Salmi

L-Ewwel Ktieb

It-Tieni Ktieb (hawn)

It-Tielet Ktieb

Ir-Raba’ Ktieb

Il-Hames Ktieb

 

IT-TIENI KTIEB

42 (41) Ilment ta’ levita eziljat

42 L-ezilju, tip tad-dieqa tal-fidil li "jghix ’il boghod mill-Mulej" (2 Kor 5, 6-8), hu hawn il-boghod li jifred lis-salmista mis-santwarju, fejn Alla joqghod, u mill-festi li hemmhekk ilaqqghu lill-poplu tieghu; is-salmi 42 u 43 qishom jaghmlu salm wiehed.

42, 2 Gw 4, 1+

42, 2 ghazziela: skond LXX; TM jgib "ghazziel" fil-maskil, izda l-verb xorta jibqa’ "tixxennaq".

42, 3 u nara: skond mss., sirjak u Targum; TM (imharbat minn skriba mdiehex minn dawn il-kliem, ara Ez 33, 20+) igib: "nidher quddiem". "Li tara wicc Alla" hawn ifisser li zzur is-santwarju tieghu, it-tempju ta’ Gerusalemm (ara Dt 31, 11; S 27, 8+).

42, 5 kont nimxi: x’uhud igibu wkoll "... fost dawk ta’ quddiem"; tr. "kont nimxi taht is-saqaf tal-wisq Kbir": fejn "wisq Kbir", litt. hi "ta’ dak li hu ta’ min jighaxxaq bih" (plural ta’ maesta`) skond LXX u sirjak; TM ma jiftiehemx. "Is-saqaf", litt. "l-gharix", hu t-tempju fejn Alla joqghod u li kull lhudi devot kien izur ta’ kull sena (Ez 23, 14-17).

42, 6 S 6, 5+

42, 7 l-ghajnuna tieghi: Tr. "l-ghajnuna ta’ wicci" fil-mss. ebr., grg., sirjak; l-istess jghodd ghal v 12; TM jgib "l-ghajnuna ta’ wiccu". - fik niftakar: "fik" hija riferenza ghal Alla. - muntanja ta’ Misghar jew "muntanja umli" skond ebr.; din tista’ tkun Zaorah, qrib l-ghejjun tal-Gordan, li x’aktarx kienet waqfa fit-triq lejn l-ezilju. Tr. "fik, umli muntanja", b’riferenza ghall-muntanja Sijon."

42, 10 S 18, 3+

43 (42) Tnehida ghall-helsien

43, 4 ferh: skond ms. ebr.; TM jgib "l-hena (tal-ferh tieghi)". LXX fehem: "Alla l-ferh ta’ zghoziti".

44 (43) Ilment nazzjonali

44 Dan is-salm, li jikkuntrasta t-trijonfi tal-imghoddi ma’ l-umiljazzjonijiet t’issa, jista’ jkun li qed jirreferi (bhal 74; 79; 80) ghar-rovina ta’ Gerusalemm fil-587. Il-vv 18-23 zdiedu wara biex is-salm jigi adattat ghall-persekuzzjonijiet ta’ zmien il-Makkabin.

44, 4 Dt 8, 17w+ Hos 1, 7+ S 4, 7+

44, 5 u Alla tieghi, li tajt: skond TM: "o Alla, aghti (aqta’)".

44, 20 f’art: Sew l-art meqruda (Is 34, 13; Ger 9, 10), sew id-dezert, kenn ghal-lhud ippersegwitati (1 Mak 2, 29; 9, 33).

44, 21 ftahna jdejna: Il-gest tat-talb (28, 2; 141, 2; Is 1, 15).

44, 23 Riferenza verosimili ghall-persekuzzjonijiet ta’ Antijoku Epifani.

