Salmi

L-Ewwel Ktieb (hawn)

It-Tieni Ktieb

It-Tielet Ktieb

Ir-Raba’ Ktieb

Il-Hames Ktieb

L-EWWEL KTIEB

1 Iz-zewg triqat

1 Is-salmi 1 u 2 qishom id-dahla tas-salterju, li tieghu jaqghmlu gabra tat-taghlim morali u l-idejat messjanici. Salm 1, filwaqt li jikkuntrasta "z-zewg triqat", jiccelebra il-Ligi moghtija lill bnedmin ghall-hena taghhom (ara 19, 8-15 u 119).

1, 2 jahseb fi: Tr. "jehwden". Dan it-tlissin b’lehen baxx hu meditazzjoni (ara 63, 7; 77, 13; 143, 5), li tikkuntrasta mal-karba tat-talba filwaqt tat-tigrib (ara 3, 5; 5, 3; ecc).

1, 4 mhux hekk: it-tieni wahda skond LXX; imhollija barra fit-TM.

1, 5 haqq: il-gudizzju eskatologiku skond TM; gudizzju tal-waqt li Alla jaghmel f’din il-hajja skond LXX.

2 Id-dramm messjaniku

2 It-tradizzjoni lhudija u dik nisranija iqisu dan is-salm daqstant messjaniku daqskemm hu S 110, li dan jista’ jistrieh fuqu. Is-salm ihares ’il quddiem b’mod messjaniku u eskatologiku.

2, 6 l-gholja mqaddsa: il-"muntanja ta’ Alla" ghall-ewwel kienet is-Sinaj (Ez 3, 1; 18, 5), fejn Mose` kien iltaqa’ ma’ Alla u rcieva minghandu l-Ligi (Ez 24, 12-18; Dt 33, 2; ara 1 Slat 19, 8). Meta Salamun bena t-tempju fuq l-gholja ta’ Sijon (2 Sam 5, 9+), din saret l-gholja wahdanija fejn kien joqghod Alla, fejn il-bniedem kien "jitla’" biex jisimghu u jqimu (ara Dt 12, 2w+). Salamun mbaghad ta l-isem lill-belt ta’ Gerusalemm kollha, belt is-sultan messjaniku li fiha se jingemghu l-gnus (48, 1+, Is 2, 1-3; 11, 9; 24, 23; 56, 7; Goel 3, 5; Zak 14, 16-19; ara Lhud 12, 22; Apk 14, 1; 21, 1+).

2, 7 S 89, 27+ Atti 13, 33+

2, 7 Wara r-ribelli (v 3) u wara l-Mulej (v 6), jitkellem il-Messija. Bil-konsagrazzjoni tieghu ta’ sultan fuq Izrael (v 6), Alla ddikjarah bhala "ibnu", skond espressjoni komuni tal-Lvant tal-qedem, izda li, billi din l-espressjoni diga` ttiehdet mill-weghda messjanika ta’ 2 Sam 7, se jkollha sens wisq iktar profond: il-v 7 se jigi applikat minn Lhud 1, 5, mbaghad mit-tradizzjoni u mil-liturgija, ghan-nisel dejjiemi tal-Kelma.

2, 9 Gen 12, 7+

2, 9 Is-Sultan-Messija qieghed hawn jigi raffigurat fis-sura tradizzjonali tieghu ta’ wiehed gwerrier.

2, 11 riglejh busu: naxxequ beraglajw; vulg. "gholluh"; ebr., grg. u Targum igibu " u gholluh... busu lill-iben" jew "busu dak li hu safi" (ir-romblu tal-Ligi), wegilu... naxxequ bar (ara 19, 9). L-ebrajk x’aktarx ried iwarrab l-antropomorfizmu. LXX u vulg. jittraducu naxxequ bar b’ apprehendite disciplinam u San Girolamu b’ adorate pure ("fis-safa").

3 Sejha ta’ filghodu tal-gust ippersegwitat

3, 6 Din is-silta tigi applikata mill-Patres ghal Kristu mejjet u mqajjem mill-mewt.

4 Talba ta’ filghaxija

4 Salm ta’ fiducja u radd il-hajr lil Alla, li minnu biss tigi l-hena. Il-vv 5 u 9 huma talba ta’ filghaxija.

4, 3 twebbsu qalbkom: skond LXX; TM (mhux maqsum sew) igib "il-glorja tieghi tinsab insultata".

4, 5 isktu: Tr. "ikkalmaw". Test mhux daqstant car, forsi mharbata; izda ma ssir ebda tiswija. Is-sens generali hu li ghandu jkollok il-biza’ li toffendi lil Alla, u titolbu fil-kalma u fis-skiet tal-qima.

4, 7 id-dawl ta’ wiccek: espressjoni biblika, ta’ spiss uzata fis-salterju, dwar il-benevolenza ta’ Alla jew tas-slaten. Il-"wicc" hu d-dehra minn barra ta’ xi haga (S 104, 30; Gen 2, 6) jew ta’ bniedem, li fuqu taqralu hsibijietu u taghraf is-sentimenti tieghu (Gen 4, 5; 31, 2; ecc). Jista’ wkoll ifisser il-persuna ("wicc tieghi" = jien; ara 42, 6.12; 43, 5; ecc) u l-prezenza taghha; jintuza b’mod specjali ghal Alla li jhares lejn il-bniedem. Billi huwa impossibbli li l-bniedem jara lil Alla (Ez 33, 20+; 34, 29-35), Alla "juri d-dawl ta’ wiccu" (ara 31, 17; 44, 4; 80, 4) izda biss f’sens mdghajjef. Trid tifhem bl-istess mod it-toroq li l-bniedem jiehu biex ifittex lil Alla (24, 6; 27, 8+; Gob 33, 26; Gham 5, 4+) jew biex jikkontemplah (11, 7+; 42, 3). Tr. mis-LXX u vulg. "dawl wiccek jinsab sigillat (stampat) fuqna" kienet tirreferi ghar-ruh mahluqa fi xbiha ta’ Alla u mmarkata bis-sigill tal-maghmudija, li jaghmel min-nisrani "wild id-dawl" (Lq 16, 8; Gw 8, 12+; 1 Tes 5, 5; Efes 5, 8).

5 Talba ta’ filghodu

5, 4 fil-ghodu: il-waqt tal-grazzji divini (17, 15+ ). - nressaqlek talbi: Tr. "insejjahlek", "noffri l-weghdiet tieghi", "inhejji l-offerta tieghi".

5, 11 Insibu ta’ spiss fis-salmi sejhat bhal dawn ghall-vendetta divina kontra l-ghedewwa ta’ Alla u tal-fidil tieghu (ara per ezempju 10, 15; 31, 18; 54,7; 58,7w; 59.12w; 69, 23-29; 79, 12; 83, 10-19; 104, 35; 109, 6-20; 125, 5; 137, 7-9; 139, 19-22; 140, 10-12). Bil-mentalita` tar-retribuzjoni fuq din l-art, li kienet ghadha ssehh fir-rabta l-qadima, dawn is-sejhat jesprimu ghatx ghall-gustizzja. Sew l-esperjenza personali sew il-mixja ’l quddiem tar-rivelazzjoni se juru kemm din il-mentalita` ma tregix: it-triq li twassal ghall-gustizzja ta’ Alla ghandha tibqa’ misteru (ara Gob). It-TG ikompli jorqom din il-perspettiva: il-gustizzja ghandha ccedi ghall-imhabba (Mt 5, 43-48). Meta mbaghad jigu hekk imsoffija mir-risentiment personali, is-salmi ta’ vendetta jibqghu, ghall-Knisja u ghan-nisrani, l-espressjoni ta’ dan l-istess ghatx ghall-gustizzja quddiem is-setghat tal-hazen li jinsabu dejjem jahdmu fuq wicc l-art.

