga ghaz-zewg salmi li jmissu.

116 (114+115) Radd il-hajr

116, 2 fil-jum li fih: skond is-sirjak; TM jgib "u f’jiemi".

116, 3 l-irbit: skond Glormu; TM jgib: "id-dieqa" u fi tmiem il-v. "jiena nsib".

116, 5 Ez 34, 6+

116, 8 Ghax mill-mewt helisli ’l hajti: jew "hu heles lili": fejn insibu hu skond verzjonijiet, filwaqt li TM jgib "int (hlist)"; minflok lili ebr. igib "(lil) ruhi"; hlief ghal "heles" jew "hlist", kliem iehor f’dan il-versett x’aktarx mizjud; ikompli "lil ghajnejja...".

(115 Vulg.)

116, 10 Hawn jibda S 115 skond LXX u vulg.

116, 13 Rit ta’ radd il-hajr mizmum sew fil-liturgija gudajka sew f’dik nisranija (ara 1 Kor 10, 16).

 

116, 15 Il-versjonijiet interpretaw dan it-test skond id-domma tal-qawmien mill-imwiet. Tr. "tiswa (hafna)... il-mewt...", fis-sens li min joqtol lil hbieb Alla jkun qed jikser kull rabta mieghu (ara 6, 6+).

116, 17 Lev 7, 11+

116, 18 Lev 7, 11+

117 (116) Stedina ghat-tifhir

117, 1 Rum 15, 11

118 (117) Liturgija ghall-festa ta’ l-Gherejjex

118 Dan il-kant jaghlaq il-Hallel (ara 113, 1+). Hemm invitatorju, jew kliem ta’ stedina (vv1-4) li jinghad qabel l-innu ta’ radd il-hajr billi jigi mqieghed fuq xufftejn il-migemgha personifikata u jintemm bil-gbir tat-twegibiet (vv 19w. 25w), li kienu jinghadu minn diversi gruppi filwaqt li l-purcissjoni kienet diehla lura fit-tempju. Dan kollu x’aktarx li kien jintuza ghall-festa li tinsab imfissra f’Neh 8, 13-18 (ara Esd 3, 4; Zak 14, 16; Ez 23, 14+; ara wkoll Esd 3, 11).

118, 1 S 100, 5+

118, 2 S 115, 9-11+

118, 2 Ha jghidu wlied Izrael: skond LXX (ara v 3); TM jgib "Ha jghid Izrael".

118, 10 irbahthom: Tr. "nissieltilhom bid-daqqiet ta’ xabla" u "jien se ngieghlhom jaghmlu c-cirkoncizjoni" (Gwanni Ircanus gieghel lil edomin u griegi jaghmlu c-cirkoncizjoni).

118, 12 jheggu: skond LXX; TM jgib "intfew". - L-ahhar versett zgur imtenni.

118, 13 imbuttawni: skond verzjonijiet; TM jgib: "int imbuttajtni".

118, 23 It-tempju jigi mibni mill-gdid (ara Hag 1, 9; Zak 1, 16). Il-"gebla tax-xewka" (jew "hagar ghas-sisien", ara Ger 51, 26), li tista’ ssir "gebla ta’ tfixkil", hi tema messjanika (Is 8, 14; 28, 16; Zak 3, 9; 4, 7; 8, 6) li turi lil Kristu (Mt 21, 42p; Atti 4, 11; Rum 9, 33; 1 Pt 2, 4w; ara Efes 2, 20; 1 Kor 3, 11).

118, 24 Fit-tradizzjoni nisranija dan il-v jigi applikat ghall-jum meta Kristu qam minn bejn l-imwiet, u jigi uzat fil-liturgija ta’ l-Ghid.

118, 26 Ghall-akklamazzjoni ritwali tal-v 25 (ebr. hoxi’ah na’, "aghti s-salvazzjoni", mnejn gejja Hosanna), il-qassisin kienu jwiegbu b’din il-barka, li l-migemgha f’Hadd il-palm ghamlet taghha: din wara dahlet fil-Qaddis tal-liturgija nisranija.

118, 27 Tqassmu... : litt. "aghtu bidu ghac-ceremonja bil-palm". Ir-rit ta’ lulab, frieghi tar-rihan jew palm li kienu jixxejru madwar l-artal.