45 (44) Ghanja rjali

45 Skond x’uhud, dan is-salm kien kant profan ghat-tieg ta’ sultan lhudi, Salamun, Gerobogham II jew Ahab (li zzewweg principessa minn Tir, 1 Slat 16, 31). Izda t-tradizzjoni gudajka u nisranija tinterpretah bhala t-tieg tas-Sultan-Messija ma’ Izrael, figura tal-Knisja (ara Ezek 16, 8-13; Is 62, 5; Ghanj 3, 11; ecc), u min-naha taghha l-liturgija twessa’ l-allegorija billi tapplikah ghal Marija u ghall-vergni qaddisin. Il-poeta l-ewwel idur lejn is-Sultan-Messija (vv 3-10) billi jaghti lilu l-attributi li soltu jinghataw lil Jahwe` (145, 4-7.12w; ecc) u lill-Ghimmanu-el (Is 9, 5w), u mbaghad lis-sultana (vv 11-17).

45, 1 "Il-Gilji": din zgur interpretazzjoni tal-Makkabin fid-dawl tal-Ghanja. Ir-rubrika originali tista’ tiftiehem skond LXX: "Dawk li jalternaw (il-karta = il-ligi, il-precett)", ara 60, 1; 69, 1; 80, 1; riferenza ghal-lhud apostati.

45, 5 turik... l-ghageb! Xi test igib qabel: "Zomm idek fuq il-korda tal-qaws", wehadrek jitreka; TM jgib "il-gmiel tieghek... u jghallmek", wehadareka (fil-bidu tal-v) wetoreka.

45, 7 It-tron tieghek, Alla: skond LXX li jara l-kelma ’elohim indirizzata lejn is-sultan; dan it-titlu protokollari jigi fil-fatt applikat ghall-Messija (Is 9, 5) hekk kif ukoll ghall-kapijiet u ghal-lhud (Ez 22, 6; S 82, 6), ghal Mose` (Ez 4, 16; 7, 1) u ghal dar David (Zak 12, 8); tr. "it-tron tieghek hu ta’ Alla".

45, 10 Bniet is-slaten: il-gnus pagani, li kkonvertew lejn Alla veru (Ghanj 1, 3; 6, 8; Is 60, 3w; 61, 5) u ddahlu fil-qadi tieghu wara Izrael (vv 15-16).

45, 11 Bhal Abraham l-antenat tieghu, Izrael irid jinfatam minn kull rabta li ghandu mad-dinja pagana, u se jircievi "ulied" (v 17) minflok il-"missirijiet" hekk maqtughin.

45, 14 Il-qima tal-gnus pagani, mwieghda ghaz-zminijiet messjanici. - Kollha gmiel bint is-sultan: TM litt. igib: "bint is-sultan gewwa (l-gawhar)"; vulg. ggib: gloria... filiae regis ab intus; tr. "bint is-sultan titwassal gewwa, sa ghand is-sultan".

45, 15 jinghatawlha: skond 2 mss; ara sirjak; "jinghatawlek" skond TM.

46 (45) Alla qieghed maghna

46 Kantiku ta’ Sijon. Il-prezenza divina fit-tempju thares lill-belt qaddisa; ilmijiet qaddisa jsaffuha, jghammluha u jghamlu minnha Gheden gdida.

46, 4 Xbieha ta’ ritorn lejn il-kaos. L-art qeghda tistrieh, permezz ta’ kolonni (ara 75, 4; 104, 5; Gob 9, 6; Prov 8, 27), fuq l-ibhra ta’ tahtha (24, 2). Dawn il-kolonni jigu mreghda u l-ilmijiet mifqugha jaslu sal muntanji. Wara il-v 4, xi traduzzjonijiet idahhlu r-ritornell, imholli barra mit-TM, skond il-vv 8 u 12.

46, 5 l-ghamara qaddisa: skond TM, litt. "(l-iktar) qaddisa (fost l-ghamajjar)"; tr. mas-LXX "qaddes l-ghamara".

46, 6 Is-siegha tal-grazzji divini (17, 15+). - Riferenza probabbli ghall-irtirata tal-qawwiet armati ta’ Sanherib fis-sena 701 (2 Slat 19, 35; Is 17, 14).