6 Tnehida fit-tigrib

6 Dan hu l-ewwel minn seba’ "salmi penitenzjali" (32; 38; 51; 102; 130; 143). Bniedem marid jitkarrab lil Alla tieghu.

6, 5 ehlisni: litt. "ehlisli ruhi" fit-TM. Il-kelma ebr. nefex (ara Gen 2, 7) tfisser in-nifs tal-hajja (u iktar, il-griezem) li nsibuh fil-bidu tal-hajja u jghib mal-mewt. Din il-kelma ta’ spiss tfisser il-bniedem jew l-annimal, bhala individwu haj (Gen 12, 1; 14, 21; Ez 1, 5; 12, 4 ecc) jew inkella fid-diversi funzjonijiet tal-hajja tieghu, izda li dejjem jinsabu marbutin flimkien, fil-gisem jew fis-sentiment (ara Gen 2, 21+). L-espressjoni "ir-ruh tieghi" ta’ spiss tinghad minflok il-pronom riflessiv "jiena nnifsi" (ara 3, 3; 44, 26; 124, 7; Gen 12, 13; Ez 4, 19; 1 Sam 1, 26; 18, 1-3; ecc), l-istess bhal "il-hajja tieghi", "il-wicc tieghi", "il-glorja tieghi". Dawn id-diversi tifsiriet ta’ "ruh" se nsibuhom ukoll fit-TG (psyche); ara Mt 2, 20; 10, 28; 16, 25w; 1 Kor 4, 16+; 15, 44+.

6, 6 Fix-xeol (qiegh l-art, ara Num 16, 33+), il-mejtin jghaddu hajja mdaghjfa u siekta, minghajr ma jkollhom qatt iktar rabtiet ma’ Alla (30, 10; 88, 6.11-13; Is 38, 18).

6, 8 nfnew: skond LXX, Aquila, Simmacus igibu "nixjieh"; TM jgib "tixjieh" , ‘atqah; tr. "insolenza", ‘ateqah. L-"ghakkiesa" jaraw fit-tigrib tal-marid, il-kastig ghal xi htija mistohbija (ara hbieb Gob). Din it-tema tigi wisq iktar zviluppata band’ohra (31; 35; 38; 69).

7 Talba tal-gust ippersegwitat

7 Hawn insibu maghqudin flimkien zewg ilmenti dwar l-innocenza tas-salmist. L-ewwel ilment (vv 1-6.13b-17), bi stil tal-Kotba ta’ l-Gherf, jerga’ jitlob l-applikazzjoni iebsa tal-ligi tar-ritaljazzjoni; it-tieni (vv 7-13a), mnebbah minn Geremija, jokrob lill-Mulej biex jintervjeni. Il v 18 hu konkluzjoni liturgika.

7, 1 Kus ta’ Benjamin: Tr. "Kusi" (ara 2 Sam 18, 21): huwa l-messaggier li wassal lil David il-bxara ta’ mewt ta’ Absalom. Izda t-titlu "ta’ Benjamin" iktar jaghtina x’nifhmu li kien ghadu ta’ David.

7, 5 Il-principju tar-ritaljazzjoni (ara Ez 21, 25+) kien jehtieg li ghat-tajjeb jintaghmel it-tajjeb u l-hazin jitpatta bil-hazin. M’hemmx htiega li t-test jigi mrattab bhal meta jigi tradott "naghmel il-hazin lil min ikun ghamiluli" jew skond l-aramajk jiftiehem "nezza’ (lill-ghakkies tieghi"). Hawn ghadna ma wasalniex fil-morali evangelika (Mt 5, 38w).

7, 6 S 6, 5+

7, 6 giehi: traduzzjoni litterali, izda l-kelma tfisser ukoll il-fwied, l-organu tal-hsibijiet u tas-sentimenti ghas-semitici.Din il-kelma tista’ wkoll tfisser ir-ruh. - It-trab huwa dak tal-qabar.

7, 7 aghmilli l-haqq: Tr. mas-LXX "Alla tieghi", ‘eli; TM "(rodd) lejja", ‘elaj.

7, 9 Mulej: TM minflok igib "fuqi".

7, 10 Gherf 1, 6+

7, 12 Ez 34, 6-7+

7, 12 mhallef gust: Tr. mas-LXX li jzidu "u tqil biex jaghdab"; imholli barra fit-TM.

7, 13 Jissemma "l-ghadu" bhala suggett biex ikun hemm sens f’dan il-versett li jsegwi fil-hsieb il-v 6.

7, 18 l-Gholi: Tr. "isem Alla, l-Izjed Gholi"; TM jgib "Jahwe` l-Izjed Gholi". - Il-verb ebr. zamar, grg. psallein, li s-soltu jigi tradott bhala "salla" (hawnhekk "nghanni"), sewsew ifisser "daqq strument (tal-kordi)" jew "ghanna ghad-daqq tal-muzika".

8 Il-qawwa ta’ l-isem divin

8, 1 "Il-Gittit": x’aktarx l-arpa jew melodija ta’ origni filistina.

8, 2 Li tlissen l-isem divin jippermetti lill-fidil li jippartecipa fil-glorja ta’ Jahwe` (ara v 6). Mafghmul fi xbihet Alla, il-bniedem huwa msieheb mas-sovranita` tieghu (ara 20, 2; 54, 3.8; Is 63, 17). X’aktarx li din it-tema tat lok ghat-tqarrib mas-salm ta’ qabel. - Int qeghedt... ’l fuq: Tr. "itenni (tinnah) s-sebh tieghek s-smewwiet"; TM jgib "irid jaghti (tenah)".

8, 3 Kristu silet u lissen dawn il-kliem dwar dawk it-tfal li kienu qed jifirhu bil-palm f’idejhom. Il-liturgija tuzah biex ticcelebra ix-xhieda ta’ l-Innocenti qaddisin (ara Mt 2, 16; 21, 16). - bnejt sur: bhal fi Prov 18, 10, ecc, l-isem divin ihawwad kull idolatrija billi jirrivela lil Alla wahdieni, Jahwe` (ara Ez 3, 14).

8, 6 Ftit inqas mill-allat: Tr. ftit inqas "mill-angli" u "minn xi alla". L-awtur jahseb fil-hlejjaq misterjuzi li jaghmlu l-qorti ta’ Jahwe` (29, 1+), l-"angli" tas-LXX u vulg. (ara 45, 7+; Tob 5, 4+).

9-10 Alla jirbah lill-hziena u jsalva lill-umli

9 (9A)

9-10 Is-salmi 9 u 10 kienu fil-bidu jaghmlu poema wahda (hekk insibuhom fis-LXX u vulg.): il-kelliemi tal-"fqajrin" (ara Sof 2, 3+) jiddeskrivi f’innu u jitkarrab f’talba l-migja tal-gudizzju divin fuq il-hziena. Is-salm hu wiehed "alfabetiku" (ara Prov 31, 10+), izda x’uhud mill-ittri m’ghandhomx l-istrofi korrispondenti fit-test ewlieni li jinsab mgharraq hafna.

9, 1 "Mut-labben": sens xejn cert. Litt. TM jghid "fuq (ton ta’) li tmut ghall-iben".

9, 5 Il-gudizzju divin jitqies bhala miksub,il-"jum ta’ Jahwe`" se johorgu ghad-dawl. Din it-tema reskatologika ta’ spiss niltaqghu maghha fis-salmi.

9, 8 Imma: fi tmiem il-v 7, TM jgib hemmah we, "huma u"; tr. hinneh, "hekk hu".

9, 12 S 7, 18+

9, 13 Gob 16, 18+

9, 14 ara n-niket tieghi: wara dal-kliem insibu wkoll "hidma ta’ l-ghadu tieghi", mat-TM li jfgib "tort ta’ dawk li joboghduni".