119 (118) Tifhir ghal-Ligi ta’ Alla

119 Salm "alfabetiku". It-tmien versi ta’ kull strofa jibdew b’wahda mit-22 l-ittra tal-alfabet ebrajk, u f’kull v (hlief 122) insibu wahda mill-kelmiet li jfissru l-Ligi: xhieda, precett, rieda, amar, weghda, kelma, gudizzju, triq. Il-kelma Ligi u kliem li jfissru l-istess haga (sinonimi) hawn iridu jiftehmu fis-sens iktar wiesgha ta’ taghlim rivelat, hekk kif wasluhulna il-profeti. F’dan is-salm insibu skolpit b’ittri kbar mafkar tal-qima israelita ghar-rivelazzjoni gejja minn Alla.

119, 17 aghtini li nghix: Tr. "u jkolli l-hajja". Il-"hajja" f’dan is-salm tiftiehem fis-sens l-iktar wiesgha: hena, harsien, tkattir. Tema li ta’ spiss insibu f"Ezek: 3, 21; 18, 33; ara Dt 4, 1; S 133, 3; ecc.

119, 19 S 39, 13+

119, 21 L-ghedewwa l-kbar ta’ Alla (vv 51.69.78.85.122; 19, 14; 86, 14; Is 13, 11; Mal 3, 19).

119, 22 Nehhi: litt. "rembel ’l boghod minni".

119, 24 Tr. "Ukoll l-ordnijiet tieghek huma l-ghaxqa tieghi, kunsillieri tieghi l-precetti tieghek", fejn "precetti" skond LXX huma "kull rieda tieghek", izda TM hawn ihalli barra.

119, 33 Il-fedelta` lejn il-kmandamenti hi diga` l-hena u r-rikumpens tal-bniedem gust.

119, 34 Fehemni: Din ix-xewqa, ta’ spiss hawn imtennija, sikwit titlissen ukoll mill-ghorrief.

119, 37 bil-kelma tieghek: skond mss. u Targum; "fit-triq tieghek" skond TM.

119, 43 TM jzid "hafna", kelma li nergghu nsibu fil-v 47 (ara LXX, sirjak).

119, 45 Il-fidil irid li fl-istess hin li jifhem il-Ligi, jaghmel minnha regola ta’ hajtu. Studju ta’ din l-ghamla qieghed fil-qofol tal-litteratura tal-midrax, kelma li gejja minn darax, "fittex".

119, 82 Tr. "Filwaqt li nghid (skond TM) ruhi se tinqered... ghajnejja se jinqerdu (litt.) jistennew... ecc".

119, 109 Jigifieri: jiena lest nirriskja hajti kull waqt.

119, 119 Bhal skart ghalik: skond 3 mss, vulg, Aquila u Simmacus; TM jgib "inti twaqqaf".

119, 126 Mulej: skond ms. 1, Glormu; TM jgib: "ghal Jahwe`".

119, 128 Ghalhekk jien nimxi dritt: Tr. "ghalhekk inqis gheziez" u "hekk jien nirregola ruhi", skond LXX u Glormu; TM mharbat; litt. "jiena nistqarr dritt kull precett minn kollox".

119, 135 S 4, 7+

119, 139 l-hegga tieghi: skond TM; "il-hegga ghal darek" jew "il-hegga ghalik" skond LXX (ara 69, 10).

119, 150 dawk li jfittxu l-hazen: skond TM, sewwasew "dawk li jimxu wara (l-hazen)"; skond 12 mss. u verzjonijiet, "il-persekuturi tieghi".

119, 176 It-tema profetika tan-naghag il-mitluf (Ezek 34, 1+) hawnhekk jigi applikat ghall-individwu.

120 (119) L-ghedewwa tas-sliem

120 L-"ghanjiet tat-telghat" (120-134) x’aktarx li kienu jitkantaw mill-pellegrini fi triqthom lejn Gerusalemm (ara 84, 7+; Is 30, 39). Hlief ghal 132, dawn l-ghanjiet jintghamlu minn versi ta’ elegija (poezija ta’ niket), b’versetti mhux indaqs, b’uzu ta’ spiss tar-"ritmu gradwali": l-istess kliem jew frazijiet jidwu minn vers ghall-iehor (ara hawn vv. 2.3.5.6.7).