47 (46) Il-Mulej sultan ta’ Izrael u tad-dinja

47 Innu eskatologiku, l-ewwel mis-"salmi tas-saltna" (ara 93w): jizviluppa l-esklamazzjoni "Jahwe` hu sultan!". Is-sultan ta’ Izrael jitla’ fit-tempju b’purcissjoni trijonfali, f’nofs l-ghajjat ta’ ferh li jsir b’rit (33, 3+). L-imperu tieghu jestendi ghall-popli kollha , li ghad jigu biex jinghaqdu mal-poplu maghzul.

47, 7 Alla: skond TM; tr. mis-LXX u ohrajn "Alla taghna".

47, 10 L-allejanza ma’ Abraham testendi ghall-umanita` kollha. It-tarki (tr. "qawwijin") huma s-slaten, difensuri tal-popli taghhom.

48 (47) Sijon, l-gholja ta’ Alla

48 Dan l-innu jfahhar lill-muntanja Sijon, ghamara tas-sultan ta’ Izrael u l-post fejn hemm it-tempju, fil-qalba ta’ Gerusalemm tal-qedem (ara 2 Sam 5, 9+). X’aktarx ifakkar fil-vv 5-6 meta Ahaz ingieb daru mal-hajt mill-koalizzjoni siro-efrajmita fis-sena 735 u l-irtirata mghaggla ta’ Sanherib fis-sena 701.

48, 3 fil-qalba tat-tramuntana: tr. "ghamara divina". Is-salmista hekk japplika ghall-muntanja Sijon it-tema letterarja ta’ l-"gholja tat-tramuntana", li fil-poemi fenici tfisser ghamara divina.

48, 7 Ger 4, 31+

48, 8 l-igfna ta’ Tarsis: igfna li kienu jiehdu gibdiet fit-tul u li setghu jaslu sa "Tarsis" (ara Is 23, 1+).

48, 12 l-bliet: il-bliet tar-regjun.

48, 14 Is-salm jista’ jmur lura fiz-zmien sa mill-epoka tar-ristawrazzjoni tal-hitan minn Nehemija (Neh 6, 15; 12, 27).

48, 15 S 23, 3+

48, 15 TM jzid: "fuq (jew kontra) il-mewt", rubrika mharbta tas-salm li jmiss.

49 (48) L-ghana hu xejn

49 Fuq tema ta’ kliem ghaqli u ironiku (vv 13 u 21), dan is-salm, bhal 37 u 73, jitkellem mill-problema tar-retribuzzjoni u l-hena apparenti li jkollhom il-hziena; huwa jsolvi dan kollu bit-taghlim tradizzjonali ta’ l-ghorrief.

49, 6 jdur ghalija: Tr. skond il-hexapla (verzjoni tal-Bibbja f’6 kolonni biswit xulxin): "jigri wara gharqubi bhal kelb"; TM jgib "ta’ gharqubi".

49, 9 Rum 3, 24+

49, 11 Sir 11, 18w+

49, 12 Qabarhom: skond verzjonijiet; TM jgib "gewwieni" (qlib tas’ zewg ittri).

49, 13 ma jibqax fil-gieh: Tr. "meta jkun ghani ma jifhimx", fejn "ma jifhimx" hi skond xi verzjonijiet (ara v 21); TM jgib "jghaddi l-lejl".

49, 14 Test difficli. Jigu proposti traduzzjonijiet ohra. It-tema hija dik tal-fiducja fiergha ta’ l-ghonja ggranfati mal-gid taghhom (v 7).

49, 15 il-mewt: hawhekk personifikata (ara Gob 18, 13; 28, 22; Ger 9, 20; Hos 13, 14). - jintemmu... ta’ xejn: Tr. "tghib kull xbieha taghhom: l-imwiet ikunu l-ghamara taghhom", fejn l-ghamara taghhom: litt. "ghamara ghalihom", zebul lamo, x’aktarx; TM jgib "minghajr ghamara ghalih", mizebul lo. - Filghodu huwa l-hin ghall-haqq eskatologiku u t-trijonf tal-gusti (17, 15+).