9, 16 S 7, 16+

10 (9B)

10, 3-4 Iz-zewg vv xejn m’huma certi u x’aktarx mimsusin ghal ragunijiet teologici (jishet, litt. "ibierek" li hu eufemismu bhal fl-1 Slat 21, 10.13 u Gob 1, 5.11; 2, 5.9). Il-verzjonijiet joffru siltiet li jvarjaw. - Meta jichad l-azzjoni tal-Providenza, il-hazin jasal biex jichad lil Alla.

10, 8 hitan tas-sejjieh: ebr. hasserim, "cnut" jew "irhula"; tr. hassirim, "qasab"; ara Is 35, 7. - ifittxu: ebr. "jistahbew"; tr. "huwa jispija".

10, 10 Tr. terga’ "huwa jispija" biex terga’ tiddahhal l-ittra ssadhe`, mhollija barra fit-TM. - jitbaxxa... jinxtehet: Tr. "jonsob f’sabta lill-maghkus"; litt. "jinsahaq" skond qere` u LXX; ketib igib "mishuq".

10, 12 Erfa’ idek: biex issalva (138, 7) u biex isawwat (Is 11, 15; Ezek 36, 7; Mik 5, 8).

10, 14 It-test ta’ dan il-v mhu xejn cert.

11 (10) Il-fiducja tal-gust

11, 1 Il-fidil imfittex jitqabbel ma’ ghasfur (55, 7; 91, 3; 124, 7). L-gholja hu l-post fejn jistkenn (121, 1; Gen 19, 17; Ezek 7, 16; Mt 24, 16).

11, 4 fuq il-bnedmin: Tr. "fuq id-dinja"; TM ihalli barra.

11, 6 gamar: skond Simmacus; TM jgib "insib". - is-sehem: Tr. "ix-xorti" u litt. "sehem il-bieqja taghhom". Din il-metafora (il-bieqja x’aktarx kienet isservi ghat-tlugh tax-xorti) tfisser id-destin, ix-xorti tajba (16, 5; 23, 5) jew iktar ta’ spiss dik hazina (75, 9; Mt 20, 22; Apk 14, 10; 16, 19); il-bieqja tar-rabja divina hija tema profetika (Ger 25, 15; Hab 2, 16; Ezek 23, 31w; Is 51, 17+; Lam 4, 21).

11, 7 wiccu... sewwa: Tr. "il-bnedmin sewwa jarawlu wiccu"; it-taghlima tat-TM ("wiccu se jifli l-qalb sewwa") x’aktarx tirrifletti skruplu teologiku: il-bniedem ma jistax jara lil Alla (ara Ez 33, 20+). Madankollu l-espressjoni "jikkontempla" jew "jifli wicc Alla" hi wahda li nsibu ta’ spiss fis-salmi fis-sens li toqoghod fil-prezenza tieghu bhalma joqoghdu l-qaddejja quddiem is-sid twajjeb (15, 1; ara 16, 11; 17, 15; 24, 6; 27, 8+; 105, 4; Is 38, 11; Gen 33, 10; Gob 33, 26).

12 (11) Kontra d-dinja giddieba

12 Talba fi stil profetiku. Mal-gideb tal-bnedmin jikkuntrasta s-sewwa tal-kliem u tal-weghdiet divini.

12, 2 ghabu... il-bnedmin: Tr. "ghabet il-fedelta` minn fost ulied il-bnedmin"; "ghabet", ebr. x’aktarx sapu; passu tat-TM ma tiftiehemx.

12, 7 mghoddija: litt. "mdewweb mal-bidu tad-dinja", jigifieri diga` msoffi hekk kif issibu. Il-kelma ta’ Alla hi ghalkollox safja minn kull gideb.

12, 9 aktar ma titgholla d-dnewwa: Tr. "johorgu l-aghar nies", "quccata ta’ zeblih", u "bhal meta titgholla zeblieha". It-Targum jaghmel parafrasi tal-v kollu: "bhal dudu li jerda’ demm il-bnedmin".

13 (12) Sejha fiducjuza

13, 3 kuljum: Tr. "kull waqt"; grg. izid "u matul il-lejl".

13, 6 LXX u vulg. izidu fl-ahhar "u wkoll b’isem il-Mulej l-iktar Gholi" (ara 7, 18); TM ihalli barra dan il-v.

14 (13) Il-bniedem minghajr Alla

14 Il-bniedem "minghajr Alla" (ara 10, 4+) hu bniedem belhieni. Ghad tigi s-siegha tieghu (ara Ger 5, 12w).

14, 3 Manuskritti grg. u vulg. hawn idahhlu tliet versi, imsemmija f’Rum 3, 10-18; jinkludu 5, 10; 140, 4; 10, 7; Prov 1, 16; Is 59, 7-8; S 36, 2.

14, 4 Is 9, 11+

14, 4 Xbieha ta’ origni profetika.

14, 5 Biza’ kbir waqa’ fuqhom: Tr. "hemm se jirtoghdu bil-biza’", fejn hemm tfisser Sijon, v 7 (ara 48, 3; 76, 4; 87, 4.6; Ezek 48, 35). Wara biza’ kbir xi siltiet, fosthom LXX u S 53, izidu "bla ma kien hemm ghalfejn jibzghu" (TM ihalli barra): tkexkix misterjuz, minghajr ebda raguni li tidher (ara Lev 26, 36; Dt 28, 67; 1 Sam 14, 15; 2 Kron 14, 13; Gob 3, 25). Jista’ jkun li hawn qed isemmi l-qerda tal-assiri fis-sena 701, midrubin meta ma kellhomx, milli jidher, m’nhiex jibzghu (ara 2 Slat 19, 35; Is 37, 36).

14, 7 jerga’ jqajjem: l-espressjoni (ara 85, 2; 126, 1; Gham 9, 14; Hos 6, 11; Ger 29, 14; Ezek 16, 53; Dt 30, 3; Gob 42, 10, ecc) li l-ewwel nett tindika l-migja lura mill-jasar, spiss ghandha sens iktar generali: twaqqaf mill-gdid, tirristawra, tibdel ix-xorti.

15 (14) Il-mistieden li jghammar mal-Mulej

15 Gabra ta’ morali, ara l-kmandamenti tad-dekalogu, Ez 20, 1+.

15, 1 fid-dar: Tr. "fit-tinda". Is-santwarju ta’ Gerusalemm xi mindaqqiet jassumi l-isem ta’ "tinda", b’tixbiha mas-santwarju l-qadim fid-dezert, imfakkar ta’ kull sena mill-festa ta’ l-Gherejjex, jew tat-Tabernakli (Ez 23, 14+).

15, 4 lil dawk li jibzghu mill-Mulej: jigifieri dawk kollha li huma fidili u leali lejh. Din l-espressjoni, li ta’ spiss insibu fis-salmi, hi sinonima ma’: fidil, piju, devot. Aktar tard tindika lil kull min juri simpatija lejn il-gudajizmu (ara Atti 2, 11+; 10, 2+).

15, 5 Ez 22, 24+ Ez 23, 8+

16 (15) Il-Mulej hu s-sehem tieghi li niret

16, 1 Miktam: Tr. "b’vuci baxxa". Din ir-rubrika nsibuha fil-bidu ta’ salmi li t-tlissin taghhom fil-pubbliku setghet tqajjem ir-rabja tal-pagani tal-perjodu ellenistiku (grieg), padruni ta’ Gerusalemm.

16, 2-3 It-test tal-vv 2-3, li mhu xejn car, jigi tradott b’sengha li tibdel il-vokalizzazzjoni. L-ebr. jista’ jigi litt. tradott: "Mulej tieghi, int il-hena tieghi, mhux ’il fuq minnek. Lill-qaddisin, dawk ta’ fuq din l-art, dawk u dawn li jimponu (?), l-ghaxqa kollha tieghi tinsab fihom". - Dawn il-vv jistghu jkunu indirizzati lejn dawk li jippretendu li jghaqqdu l-qima lil Jahwe` mal-kult ta’ l-allat taghhom, tahlita li ghal hafna zmien kienet l-ikbar tigriba ghal Izrael (ara Is 57, 6; 65, 5; 66, 3w).