120, 3 Din hi l-formula tas-soltu tal-halfa ta’ xewqa ta’ deni (ara 1 Sam 3, 17; 14, 44; 20, 13; 25, 22; Rt 1, 17+).

120, 5 Art ta’ Mesek jew Mosok, tribu` tal-Kawkazja (Gen 10, 2; Ezek 27, 13), fejn se jsaltan Gog (Ezek 38, 2). L-gharab ta’ Kedar kienu tribu` fid-dezert tas-Sirja. Il-poeta juza lil Mesek u Kedar bhala sinonimi ta’ "barbari".

121 (120) L-ghassies ta’ Izrael

121 Dan is-salm, li jfakkar lill-fidili li Alla qed iharishom, kien jinghad ghal dawk il-pellegrini li kienu jitilghu lejn Gerusalemm minn moghdijiet imharbta. Joqghod sew ukoll ghan-nisrani f’mixjietu lejn Gerusalemm tas-sema.

122 (121) Tislima lil Gerusalemm

122 Weqfin f’bibien il-belt qaddisa, il-pellegrini jsellmulha: xalom ("sliem"), billi jirreferu ghall-etimologija (nisel il-kliem) popolari ta’ Gerusalemm, "belt is-sliem" (ara 76, 3). Is-sliem mixtieq kien jaghmel sehem mit-tamiet messjanici (ara Is 11, 6+; Hos 2, 20+). L-imhabba ghal Sijon il-qaddisa (2 Sam 5, 9+) hi karatteristika tal-qima tal-lhud (ara 48; 84; 87; 133; 137).

122, 3 Gerusalemm, galadarba ristawrata biex tkun haga wahda (ara Neh 2, 17w), issir is-simbolu tal-ghaqda tal-poplu l-maghzul (verzjonijiet: "fejn il-migemgha hi wahda shiha") hija figura ta’ l-ghaqda tal-Knisja.

122, 4 biex, skond il-ligi ta’ Izrael, ifahhru: litt. "xhieda ghal Izrael, biex irodd hajr": il-belt qaddisa hi s-sinjal li jidher ta’ kull benficcju divin, ir-rahan tal-weghdiet messjanici.

122, 6 dawk kollha li jhobbuk: ’ohabajk tat-TM; tr. "jistriehu l-gherejjex tieghek kollha" skond ms. 1, ’ohalajk.

123 (122) Talba tal-bniedem imnikket

123 Dan is-salm x’aktarx imur lura ghaz-zminijiet li gew wara l-migja lura mill-ezilju jew mill-epoka ta’ Nehemija, meta l-migemgha li kienet qeghda titwieled mill-gdid kienet tinsab taht hakma ta’ zeblih u l-attakki tal-pagani (ara Neh 2, 19; 3, 36).

123, 4 bit-taghjir tal-kburin: Zjieda ta’ zmien il-makkabin, x’aktarx taht il-persekuzzjoni ta’ Antijoku Epifani. It-test xejn mhu car. Qere` jgib: "it-taghjir (l-ghajb) hu ghall-griegi kburin"; izda fit-test bil-konsonanti biss u fil-verzjonijiet, il-kelma "grieg" tghaqqdet mal-kelma ta’ qabel (u hekk tat forma possibbli tal-kelma "kburin"), biex jitghatta t-tmaqdir ghal dak li hu barrani.

124 (123) Is-salvatur ta’ Izrael

124 Radd il-hajr ghal tigrib meghlub, kif imfisser bix-xbiehat tradizzjonali: bhejjem feroci, dilluvji, imbuskati.

124, 1 - ha jghid hekk Izrael - : Il-migemgha hawn tigi mistiedna ttenni l-ewwel versett fl-ghamla ta’ antifona.

124, 4 S 18, 5+

125 (124) Alla jhares lil tieghu

`125, 4 Ez 21, 25+

126 (125) Ghanja fil-migja lura

126 Ghal dawk li regghu lura f’art Guda, li qeghdin fiz-zmien difficli tar-ristawrazzjoni, (ara Neh 5; ecc), il-migja lura mill-ezilju fil-Babilonja huwa xbieha bil-quddiem tal-migja ta’ l-era messjanika.