49, 16 Biex jahrab mit-tigrig ta’ xeol, l-gharef jistrieh fuq Alla. Ma jistax jafferma li jara l-possibilta` li jittiehed fis-sema bhal Henok (Gen 5, 24) u Elija (2 Slat 2, 3, ara S 16, 10+), izda jemmen li d-destin ahhari tal-gusti zgur li se jkun xort’ohra minn dak tal-hziena u l-hbiberija ta’ Alla mhi se tieqaf qatt. Din il-fidi ghamja f’retribuzzjoni (tpattija) li ser issehh fil-gejjieni, thejji t-triq ghar-rivelazzjoni ulterjuri tal-qawmien mill-imwiet u l-hajja ta’ dejjem (2 Mak 7, 9+).

49, 18 Ghall-kuntrarju, Alla se jigglorifika lill-gusti (73, 24; 91, 15).

50 (49) Ghall-kult fl-ispirtu

50 Alla se jigi biex jaghmel haqq min Izrael (vv 1-7) u jlissen akkuza kontra l-formalizmu tas-sagrificcji (vv 8-15) u d-disprezz ghall-kmandamenti (vv 16-23).

50, 8 Gham 5, 21+

50, 11 l-ajru: skond verzjonijiet; TM jtenni "l-gholjiet".

50, 16 Dan il-versett seta’ gie mizjud biex jiskolpa lill-fidili: Alla mhux se jindirizza iktar, f’li jigi wara, lil Izrael kollu minghajr distinzjoni.

50, 22 Is 42, 8+

50, 23 min jimxi bis-sewwa: wetam derek, litt. "il-bniedem perfett fil-mod kif jimxi", jew "il-bniedem rett"; TM jgib wesam derek, "qeghed mixjietu".

51 (50) Miserere

51 Dan is-salm penitenzjali (ara 6, 1+) ghandu rabta sew mal-kitbiet profetici, fuq kollox dawk ta’ Isaija u Ezekjel.

51, 2 Ezek 18, 23+

51, 6 jingharaf is-sewwa: ghalkollox safi u integru, Alla juri, meta jkun qed jahfer, il-qawwa fuq il-hazen u r-rebha fuq id-dnub.

51, 7 Gob 14, 4+

51, 7 Kull bniedem jitwieled impur (Gob 14, 4+; ara Prov 20, 9) u ghaldaqstant moghti ghall-hazen (Gen 8, 21). Din l-impurita` fondamentali hawn tidher bhal xi haga li ttaffi (ara 1 Slat 8, 46), li Alla jrid iqis. It-taghlim dwar id-dnub originali johrog sew f’Rum 5, 12-21, f’rabta mar-rivelazzjoni tal-fidwa li jgib Gesu` Kristu.

51, 8 Il-kelma qalb, hawn uzata darbtejn, jista’ jkollha tifsir iktar profond bhal "qiegh ruhi", litt. "dak li hu mghotti sew" jew "il-gewwieni", jigifieri dak li hu intimu, sigriet; ara S 7, 10; 16, 7; 33, 15 ecc.: Alla jinzel fil-qiegh tal-bniedem u ghandu s-setgha li jibdlu. Nistghu daqstant nifhmu sens figurattiv meta nqabblu dan il-vers ma’ Ezek 13, 10w fuq il-profeti foloz li "jkahhlu bit-tajn" il-hajt tas-sejjieh minflok ma jibnuh mill-gdid (ara wkoll Lev 14, 43 fuq il-mard tal-gebel). Hawn, minflok, ukoll dak li jinsab mghotti u mohbi se jigi msoffi u ristawrat mill-gherf divin.

51, 9 bl-ilma: Tr. "biz-zuf": pjanta uzata ghat-tisfija (Lev 14, 4; Num 19, 18).

51, 12 Ezek 11, 19+

51, 12 Ohloq: dan il-verb riservat ghal Alla u jfisser l-att li bih jaghti l-ezistenza lil xi haga gdida u ta’ l-ghageb (Gen 1, 1; Ez 34, 10w; Is 48, 7; 65, 17; Ger 31, 21w). Il-gustifikazzjoni tal-midneb hija l-ikbar opra divina, u tixbah l-att tal-holqien (ara Ezek 36, 25w kif ukoll Ger 31, 33; 32, 39w).