16, 4 L-hemm... allat ohra: Tr. "Jghagglu l-ohrajn biex jibnu l-idoli" fejn "jghagglu" terga’ tr. "jigru ghal warajhom" u ebr. "ihallsu l-prezz tal-barrani". - allat: jew idoli, litt. "nuqqas ta’ sahha", eufemizmu.

16, 6 Riferenza ghall-kundizzjoni tal-leviti. Is-sehem taghhom, imfisser mix-xbieha tradizzjonali tal-bieqja (ara 11, 6+) u tal-habel li jkejlu bih ir-raba’ (Mik 2, 4-5) huwa Jahwe`. L-isem proprju Hilqijja-hu, "Jahwe` s-sehem tieghi", insibuh ta’ spiss.

16, 7 qalbi: litt. "il-gewwieni tieghi", post il-hsibijiet u s-sentimenti l-iktar mohbija (ara 7, 10; Prov 23, 16; Ger 12, 2).

16, 9 Num 16, 33+

16, 9 ruhi: litt. "il-glorja tieghi" (ara 7, 6+).

16, 10 Is-salmista ghazel lil Jahwe`. Ir-realizmu tal-fidi u l-htigiet tal-hajja mistika inisslu fih intimita` li ma jinhallx minn mieghu: huwa ghaldaqstant mehtieg li jahrab minn dik il-mewt li tifirdu minn Jahwe` (6, 6; ara 49, 16+). Din hi tama li ghadha mhix daqstant preciza, izda li diga` qeghda twassal ghall-fidi fil-qawmien (ara Dan 12, 2; 2 Mak 7, 9+). L-applikazzjoni messjanika, ammessa mill-gudajizmu, intweriet issehh fil-qawmien ta’ Kristu.

17 (16) Sejha tal-bniedem innocenti

17, 11 Jigu ghal fuqi: Tr. "arahom, gejjin ’il quddiem; TM "il-passi taghna".

17, 14 mill-bnedmin... sehemhom: Tr. "li m’ghandhomx aktar sehem f’din il-hajja" fejn m’ghandhomx aktar sehem tista’ daqstant tiftiehem: "bnedmin (li jmutu) li ghandhom b’sehem hajja xejn twila". Din tista’ tkun ambigwita` apposta. - bil-gid tieghek: litt. "b’dak li int tahbi". M’humiex kastigi dak li jrid hawn ifisser, izda l-gid li jghaddi li minfloku l-bniedem fidil jaghzel il-hbiberija divina.

17, 15 Num 12, 8+

17, 15 Il-qawmien ta’ filghodu huwa l-waqt maghzul minn Alla biex ixerred ir-rizq divin (5, 4; 30, 6; 46, 6; 49, 15; 57, 9; 73, 20; 90, 14; 130, 6; 143, 8). Huwa wkoll il-waqt meta jsir il-haqq (101, 8+). Is-sebh u d-dawl huma xbihat ta’ salvazzjoni (Is 8, 20; 9, 1; 33, 2; 58, 10; Sof 3, 5; Lam 3, 23; ara Gw 1, 4-5+; 8, 12+). L-ghaxija u d-dlam huma min-naha l-ohra xbihat tat-tigrib u d-dwejjaq (17, 3; Is 17, 14; 50, 10; S 30, 6; 59, 7; 88, 19; 107, 10). Il-kelma "nqum" gie li nftehmet bhala riferenza sottili ghall-qawmien mill-imwiet (ara 2 Slat 4, 31; Is 26, 19; Dan 12, 2; S 16, 10+) .

18 (17) Te Deum irjali

18 Dan il- kant trijonfali jghaqqad ma’ talba ta’ radd il-hajr (vv 5-28) ghanja rjali ta’ rebha (vv 32-51) bi tmiem messjaniku. Ir-recensjoni parallela ta’ 2 Sam 22 taghti lok ghall-korrezzjoni ta’ test ta’ spiss difettuz.

18, 2 Tr. billi jdahhal versett imholli barra fit-TM u mqieghed minn 2 Sam fi tmiem v 3; hawnhekk jinsab imqieghed mal-v 2 bhala l-uniku v li jindirizza lil Alla fit-tieni persuna ("Nhobbok").

18, 3 blata: Jahwe` jissejjah ta’ spiss fis-salmi "blata ta’ Izrael": sur ta’ kenn ghal kull min jemmen fih u fuq kollox tan-nisel ta’ David (ara Mt 16, 18+). - qawwa tas-salvazzjoni: litt. "qarn ta’ salvazzjoni"; il-qarn huwa simbolu ta’ qawwa u ta’ forza (75, 5; 89, 18; 92, 11; ecc; ara Dt 33, 17; 1 Slat 22, 11; Zak 2, 4), xi mindaqqiet b’xehta messjanika (132, 17; Ezek 29, 11).

18, 5 Mwieg: ma’ 2 Sam, ara v 6; TM jgib "xbieki". L-ilmijiet huma simbolu tal-perikli tal-mewt (ara 32, 6; 40, 3; 42, 8; 66, 12; 69, 2w.15w; 88, 18; 130, 1; Is 8, 7; 30, 28; Gob 22, 11; 27, 20; Gen 2, 6).

18, 6 Dt 13, 14+ Num 16, 33+

18, 7 Fl-hemm tieghi lill-Mulej sejjaht: TM izid "quddiem wiccu", imhollija barra minn 2 Sam.

18, 8 Hawn tibda d-deskrizzjoni tat-teofanija rebbihija ta’ Jahwe`, li jigi biex jghin lill-fidil tieghu (vv 8-18; ara Ez 13, 22+; 19, 16+).

18, 11 S 68, 5+

18, 11 Il-kerubini li jinsabu mtellghin fuq l-arka (Ez 25, 18+) u jispiraw lil Ezekjel bid-dehra tal-karru divin (Ezek 1, 5w+) iservu ta’ trijonf ghal Jahwe` (1 Sam 4, 4; 2 Sam 6, 2; 2 Slat 19, 15). Wara l-qerda tat-tempju jsiru simbolu ta’ hlejjaq smewwija.

18, 12 Ez 13, 21+

18, 13 shab johrog: skond TM (mharbat) "dab kull shab"; litt. "is-shab tieghu ghadda"; 2 Sam "lehh ragg jiddi".

18, 14 TM hawn itenni il- v 13b (silg u ilsna tan-nar), imholli barra minn LXX u 2 Sam.

18, 16 il-bahar: skond 2 Sam; fit-TM "l-ilmijiet".

18, 25 is-safa ta’ jdejja: skond 2 Sam; "l-innocenza ta’ jdejja" skond TM biex ikun jixbah il-v 21b.

18, 29 tixghel... il-musbieh tieghi: TM "dawl ghall-musbieh tieghi"; izda tr. ma’ 2 Sam "musbieh tieghi", dettall li jrattab l-antropomorfizmu.

18, 30 neghleb il-qtajja’: Tr. ebr. "nigri biex neqred" (‘aruss gedud); tr. ma’ 2 Sam "nahbat ghac-cint" (‘aross geder).

18, 36 l-ghajnuna tieghek kabbritni: TM jgib "l-umilta` tieghek (jew "il-hsieb tieghek", sens aramajk, ‘anewateka) tkabbarni"; Tr. "int ma tieqafx tismaghni"; litt. "int ittenili twegibtek (‘anoteka)", skond LXX u 2 Sam; ara S 20, 7.

18, 44 minn poplu: TM jgib "poplu" ; 2 Sam igib "il-poplu tieghi"; LXX igib "popli" (f’dan is-salm u fit-2 Sam). It-taghlima ta’ 2 Sam hi wahda ewlenija; din imbaghad giet generalizzata minhabba fit-tkomplija tal-v kif ukoll x’aktarx biex tigi eliminata r-riferenza xejn favorevoli ghal Izrael.