126, 4 Kwazi dejjem niexfa (ara Gob 6, 15), il-widien tan-Negeb fix-xitwa jergghu jitfawwru bil-kbir u jaghmlu l-madwar kollu ghammiel.

127 (126) Meta tintelaq fil-Providenza

127 Hidmet il-bniedem tixxejjen ghalkollox jekk ma jkunx Alla li jghammielha; il-hobza ta’ kuljum u tkattir in-nisel huma ghotja ta’ Alla.

127, 2 Koh 2, 24+

127, 2 fl-irqad: litt. (kelma bl-aramajk x’aktarx mizjuda). Il-verzjonijiet igibu: "meta jghabbi bin-naghas lill-maghzulin tieghu"; tr. "il-maghzul tieghu li jorqod". - It-titlu ebr. ra fil-"maghzul" lil Salamun (2 Sam 12, 25) u x’aktarx fl-"irqad" il-holma ta’ Gibghon (1 Slat 3, 5).

127, 5 bieb il-belt: il-post fejn isir il-kummerc (ara Dt 21, 19; 22, 15; Rt 4, 1, ecc).

128 (127) Barka ghall-bniedem fidil

128 Dan is-salm jiccelebra l-hena li Alla jaghti lill-gust f’daru, skond it-taghlim ta’ l-ghorrief dwar ir-retribuzzjoni personali.

129 (128) Kontra l-ghedewwa ta’ Sijon

129, 1 Zmien il-qaghda fl-Egittu u d-dhul f’Kanghan.

129, 6 li jinxef qabel ma jikber: Traduzzjoni xejn certa; qabel hi kelma hapax, jigifieri li tidher darba biss. Xi kultant tigi proposta tiswija skond Targum, sirjak u Is 37, 27, biex il-versett jiftiehem: "li rih il-lvant jaghmel hamrani".

130 (129) De profundis

130 Salm penitenzjali (ara 6, 1), izda wisq iktar salm ta’ tama. Il-liturgija nisranija tal-mejtin taghmel uzu sew minnu, mhux bhallikieku xi lment izda bhala talba li fiha titlissen it-tama f’Alla feddej.

130, 4 inqimuk fil-biza’ tieghek: Tr. "u jkollna l-biza’ tieghek" u "biex jibqa’ l-biza’ tieghek"; litt. "ghax minnek ta’ min jibza’ "; LXX igib: "minhabba fil-Ligi tieghek", skond fehmien guridiku.

130, 5-7 Jien lill-Mulej nistenna... jistenna Izrael lill-Mulej!: TM mharbat jista’ litt. jigi tr. "Jiena nittama f"Jahwe`, ruhi tittama u f’kelmtu stennejt. Ruhi ghall-Mulej aktar milli l-ghassiesa s-sebh, l-ghassiesa s-sebh. Izrael jistenna lil Jahwe`". LXX igib: "Jiena nittama, Jahwe`; tittama ruhi f’kelmtek; ruhi tistenna lill-Mulej aktar milli l-ghassiesa s-sebh; aktar milli l-ghassiesa s-sebh, Izrael jistenna lil Jahwe`".

130, 7 S 100, 5+

131 (130) L-ispirtu tat-tfulija

131 Ir-ruh ta’ min ikun fis-sliem tintelaq f’Alla bla ebda inkwiet lanqas ambizzjoni. L-istess fiducja bhal ta’ l-ulied qeghda hawn tintalab (v 3) mill-poplu ta’ Alla kollu.

132 (131) Ta’ kull sena mill-garr ta’ l-arka f’Sijon

132 Salm messjaniku (ara b’mod specjali vv 17-18). Il-weghdiet maghmulin minn Alla (2 Sam 7, 1+) jigu pprezentati bhala t-twegiba divina ghal gurament li ghamel David. Il-vv 6-7, bhallikieku waqt purcissjoni, jfakkru fis-sejbien u l-garr ta’ l-arka (1 Sam 6, 13w; 2 Sam 6).