51, 13 l-ispirtu qaddis jew "spirtu ta’ qdusija": hekk hu l-bidu, li jinsab gol-bniedem izda li nghatalu minn Alla, tal-hajja morali u religjuza, sew ta’ kull bniedem (143, 10; Gherf 1, 5; 9, 17), sew ta’ poplu shih (Neh 9, 20; Is 63, 11; Hag 2, 5).

51, 16 mill-piena tal-mewt jew "mid-demm": il-profeta Ezekjel (ara 7, 23; 9, 9; 22, 2; 24, 6) isejjah lil Gerusalemm "belt id-dmija". Xi kultant tidher hekk b’riferenza ghall-qtil ta’ Urija minn David (2 Sam 12, 9). Tista’ tiftihem ukoll bhala riferenza ghall-mewt bikrija tal-hazin, b’kastig ghal dnubietu skond it-taghlim tradizzjonali.

51, 18 S 50, 8+

51, 20 Fil-migja lura mill-ezilju, ir-ristawr tal-hitan ta’ Gerusalemm se jkun is-sinjal tal-mahfra ta’ Alla (Is 60-62; Ger 30, 15-18; Ezek 36, 33).

51, 21 vittmi mahruqa u mitmuma: dettall liturgiku mizjud wara. - F’Gerusalemm ristawrata, jergghu jsibu posthom "is-sagrificcji tar-riparazzjoni".

52 (51) Kundanna tal-bniedem ciniku

52, 3 hzunitek: Tr. "infamja", skond LXX li jaghti lil hesed is-sens aramajk ("infamja" minflok "grazzja"). TM jista’ jigi tradott: "O tirann, il-grazzja ta’ Alla (hi matul) il-jum kollu".

53 (52) Il-bniedem minghajr Alla

53 Recensjoni elohista ta’ S 14; ara hemm in-noti.

53, 6 Riferenza ghal Sanherib u, permezz tieghu, ghall-ghedewwa kollha ta’ Gerusalemm. It-test ta’ dan il-v jidher inqas imharbat minn fis-S 14.

54 (53) Sejha lil Alla biex jaghmel gustizzja

54, 3 L-isem jidhol minflok il-persuna (ara Ez 3, 14+).

54, 5 nies kburin: skond mss. ebr. u Targum; tr. "arroganti"; TM jgib "nies barranin" li juri fehmien gdid, fl-epoka tal-Makkabin, b’xehta ta’ biza’ minn dak kollu li hu barrani.

55 (54) Talba tal-bniedem kalunnjat

55 Ilment individwali mnebbah minn Geremija (ara Ger 4, 19; 9, 1w; 18, 19; 23, 9; ecc). It-test ma tantx jinsab fi stat tajjeb.

55, 4 ghajat: Tr. "storbju" jew "frattarija", za‘aqat jew ssa‘aqah; TM (‘aqat) ma jiftiehemx.

55, 10 Eqridhom: Tr. "xerridhom"; "li jibla’", ebr. bela‘ ; TM jgib "ibla’", balla‘. - hawwdilhom: Tr. "it-tidwib" (sens derivat), peleg, sirjak; TM jgib "aqsam" pallag.

55, 13 li kien hekk: (ghal darbtejn) skond LXX; TM jgib in-negattiv.

55, 15 haga wahda konna nkunu: skond TM "konna mmorru"; tr. "konna nimxu qisna f’festa" u "jmorru b’hafna ghagha".

55, 16 Num 16, 33+

55, 16 Il-mewt sobtu u bikrija hi l-kastig tal-hazin (73, 19; 102, 25; Gob 15, 32; Is 38, 10; Ger 17, 11).

55, 18 Fil-ghaxija... nofsinhar: Dawn huma s-sighat tat-talb (ara Dan 6, 11).

55, 19 hafna: skond TM berabbim; tr. "fi processi", beribim.