18, 50 S 7, 18+

19 (18) Il-Mulej xemx tal-gustizzja

19 L-innu jiccelebra lil Jahwe` il-hallieq tas-sema, specjalment tax-xemx, vv 5b-7, u l-awtur tal-Ligi: in-natura u l-Ligi juru juru kull perfezzjoni divina. Fil-Lvant tal-qedem ix-xemx kienet is-simbolu tal-gustizzja (ara Mal 3, 20; Gherf 5, 6); hekk tiftiehem ir-rabta flimkien taz-zewg taqsimiet tas-salm. Dan jigi applikat mil-liturgija tal-milied ghall-Kelma ta’ Alla, xemx ta’ gustizzja (Mal 3, 20; Gw 1, 9; Lq 1, 78). Il-v 5 jigi applikat ghall-appostli (ara Rum 10, 18).

19, 2-3 Rum 1, 20+

19, 4 ma hemmx lehen li ma jinstemax: Tr. "li ma tismax hosshom"; il-verzjonijiet fehmu dan il-versett b’dan il-mod,izda dak li jigi wara jalludi ghat-tema assiro-babiloniza tal-kwiekeb, "il-kitba siekta tas-smewwiet.

19, 5 lehenhom: Tr. "il-passi taghhom". Is-salmista, filwaqt li jitkellem dwar ix-xemx bhala hlejqa ta’ Jahwe`, juza espressjonijiet li jinsabu fil-mitologija babiloniza.

19, 11 l-aktar fin, ohla: Tr. "l-aktar fin, imfawwar kliemu ohla", fejn "kliemu" x’aktarx gejja minn debarajw (ara S 119, 103.127) u "imfawwar" minn rab, skond TM .

19, 14 mill-kburija: litt. "mill-kburin" jew "mill-hwejjeg kburin"; skond LXX "mill- (allat) barranin"; 119 jikkuntrasta l-hin kollu l-kburija mal-prattika tal-Ligi.

19, 15 Mulej: Tr. mas-LXX "Bla ma qatt tieqaf, Mulej"; imholli barra fit-TM. - feddej: ebr. go’el; il-kelma, li tindika lil min jithallas minn demm il-mejjet (Num 35, 19+) u lil min ikollu d-dritt tal-fidwa (Lev 25, 25.47-49), tigi applikata (minn Gob 19, 25; S 19, 15; 78, 35; Ger 50, 34 u ta’ sikwit fit-Tieni Parti ta’ Isaija: 41, 14; 43, 14; 44, 6. 24; 49, 7; 59, 20; ecc) lil Jahwe` li jithallas, isalva u jaqla’ bil-qawwa mill-mewt lil dawk li jemmnu fih u lill-poplu tieghu.

20 (19) Talba ghas-sultan

20 Talba ghas-sultan tielaq ghall-gwerra (ara 1 Slat 8, 44; 2 Kron 20, 18w); maghmul minn zewg taqsimiet, li wara kull wahda hemm antifona korali.

20, 7 il-midluk tieghu: il-"konsagrat" tieghu, il-"Kristu" tieghu (ara Ez 30, 22+; 1 Sam 9, 26+): is-sultan ta’ Izrael.

20, 8 Hos 1, 7+

20, 10 wegibna: Tr. "int twegibna".

21 (20) Rit ta’ tqeghid il-kuruna

21 Dan is-salm, f’zewg taqsimiet li warajhom hemm antifona korali (vv 8 u 14), ghandu accent messjaniku u eskatologiku li wassal biex jigi applikat ghal Kristu sultan.

21, 10 Malli int tidher: Tr. "Fil-jum meta int tidher", u litt. "F’jum il-wicc tieghek", jigifieri meta int se tidher biex taghmel haqq. il-vv 9-13 huma indirizzati lis-sultan. Izda l-espressjoni "f’jum il-wicc tieghek" u t-tismija tan-nar gejjin mill-istil eskatologiku. Din is-silta fit-test primittiv (ara mss. grg.) setghet kienet indirizzata lil Jahwe`.

22 (21) Tbatijiet u tamiet tal-gust

22 Ilment u talba ta’ bniedem innocenti li jinsab persegwitat iwasslu ghal radd il-hajr ghall-helsien mistenni (vv 23-27), u dawn jigu adatti ghal-liturgija ta’ Israel permezz tal-v 24 u tat-tmiem universalista tas-salm (vv 28-32), fejn il-migja tas-saltna ta’ Alla fuq l-art kollha jidher bhala dak li johrog mill-prova li jkun garrab il-qaddej fidil. Dan is-salm hu simili hafna ghall-poema tal-qaddej li jbati (Is 52,13-53,12), u Kristu lissen il-bidu tieghu fuq is-salib (Mt 27, 46), filwaqt li l-evangelisti raw fih bil-quddiem xi grajjiet tal-passjoni, u hu ghaldaqstant salm messjaniku ghallinqas f’sens tipiku.

22, 1 "Ic-cerva tas-sebh": forsi l-bidu ta’ xi ghanja mhux maghrufa, skond TM; tr. "ghall-wens ta’ filghodu".

22, 4 Lev 17, 1+ Is 6, 3+

22, 4 Tr. "int li tghammar fil-maqdes, int it-tifhir ta’ Izrael" ara LXX; "int il-qaddis li tghammar fit-tifhir ta’ Izrael" ara TM.

22, 6 Mh 2, 11-19+

22, 9 intelaq: TM jgib : "intelaq int".

22, 16 Halqi: ebr. hikki, jew kohi "il-qawwa tieghi".

22, 17 Taqqbuli: skond vulg.; tr. "bhal qishom hanxru"; Glormu u Simmacus; "jorbtu"; TM jgib "bhal iljun", ma jiftiehemx; LXX "haffru"; sirjak minflok: "darbu". Is-silta tfakkar f’Is 53, 5, izda l-evangelisti ma ghamlux uzu minnha fir-rakkont tal-passjoni.

22, 22 TM fl-ahhar izid ‘anitani, "int wegibtni". - lili msejken: ‘anijjati: "(ir-ruh) il-fqajra tieghi".

22, 27 Riferenza ghall-bankett messjaniku (Is 55, 1w, ecc) iktar milli ghall-ikla ritwali li tigi wara s-sagrificcju tas-sliem (Lev 3, 1+).

22, 28 quddiemu: TM "quddiemek".

22, 30 Lilu jqimu: Tr. "Lilu wahdu", ebr. ’ak lo; TM jgib ’aklu, "kielu".

22, 30 U ghalih tghix ruhi... : skond certi manuskritti u LXX; test difficli; tr. "ghal min ma jghix iktar, nislu se jaqdih". It-test tas-LXX jidher mimsus minhabba fit-twemmin fil-qawmien. Tista’ tigi tr.: "Huwa (il-hazin) mhux se jghix, izda nisel se jaqdih".

23 (22) Ir-raghaj it-tajjeb

23 Il-hegga divina ghall-gusti, taht ix-xbieha mtennija tar-raghaj (vv1-4) u ta’ l-ospiti li jilqa’ ghall-bankett messjaniku (vv 5-6). Dan is-salm jigi tradizzjonalment applikat ghall-hajja sagramentali, specjalment ghall-maghmudija u ghall-ewkaristija.

23, 1 Ezek 34, 1+

23, 2 Gw 4, 1+

23, 4 ghax inti mieghi: zjieda li x’aktarx saret biex tigi taqbel ma’ 1 Sam 22, 23 u hekk tishaq fuq ir-riferenza ghall-grajjiet David. Is-test primittiv igib: "Hdejja, il-hatar tieghek, l-ghaslug tieghek qeghdin hemm...".