132, 6 Gaghar: isem ta’ post bi qrubija ghal Kirjat-JearimI, "belt il-foresti", li bhal Betlehem tinsab fid-distrett ta’ Efrata.

132, 7 fl-ghamara tieghu: jigifieri, fejn joqghod Jahwe`.

132, 10 Ez 30, 22+ 1 Sam 9, 26+

132, 10 il-midluk: l-ikkonsagrat, il-Messija jew il-midluk ta’ Jahwe`, min-nisel David u mistenni minn Izrael. Huwa se jaqsam is-setgha mal-qassisin (ara 110, 3; Zak 4, 14; 6, 13).

132, 11 2 Sam 7, 1+

132, 13 2 Sam 5, 9+

132, 17 qawwa: litt. "qarn" (ara 18, 3+). mnara: ara 1 Slat 11, 36; 15, 4; 2 Slat 8, 19; 2 Kron 21, 7. Fuq l-imnara li tintefa, ara Gob 18, 5; Ger 25, 10. Il-Messija (tr. "l-ikkonsagrat") se jkun id-dawl tal-gnus (Is 42, 6; 49, 6; Lq 3, 32).

132, 18 kuruna: Tr. "dijadema"; insinji rjali (ara 89, 40; 2 Sam 1, 10; 2 Slat 11, 12), izda wkoll sacerdotali (Ez 28, 36; 39, 30); il-Messija Davidiku huwa fl-istess hin sacerdot u sultan (ara 110, 4).

133 (132) Il-hajja ta’ l-ahwa

133 Dan is-salm jitkellem mir-rabtiet fraterni li jghaqqdu, sew fit-tempju sew fil-belt imqaddsa, lill-qassisin u l-leviti.

133, 1 jghammru: Tr. "jghixu" jew "joqoghdu bilqeghda", x’aktarx ghal xi ikla ta’ komunjoni bejnithom li kienet ittemm il-pellegrinagg tal-festa ta’ l-Gherejjex.

133, 2 li jinzel mal-lehja: ghal darbtejn, izda tr. "li jinzel mal-lehja, mal-lehja ta’ Aron". TM jgib "il-lehja li tinzel".

134 (133) Ghall-festa ta’ billejl

134 Stedina ghat-talb jew djalogu liturgiku bejn il-ministri tat-tempju u l-pellegrini, x’aktarx matul xi ceremonja ta’ billejl li tniedi l-festa ta’ l-Gherejjex (Ez 23, 14+).

134, 1 f’dar il-Mulej: tr. biz-zjieda ta’ "fil-btiehi ta’ dar Alla taghna" skond LXX u ara 135, 2; TM ihalli barra dan il-versett, u minflok izid "fil-ljieli" ta’ v 2.

134, 3 Din il-barka liturgika (ara Num 6, 23w) taghlaq is-salterju tat-"telghat" (120, 1+).

135 (134) Innu ta’ tifhir

135 Dan l-innu ta’ tifhir hu ghalkollox mimli tifkiriet, jew kwotazzjonijiet minn salmi jew testi ohra.

135, 2 S 7, 18+

135, 4 Dt 7, 6+

135, 21 Antifona liturgika li sservi ta’ tmiem ghall-innu kollu. - Hallelujah: hawn skond TM; LXX izidha mas-salm ta’ wara.

136 (135) Litanija twila ta’ radd il-hajr

136 Din il-litanija (ara Dan 5, 52-90) tissejjah mil-lhud "il-Hallel il-kbira"; din kienet tinghad fl-Ghid wara "l-Hallel iz-zghar" (113-118).

136, 1 LXX hawn izid "Hallelujah"; TM izidha mas-salm ta’ qabel.

136, 4 kbar: skond TM, kelma emfatika.

136, 15 fil-Bahar tal-Qasab: xi testi jhallu barra ghax tennija tal-v 13.

137 (136) Ghanja tal-bniedem fl-ezilju

137 Dan is-salm isejjah it-tifkiera tal-waqa’ ta’ Gerusalemm fis-sena 587 u fl-ezilju fil-Babilonja.

137, 3 dawk li jassruna: xolelenu, "dawk li hatfuna", skond Targum; TM jgib tolalenu, ma tiftiehemx.

137, 5 Tibbiesli jew "tinxifli", tikhax; TM (li zgur fittex li jrattab apposta din is-sahta) jgib tixkah, "insa (lil)".

137, 6 S 122, 1+

137, 7 Ezek 25, 12-14+

137, 7 f’jum il-waqgha ta’ Gerusalemm: id-disa’ jum tar-raba’ xahar (Gunju-Lulju 587), meta l-kaldin sfrundaw il-hitan ta’ Gerusalemm (Ger 39, 2; 52, 7) jew l-ghaxar jum tar-hames xahar, meta t-tempju safa mahruq (Ger 52, 13; ara Zak 7, 5; 8, 19). L-edomin (Num 20, 23+) dak iz-zmien kienu jappoggaw lill-assedjanti. Diversi tehbiriet profetici jsejhu ghalhekk il-vendetta ta’ Jahwe` ghal fuq l-edomin (Is 34, 5w; Ger 49, 17; Goel 4, 19; Mal 1, 3w).

138 (137) Innu ta’ radd il-hajr

138, 1 ghaliex int smajt kliem fommi: skond LXX; TM jhalli dan il-versett barra. - l-allat: dawn huma l-idoli li s-salmista jisfida; xi kultant tradotta "l-angli" (skond LXX, vulg, ara 8, 6); sirjak igib "slaten" (ara 45, 7) u Targum "mhallfin" (ara 58, 2); TM jgib ’elohim, jigifieri "Alla" jew "allat".

138, 2 ghax int kabbart ismek u kelmtek fuq kollox: jew litt. "ghamilt il-weghda tieghek ikbar minn kull fama"; test xejn cert.

138, 3 kattarli: Tr. mis-sirjak "kattartli"; TM jgib "int qajjimtli".

138, 8 S 100, 5+

139 (138) Qima lil Min jaf kull haga fuq il-bniedem

139 Ta’ min iqabbel ma’ din il-meditazzjoni fuq l-gherf kbir divin, dik li jaghmel Gob meta jesprimi l-biza’ tal-bniedem taht il-harsa ta’ Alla (Gob 7, 17-20+).

 

139, 11 ha jkunli d-dawl lejl madwari: TM jgib "ha jkun bhad-dawl (’or) il-lejl"; skond test iehor, "ha jkun bhal hziem (’ezor) il-lejl".

139, 12 id-dlam bhad-dawl ghalik: Nota ta’ tifsir fl-aramajk, ukoll fit-TM; ohrajn ihallu barra.

139, 14 inti tafha: skond TM, "huwa jafha"; tr. "lil ruhi inti kont tafha tajjeb".

139, 16 ebda wiehed ma kien... hemm: skond TM; tr. "... ma kien jezisti" . - Test difficli. Is-salmista jimmedita fuq l-gherf kbir divin: Alla jaf lill-bniedem u d-destin tieghu sa minn qabel twelidu (ara 22, 11; 71, 16) filwaqt li ghall-bniedem, il-misteru hu wiehed li ma tistax tidhol fih.

139, 18 xhin nasal fl-ahhar: "temmejt", haqissoti, skond 3 mss; TM jgib heqissoti, "inqum".

139, 20 kontrik: x’aktarx ‘aleka minflok ‘areka, "blietek" tat-TM; tr. bhala x’aktarx "hsibijietek", re‘eka (ara vv 2.17). V shih xejn cert.

139, 22 S 5, 11+

140 (139) Kontra l-hziena

140, 6 firxuli l-hbula bhal xibka: LXX izid "taht saqajja"; TM ihalli barra. Versett li xi kultant jidher bhala l-ewwel wiehed.

140, 9 w thallihomx jilhqu... li jdawwruni: fejn skond it-test grg. "jerfghu rashom". TM, li mhux maqsum u vokalizzat sew, ma jiftiehemx; litt. "(Taghmilx li jmurlu sew il-) kumplott tieghu, huma qamu. Waqfa. [10] Ras dawk li attakkawni...".

140, 11 Ixhet fuqhom: Tr. "(Ixhet fuqhom) xita", jamter; qere` u verzjonijiet igibu "ha jitreghdu", jimmotu; ketib igib "ha jitharrek", jamituI. - jaqbad jew "tan-nar" skond LXX; TM jgib "fin-nar".