23, 5 Ez 16, 1+ S 22, 27+ S 16, 5+

23, 5 Skond id-drawwa ta’ l-ospitalita` orjentali (92, 11; 133, 2; Koh 9, 8; Gham 6, 6; Lq 7, 46).

23, 6 U nghammar: Tr. "Il-post fejn noqghod"; TM "nerga’ lura" (tiswija hafifa fil-vokali).

24 (23) Liturgija ta’ dhul fis-santwarju

24 Il-vv. 7-10 jistghu jirreferu ghall-garr ta’ l-arka taht David (2 Sam 6, 12-16, ara S 68, 25w; 132). Il-bidu (vv 1-6) jidher qiesu gej minn qabel (ara S 15): il-hallieq ta’ l-univers hu wkoll il-habib li jilqa’ lill-gust.

24, 2 L-art tintwera bhallikieku qeghda sserrah fuq l-ilmijiet tal-bahar taht l-art ( ara Ez 20, 4).

24, 6 ’l wiccek, Alla ta’ Gakobb: skond 2 mss. ebr., sirjak; TM jgib "wiccek, Gakobb"; LXX igib "wicc l-Alla ta’ Gakobb".

24, 10 1 Sam 1, 3+ Ez 24, 16+

25 (24) Talba ghal waqt il-periklu

25, 7 S 106, 4+

25, 7 fil-htijiet: zjieda fit-TM, tennija mhollija barra fis-sirjak. - inti tajjeb, Mulej: versett imqieghed ukoll fi tmiem v 5.

25, 9 lill-fqajrin: skond TM izda li jtenni "imsejkna"; ohrajn u sirjak igibu "dawk bla hena".

25, 13 Mal-konvinzjoni mwassla b’wirt mill-ghorrief ta’ Izrael, li hemm tpattija sa minn fuq din l-art ghall-gust, hawnhekk tizdied it-tama tal-lhud, gejjin lura mill-ezilju, fit-tgawdija shiha ta’ art missirijiethom.

25, 14 Iktar mill-misteru divin (Gherf 2, 22) irridu hawn nifhmu l-intimita` ma’ Alla (73, 28; Prov 3, 32; Gob 29, 5; Ez 33, 20+), marbuta ma’ l-gharfien ta’ dak kollu li hu divin (Ger 16, 21; 31, 34; Hos 6, 6).

25, 17 Serrahli: Tr. "Haffifli"; TM "haffuli".

25, 21 Xi siltiet ohra u LXX izidu "Jahwe`" fi tmiem il-v; imholli barra fit-TM.

25, 22 Dan il-v, li qieghed hemm b’zjieda fis-serje alfabetika, jista’ jkun antifona liturgika ta’ wara l-ezilju (ara 34, 23).

26 (25) Talba tal-bniedem innocenti

26 Bhal fis-salmi 7 u 17, il-fidil jitniehed li hu innocenti.

26, 8 Ez 25, 8+ Ez 24, 16+

26, 8 id-dar ta’ l-ghamara tieghek: skond TM (qlib hafif ta’ zewg konsonanti); tr. ma’ LXX: "is-sbuhija ta’ darek".

26, 10 Ez 23, 8+

26, 12 Mulej, lilek inbierek: skond LXX; TM jgib "se nbierek lill-Mulej".

27 (26) Ma’ Alla m’hemm ebda biza’

27, 5 Gharix (tr. "post") u dar (tr. "tinda") ifissru s-santwarju ta’ Gerusalemm.

27, 8 "Fittex ’il wiccu": Tr. "fittxu ’l wiccu"; TM jgib "fittxuli ’l wicci". L-espressjoni (ara Gham 5, 4+), li fil-bidu kienet tfisser "tmur tithaddet ma’ Jahwe`" fis-santwarju tieghu (2 Sam 21, 1), kisbet sens iktar generali: li tfittex li tkun tafu, li tghix fil-prezenza tieghu. "Tfittex il-Mulej" (Dt 4, 29; S 40, 17; 69, 7; 105, 3; Gham 5, 4+; ecc) tfisser li taqdih b’kull lealta`.

27, 13 Nemmen li ghad nara: tista’ tiftiehem ukoll: "Ah! li ma kellix jien nara". Fl-epoka tal-Makkabin, dan il-hsieb kien jigi interpretat fil-qjies tal-fidi li kellhom f’hajja fiz-zmien li gej.

28 (27) Supplika u radd il-hajr

28, 1 S 18, 3+

28, 2 jdejja: xi testi hawn u fil-v 4 izidu "Jahwe`", li ma nsibux fit-TM.

28, 7 ferhet qalbi; nroddlu hajr bil-ghana tieghi: skond TM; ohrajn u LXX igibu "gismi rega’ ha r-ruh; b’qalbi kollha nizzi hajr".

28, 8 il-midluk: Tr. "konsagrat"; litt. "Messija". Skond il-parallelizmu, il-"Messija" ("midluk") jidher li hawn hu l-poplu ta’ Alla, ikkonsagrat ghas-servizz tieghu (ara Ez 19, 3+; S 105, 15; Hab 3, 13), u mhux il-princep (20, 7) jew il-qassis il-kbir (84, 10).

29 (28) Innu lil Sid it-tempesti

29 It-tempesta (ara Ez 13, 22+ u 19, 16+) tfakkar fil-qawwa u l-glorja divina li jgarrfu l-ghedewwa ta’ Izrael u jizguraw il-paci ghall-poplu ta’ Alla.

29, 1 Ez 19, 16+

29, 1 ulied Alla: litt. "ulied l-allat" (ara 82, 1; 89, 7; Gob 1, 6+), identifikati mal-angli li jaghmlu l-qorti divina. Is-silta tigi xi kultant applikata ghal Izrael , "bin Alla" (Ez 4, 22; Dt 14, 1; Hos 11, 1). - LXX u vulg. minflok ghandhom: "gibu mtaten lill-Mulej".

29, 2 fl-ghamara mqaddsa tieghu: skond LXX u sirjak; tr. "b’tizjin qaddis" u "fl-imkien ta’ qdusija"; ghaldaqstant hawn qed nitkellmu mis-sema, xbieha li ma tidhirx tat-tempju ta’ Gerusalemm (11, 4; 78, 69).

29, 6 is-Sirjon, isem moghti lill-Hermon mis-Sidonin (Dt 3, 9).

29, 7 Alla jaqta’ l-vlegeg biex jinfed lill-ghedewwa tieghu (ara 18, 15; Dt 32, 23. 42; Hab 3, 11; Zak 9, 14).

29, 9 jobrom il-ballut: Tr. bl-ebr. "iwelled ic-criev", ’ajjalot, filwaqt li ’elot ifisser "ballut" (kwistjoni ta’ vokalizzazzjoni). Is-sigar il-kbar, hawn u fil-v 5, jistghu jkunu simbolu tal-ghedewwa kburin ta’ Alla u tal-poplu tieghu (ara Is 2, 13; 10, 18.33; 32, 19; Ger 21, 14; 46, 23; Ezek 21, 2; Zak 11, 2).

29, 9 fit-tempju... Glorja! Sew fis-sema (v 2), sew fit-tempju ta’ Gerusalemm, li l-liturgija li ssir gewwa fih tidwi t-tifhir tas-sema, sew ukoll fl-art imqaddsa, ikkonsagrata lil Jahwe` (114, 2) u dar tieghu (Ger 12, 7; Zak 9, 8).

29, 10 L-ewwel wirja tal-gustizzja divina.

30 (29) Radd il-hajr wara periklu tal-mewt

30, 4 Num 16, 33+

30, 5 S 7, 18 +

30, 6 S 17, 15+

30, 6 Fil-ghaxija jidhol il-biki: litt. "fil-ghaxija, id-dmugh jghaddu l-lejl".

30, 8 TM jgib: "bil-pjacir tieghek, qeghedt fuq il-muntanja tieghi (forma mhux normali) qawwa".

30, 9 lil Sidi: skond TM; LXX jghid "lil Alla tieghi".