140, 12 in-nies ta’ lsien hazin: litt. "il-bniedem (li ghandu) lsien".

141 (140) Kontra l-gibda tal-hazen

141, 2 Din l-ghotja (oblazzjoni) kienet xi haga li ssir ta’ kuljum. Id-devozzjoni tal-lhud kienet mas-sagrificcji hekk tqabbel it-talb (ara 51, 18. Ara wkoll Apk 5, 8; 8, 4).

141, 5 il-midneb: raxa‘ skond LXX, sirjak; TM jgib ro’x, "eccellenti". - jien nibqa’ nitlob kontra hzunithom: Tr. "F’nofs hzunithom kompli it-talba tieghi" skond TM; izda tr. "ghax jien se naghmel kompromess ma’ l-izbalji taghhom". It-test xejn mhu car. Jiftiehem li s-salmista qed jibza’ minn insib il-hziena li jistghu jisseducuh.

141, 6 Fuq il-blat jitwaddbu l-kapijiet taghhom: Tr. "intefghu fis-setgha tal-blata (= Jahwe`), l-imhallef taghhom" (plural maestuz bhal fi 58, 12). Dwar Jahwe`, blata ta’ Izrael, ara 18, 3; 19, 15; 42, 10 ecc.

141, 7 Bhall-frak u l-laqx ma’ l-art imxerred: Tr. "hekk kif tinferaq u tinfetah l-art"; TM litt. igib poleh uboqe‘a, "waqt li tithaffer u tinferaq"; skond LXX u sirjak, "bhal gebla tat-thin mfarrka", pelah jebuqqa‘.

142 (141) Talba ta’ bniedem imhabbat

142 Ilment individwali li jigi applikat ghal Kristu li jbati.

142, 5 fuq il-lemin: il-lemin hu l-post fejn joqghod min jiddefendi (ara 109, 31; Is 63, 12).

142, 6 f’art il-hajjin: hawn isfel (ara 27, 13; 52, 7; qabbel 16, 5; 46, 2; 91, 2).

142, 8 Madwari jduru l-gusti: Tr. "il-gusti se jaghmluli kuruna"; LXX u sirjak igibu: "il-gusti jittamaw". - Il-hbieb kollha ta’ Alla huma haga wahda flimkien, jissiehbu fir-radd il-hajr mal-fidil salvat minn Alla (ara 64, 11; 107, 42).

143 (142) Supplika umli

143, 1 Ta’ David: LXX izid id-dettall: "meta ibnu (Absalom) kien qed jigri warajh" (ara 3, 1; 2 Sam 15, 13w).

143, 2 Ara 51, 7; 130, 3. San Pawl jutilizza din is-silta pjuttost liberament (Rum 3, 20; Gal 2, 16).

143, 8 S 17, 15+

143, 9 ghax inti l-kenn tieghi: skond vulg. Tr. "fik jien nintelaq"; TM jgib "kennejt (fik)"; LXX igib "hrabt".

144 (143) Innu fil-gwerra u fir-rebha

144 L-ewwel taqsima (vv 1-11), gabra ta’ liturgija regali, titnebbah minn S 18 u minn salmi ohra. It-tieni taqsima (vv 12-15), originali, tiddeskrivi l-prosperita` messjanika.

144, 2 il-popli: skond mss. u verzjonijiet; TM u LXX igibu "il-poplu tieghi"; tiswija maghmula bil-hsieb biex tirreferi ghal David.

144, 10 David, il-qaddej tieghek: "il-qaddej tieghi David" sar titlu messjaniku (Ger 33, 21; Ezek 34, 23w; 37, 24).

144, 12 kolonni minquxa: Tr. "kolonni fir-rokna" jew "figuri fir-rokna", kelma rarament uzata li tfakkar fil-karjatidi (figuri minquxa, nisa, uzati flok kolonni biex izommu xi gwarnicun).

145 (144) Tifhir lill-Mulej sultan

145 Salm alfabetiku, li jislet hsibijiet minn bosta salmi ohrajn.

145, 8 S 103, 8+

145, 12 tas-saltna tieghek: verzjonijiet igibu: "ta’ l-ghegubijiet tieghek"; TM igib: "tieghek... tieghu".

145, 13 Ta’ kelmtu... li ghamel: Zewg versetti (l-ittra nun f’dan is-salm alfabetiku) li jgibu l-verzjonijiet, izda li TM jhalli barra.

146 (145) Innu lil Alla li jghin

146 Dan is-salm iniedi t-tielet Hallel (146-150) li kien jinghad filghodu mil-lhud (ara 113-118 u 136).

146, 2 S 7, 18+

146, 10 S 145, 13+

147 (146+147) Innu lil Alla li jista’ kollox

147 Dan is-salm jinqasam fi tnejn mal-v 12 f’bosta verzjonijiet, fosthom il-vulg, izda fih unita` shiha. F’Jahwe`, il-poeta jara l-hellies ta’ Izrael, il-hallieq, il-habib tal- "fqajrin".

147, 1 Hallelujah: skond LXX; mghaqqad mas-salm ta’ qabel skond TM. - helu: femminil fis-LXX, maskil fit-TM; ghaldaqstant il-versett jista’ jigi tr. "nghannu dwar Alla taghna ghax hu helu" (ara 135, 3).

147, 4 Is 40, 26+

147, 8 LXX izid: "u l-pjanti biex jaqdu l-bniedem" (ara 104, 14); TM jhalli dan il-versett barra.

(147 Vulg.)

147, 12 Il-Patres applikaw din it-tieni taqsima tas-salm ghal Gerusalemm il-gdida , militanti jew trijonfanti.

147, 15 Il-kelma divina tigi hawn prezentata bhal xi habbar, bhallikieku kienet persuna (ara 107, 20; Is 55, 11; Gw 1, 14+).

147, 20 Hallelujah: skond TM; LXX ihalli barra. L-istess fiz-zewg salmi li jmiss.

148 Tifhir kozmiku

148 Is-sema, l-art u l-holqien kollu huma imsejha biex jiccelebraw lil Jahwe`, ristawratur tal-poplu maghzul. Dan is-salm jinghad ta’ kull filghodu mil-lhud.

148, 5 Vulg. u LXX (ukoll sirjak) igibu: ipse dixit et facta sunt; ipse mandavit et creata sunt. (Ara 33, 9.)

148, 14 Dt 7, 6+

148, 14 qawwa jew "sahha": litt. "qarn". - ulied Izrael: kaz uniku, ma’ 103, 7, fejn is-salmi juzaw il-kliem "ulied Izrael" li, madankollu, nsibuhom aktar ta’ spiss wara l-ezilju fil-kitbiet dewteronomici u sacerdotali.

149 Ghanja trijonfali

149 Dan l-innu nazzjonali, ta’ epoka ellenistika (griega), u li ghandu qrib tieghu hafna lil Neh 4, 11.18; 1 Mak 2, 42 u 2 Mak 15, 27, jikkunsidra l-gejjieni eskatologiku (ara Is 61, 2w) u jaghmel minn Izrael l-istrument tal-gustizzja divina (ara Zak 9, 13-16).

149, 5 fuq friexhom: traduzzjoni litt; jigifieri l-post fejn jimteddu (ara 95, 6; Gdt 6, 18; Sir 50, 17.21), sakemm dawn il-kliem ma jiftehmux: tifhirhom ma jieqaf qatt, lanqas billejl (ara 4, 5; 63, 7; Hos 7, 14).

149, 9 Riferenza ghat-tehbiriet kontra l-gnus, li nsibu fil-kotba profetici.

150 Dossologija ta’ l-gheluq

150 Din hi l-iktar dossologija (innu ta’ tifhir) zviluppata minn dawk li jtemmu l-erba’ kotba ewlenin tas-salterju (41, 14; 72, 18-20; 89, 52; 106, 48), u tistieden lill-istrumenti muzikali kollha u lill-hlejjaq hajjin kollha biex ifahhru lil Jahwe`.

150, 5 bid-damdim tac-cimbali: litt. "cimbali jzarzru" (ara Num 10, 5; S 33, 3+).

NisgaSalmi 58 sa 74Aktar fuq is-Salmi