30, 10 Is 38, 18+

30, 10 inkun mejjet: litt. "minn demmi"; fid-demm hemm il-hajja (Gen 9,6+; Lev 1, 5+; S 72, 14; 116, 15).

30, 13 ruhi: TM kabod, "il-glorja"; Tr. "qalbi", fis-LXX kebedi, litt. "fwiedi" jew "il-glorja tieghi" (ara 7, 6).

31 (30) Talba ghal waqt it-tigrib

31 Din it-talba titnebbah mill-istqarrijiet ta’ Geremija; Gona 2 ftit jew wisq joqrob lejha.

31, 3 fittex ehlisni: skond TM; ohrajn u mss. grg. jgibuh ’il quddiem ghall-v 2.

31, 7 Int tobghod: skond TM "jien nobghod".

31, 11 bl-ghali: Tr. "fit-tbatija"; TM "fi hzuniti".

31, 12 haga ta’ min ikasbarha: xi siltiet jzidu wkoll "l-istmellija", ma’os, izda TM jgib me’od, "hafna".

31, 17 S 4, 7+

31, 20 Mulej: skond 3 mss. ebr. u ohrajn; kelma mhollija barra fit-TM.

31, 21 It-tmaqdir, il-kalunnji, ix-xhieda falza (ara 55, 10; 109, 3; 120, 2w; 1 Slat 21, 10.13; Gob 5, 21; Is 54, 17; Ger 18, 18).

31, 23 maqtugh: kif jerga’ jigi moqri t-test ewlieni; fil-kelma ebr. inbidlu ma’ xulxin zewg ittri biex itaffu espressjoni pessimista ghall-ahhar.

32 (31) L-istqarrija hielsa tad-dnub

32 Poema ta’ taghlim, b’zewg taqsimiet (vv 1-7 u 8-11) ta’ ritmu divers izda li jikkorrispondu ma’ xulxin. Huwa salm penitenzjali.

32, 1 htijietu mahfura: litt. "dnubu mghotti" (ara 65, 4+; 85, 3; Gob 31, 33).

32, 4 sahhti nfniet: Tr. "nixfet hilti", "qalbi nbidlet f’qasbija"; "qalbi" skond ms.; imhollija barra fit-TM; il-kelma "qasbija", litt. "ghalqa", lesadaj, x’aktarx; TM jgib "l-ilma gewwieni tieghi", lexaddi.

32, 5 int hfirtli: salahta, x’aktarx; imhollija barra mit-TM, jista’ jkun li tnehhiet fl-ikkupjar ghax hasbuha selah ("waqfa").

32, 6 S 18, 5+

32, 6 in-niket: massor jew massoq; ebr. igib "li jsib unikament", messo’ raq; fejn raq ("unikament") x’aktarx gejja mit-tqeghdi biswit xulxin ta’ l-ahhar konsonanti taz-zewg varjanti.

32, 7 tferrahni: Tr. iddawwarni "b’ferh" jew "b’ghanjiet"; kelma dubbjuza, jista’ jkun dittografija ta’ tmiem il-verb ta’ qabel.

32, 9 trazzanhom: Tr. "trazzan l-ardir taghhom"; TM ‘edjo, "il-hrara taghhom"; tr. "timxi ’l quddiem", litt. "wara li tkun imxejt ’il quddiem", ‘aduj.

33 (32) Innu lill-Provvidenza

33, 3 b’lehen qawwi: Tr. "aghjtu": din il-kelma kienet fl-origni taghha tfisser l-ghajta ghall-gwerra ("Ghalihom!") li kienet tigi qabel l-attakk (Ez 32, 17; Goz 6, 5; Mh 7, 20w; 1 Sam 17, 20.52; Gham 1, 14; Hos 5, 8; Ger 4, 19; 49, 2): sellmet lil Jahwe` bhala sultan u kap militari (Num 23, 21; Sof 1, 14; ara 1 Sam 10, 24) u lill-arka l-fortifikazzjoni tieghu (1 Sam 4, 5; 2 Sam 6, 15). Wara l-ezilju, dan l-evviva ritwali jassumi sens kultwali u liturgiku; jgholli lil Jahwe`, sultan ta’ Izrael u tal-pagani (47, 2.6; 89, 16; 95, 1; 98, 4.6), salvatur (Is 44, 23) u mhallef (Goel 2, 1), hekk ukoll kif il-Messija tieghu (Zak 9, 9). Jinghajtu ghanjiet fil-jiem ta’ festa (Esd 3, 11; ara Gob 38, 7), fis-sagrificcji ta’ radd il-hajr (27, 6; 65, 14; 100, 1; Gob 33, 26) u fil-purcissjonijiet liturgici (95, 1w; 100, 1w; ara Num 10, 5+).

33, 6 Gw 1, 1+

33, 7 garra: Tr. "bahar" minn traduzzjonijiet li ma jaccettawx verzjonijiet li jikkorregu l-vokalizzazzjoni biex taqra’ "bhal f’garra", ghax il-vokabolu "bahar" jista’ jkollu riferenza ghall-miraklu tal-bahar f"Ez 15, 8 (ara wkoll S 18, 13).

33, 12 Ez 19, 6+ Dt 7, 6+

33, 16 Hos 1, 7+

34 (33) Tifhir lill-gustizzja divina

34 Salm sapjenzali "alfabetiku" (ara Prov 31, 10+), izda l-ordni ta’ l-istrofi hu mharbat: radd il-hajr (vv 2-11) u taghlim, fl-istil tal-Proverbji, fuq id-destin tal-gusti u tal-hziena (vv 12-23).

34, 8 Ez 14, 19+

34, 11 Is-setghana: Tr. b’mod hieles mis-LXX "l-ghonja"; u ohrajn u TM "bhejjem tax-xaghri", kliem li bihom ta’ sikwit jitfissru l-hziena (3, 8; 22, 22; Gob 4, 9w; Ezek 38, 13; Zak 11, 3).

35 (34) Talba ta’ bniedem gust ippersegwitat

35 Ilment qawwi ta’ imprekazzjoni (xewqa ta’ deni), li jqarreb lejn 22; 55; 59; 69; 70; 109.

35, 3 is-sejf: wesagar, x’aktarx hekk skond test ta’ Qumran; TM jgib usegor, "u ghalaq".

35, 7 Vers korrett skond is-sirjak; TM mharbat; litt. "nasbuli hofra, ix-xibka taghhom, imhaffra bla ghan".

35, 8 S 7, 16+

35, 8 fil-hofra li haffru: skond verzjonijiet u sirjak; Tr. "fit-tempesta" u "fil-qerda" skond TM, dittografija.

35, 10 S 86, 8+

35, 10 l-imsejken u l-fqajjar: Verzjoni ttenni ghal darbtejn bi kliem divers "iz-zghir" tat-TM; verzjoni ohra ttenni ghal darba biss.

35, 15 jahbtu ghalija: skond TM nekim; Tr. bhala x’aktarx "barranin", nokrim.

35, 16 Mal-hziena jkasbruni: versett imharbat; il-kliem jinqasmu b’mod divers mill-ebr. u tigi korretta l-vokalizzazzjoni; it-taghlima tas-LXX ("igarrbuni, izebilhuni bit-tmeghir") toffri tifsira sodisfacenti, izda tissoponi bil-quddiem korrezzjoni iktar importanti.

35, 17 qerda: Tr. "vjolenza", izda hekk is-sens ma jkun xejn cert.

35, 21 Jakkuzawh falsament b’xi delitt.

36 (35) Il-hazen tal-midneb u t-tjieba ta’ Alla

36 Iz-zewg taqsimiet tas-salm (vv 2-5 u 6-13) setghu qaghdu mifrudin minn xulxin.

36, 2 Lehen id-dnub, hawn personifikat, jidhol minflok il-kelma li Alla jaghti.

36, 3 Test xejn cert; jista’ wkoll jiftiehem: "Tabilhaqq, hu (id-dnub) jfahhru z-zejjed f’ghajnejh, ghax ma jaqbillux li huwa jaghraf il-htija tieghu".

36, 7 M’oghla s-smewwiet: Tr. "bhall-oghla muntanji" jew litt. "bhall-muntanji ta’ Alla" (ara 68, 16; 80, 11).

36, 8 S 17, 8+

36, 10 Ger 2, 13+

36, 10 l-ghajn tal-hajja: Il-"hajja" timplika prosperita`, sliem u hena (ara 133, 3). "L-ghajn tal-hajja" fil-Proverbji tfisser l-gherf (Prov 13, 14; 16, 22; 18, 4) u l-biza’ ta’ Alla (14, 27). Is-silta tigi applikata ghal Kristu, hajja u dawl ghall-bnedmin (ara Gw passim). - Fid-dawl tieghek, jigifieri "ta’ wicc Alla" (27, 1; 89, 16; Gob 29, 3), espressjoni tat-tjieba tieghu (S 4, 7+), il-bniedem isib id-dawl tal-hena.

37 (36) Ix-xorti tal-gust u tal-hazin

37 Dan is-salm alfabetiku, il-"mera tal-Provvidenza" skond Tertulljanu, igib kontra l-ghadab ta’ dawk skandalizzati bil-hena tal-hziena, it-taghlim tal-ghorrief fuq ir-retribuzzjoni li ssir fuq din l-art sew lill-gusti sew lill-hziena. Id-diskors jitkompla f’Ekklezjasti (ara Koh 8, 11-14) kif ukoll f’Gob.

37, 3 fl-art: l-art mqaddsa (ara 25, 13; Dt 16, 20). - tghix b’mohhok mistrieh: Tr. "tghix bil-fidi", litt. "tirgha b’mohhok kwiet" (ara Is 14, 30). Dawn il-weghdiet se nergghu nsibuhom f’sens spiritwali fil-beatitudnijiet (Mt 5, 3-4; ara Rum 4, 13).

37, 16 Fil-verzjonijiet; TM "mix-xorti ta’ hafna hziena".

37, 22 Fis-LXX "dawk li jbierkuh... dawk li jishtuh".

37, 28 wlied il-hziena jeqridhom: fis-LXX; dan jirrestitwixxi l-ittra ghajn, li ma ssibx fit-test ebr., u jippermetti li tinzamm l-istess struttura poetika tal-bqija tas-salm. TM jista’ jigi tradott: "Huma (hbiebu) se jibqghu mizmuma ghal dejjem".

37, 35 qisu cedru tal-Libanu: skond LXX; tr. "bhal cedru kburi"; TM jghid "inezza lilu nnifsu, filwaqt li jien niddi, hadrani (?)" (ara 92, 15).

37, 36 Rgajt ghaddejt: skond verzjonijiet; TM jgib "ghadda".

38 (37) Talba waqt id-djieqa

38 Ilment ta’ fidil li jinsab marid u meqjus hati (vv 4w.6b.19). Salm penitenzjali li xi siltitet minnu jfakkruna f’Gob u fil-kant tal-qaddej li jbati f’Is 53.

38, 3 taghfas: Tr. "nizlet" skond TM; litt. "waqghet"; tr. mas-sirjak u Targum: "issawwatni".

38, 20 Tqawwew: Tr. "huma hajjin u qawwija", fejn "hajjin" skond TM hi "hajjim"; tr. bhala x’aktarx "bla skop", hinnam.

38, 21 Xi mss. grg. u verzjonijiet izidu: "cahduni, lili l-maghzul fuq kulhadd, bhal katavru wahxi" (ara Is 14, 19 LXX), riferenza ghal Kristu msallab kif wisq iktar tippreciza l-verzjoni kopta: "sammruli ’l gismi".

39 (38) Il-bniedem hu xejn hdejn Alla

39 Is-salmista (ara 88) jistqarr it-turment tieghu meta jara l-hena tal-hziena u l-qosor tal-hajja (vv 2-7); jafda ruhu f’idejn Alla u jitolbu l-hniena.

39, 3 S 37, 1+

39, 3 l-ugigh tieghi: Tr. qabel dan il-kliem "minhabba xortih... ", mittobo; TM jgib mittob u, "minghajr xorti u... " (maqsum hazin).

39, 7 jahzen il-gid: hamon, gid; TM jgib jehemajun, "huma jitqanqlu".

39, 13 Ez 12, 48+

39, 14 biex niehu n-nifs: litt. "biex ikolli wicc sew" (ara Gob 9, 27; 10, 20).

40 (39) Radd il-hajr. Sejha ghall-ghajnuna.

40 Wara l-innu ta’ radd il-hajr (vv 2-12) tigi tnehida ta’ dieqa (vv 14-18) li ssir S 70. Fis-salm attwali, l-ewwel taqsima tidher bhal ritorn ghall-imghoddi, oppost ghall-mizerji taz-zmien ta’ issa li jiggustifikaw is-sejha lil Jahwe`.

40, 7 ftahtli: litt. "haffirtli". Alla jfiehem lill-fidil tieghu x’inhi r-rieda tieghu (ara Is 50, 5). Varjazzjoni wahda tas-LXX ("int ghamiltli gisem") kienet tigi interpretata f’sens messjaniku u applikata ghal Kristu (Lhud 10, 5w).

40, 8 Gham 5, 21+

40, 9 L-ubbidjenza tiswa wisq aktar mis-sagrificcju (1 Sam 15, 22). Il-profeti ta’ sikwit wissew lil Izrael kontra dawk id-drawwiet li ma kienux gejjin mill-qalb (Gham 5, 21+; ara Gen 8, 21+) jew kontra fiducja pruzuntuza fil-prezenza ta’ Alla fit-tempju tieghu (ara Ger 7, 3w+). Fil-gudajizmu ta’ wara l-ezilju, kienet x’kienet l-importanza tat-tempju bhala sinjal ta’ salvazzjoni (Zak 1, 16), il-kult interjuri kien dejjem izjed jirfina meta l-istess dispozizzjonijiet tal-qalb, it-talb, l-ubbidjenza, l-imhabba, bdew jitqiesu bhala kult (50; 51, 19; 69, 31w; 141, 2; Prov 21, 3; ara wkoll Sir 34, 18-35, 10; Tob 4, 11). Din l-evoluzzjoni kienet thejji s-sopravivenza tal-gudajizmu wara l-qerda tat-tempju u kienet tkompli fit-TG (Rum 1, 9+; 12, 1+).

40, 10 Mulej: kelma mcaqilqa biex jinzamm ir-ritmu tal-bqija tas-salm.

41 (40) Talba ta’ bniedem marid u abbandunat

41, 2 fil-fqir u d-dghajjef: skond LXX u Targum; skond TM "fid-dghajjef".

41, 4 fuq is-sodda tal-mard: Tr. "fil-mard tieghu".

41, 8 It-tigrib li jgib mieghu l-mard jitqies bhallikieku kastig ghal xi dnub (ara Gob; S 38, 4; 107, 17).

41, 9 Marda mill-aghar: litt. "haga ta’ Belijaghal" (ara Dt 13, 14+).

41, 10 ntrefa’ kontrija: litt. "jerfa’ gharqubu kontrija". - habibi, li fih kont nafda: (litt. "il-bniedem ta’ sliem tieghi") xi mindaqqiet identifikat ma’ Ahitofel, kunsillier ta’ David (2 Sam 15, 12; 17, 23; ara 12, 19). Gesu` applika dawn il-kliem ghal Guda (Gw 13, 18).

41, 14 Din id-dossologija (innu ta’ tifhir) ittemm l-ewwel ktieb tas-salterju (ara 72, 18; 106, 48).

NisgaSalmi 58 sa 74Aktar fuq is-Salmi