55, 22 S 28, 3+

55, 23 Dan il-v jista’ jiftiehem sew bhala l-kliem ironiku li jlissnu l-ahwa qarrieqa (v 22), sew bhala l-inkoraggiment li l-ippersegwitat jghid lilu nnifsu. - xortik: Tr. "ansjeta`" skond il-kuntest u l-verzjoinijiet, kif ukoll "toqol": kelma hapax, jigifieri li tidher darba biss.

56 (55) Il-fidil mhux se joghtor

56, 1 "Il-hamiema tal-ballut imbieghed": Ebr. "Gonat elem rehoqim" fejn "gonat elem" jigi tr. "it-tghakkis tal-princpijiet imbeghda". Dwar "princpijiet" jew "allat" ara 45, 7; 58, 2 ("hlejqiet divini"). - Il-kelma "tghakkis" hi l-istess bl-ebr. bhal "hamiema" u xi mindaqqiet tigi tradotta bhala hekk; hawn id-diskors hu dwar tghakkis.

56, 3 jehduha mieghi: LXX izid "hemm fuq"; TM jgib "mieghi, gholjiet". Riferenza ghall-gholjiet li jdawru Gerusalemm ( ara 2 Slat 19, 22). Tista’ wkoll tkun riferenza ghall-assedju tas-sena 701, bhal fis-S 76 (ara vv 11-12), li mieghu din is-silta ghandha rabtiet evidenti. Izda tista’ wkoll tiftiehem: "b’arroganza", "bi kburija".

56, 5 Il-kelma ta’ Alla, hawnhekk bhal fil-v 11, hi l-weghda tieghu; il-fidil iserrah hajtu fuqha (ara 106, 12; 119, 42.65; 130, 5).

56, 7 Jingemghu flimkien: "jirvellaw" skond Targum u Glormu; TM jgib "ihebbu".

56, 9 Hawnhekk tidher riferenza ghad-dmugh ta’ Hezekija (2 Slat 20, 5; Is 38, 3-5). Kull demgha tal-gust ghad ikollha rikumpens eskatologiku (Is 25, 8; ara Apk 7, 17). - It-test izid tifsira qasira fuq din it-tema: "M’huwiex dan fil-ktieb tieghek?" (ara 139, 16; Gob 19, 23; Mal 3, 16).

56, 14 ’l rigli mill-waqgha: Litt. "Forsi ‘lil rigli mill-waqgha’?". Xi mss. grg. jgibu "lil ghajnejja mid-dmugh", li jiddeducu minn 116, 8 fuq suggeriment tal-v 9.

57 (56) Qalb l-"iljuni"

57, 2 S 17, 8+

57, 6 Num 14, 21+

57, 6 Il-fidil jinsab imxennaq ghad-dehra tas-saltna ta’ Alla li se tehkles lill-imghakksin u teqred lill-hziena.

57, 7 S 7, 16+

57, 9 S 6, 5+

57, 9 Is-sebh jigi personifikat bhal f’Gob 3, 9; 38, 12; 41, 10 (ara S 17, 15+).

58 (57) L-imhallef tal-imhallfin tad-dinja

58 Bhall-profeti tal-qedem il-poeta bi kliem haj icanfar lill-imhallfin ingusti, u jitlob li tasal is-siegha tal-haqq divin.

58, 2 Intom, kbarat: Tr. "hlejqiet divini", litt. "allat", ’elim; TM jgib ’elem, "fis-skiet". - Kliem li jhaddan fih sew imhallfin sew mexxejja (ara 45, 7; 82; Ez 21, 6; 22, 7; Dt 19, 17; 2 Sam 14, 17).

58, 8 S 37, 2+

58, 8 bhal haxix jintrifsu: fejn "haxix" ebr. hassir; TM jgib "irfes il-vlegeg taghhom (hissajw) bhal".

58, 10 ma tinhass is-shana tax-xewk taqbad: TM (litt. "il-kaldaruni taghkom jifirdu l-ghollieq") qasam hazin u qaleb ma’ xulxin zewg konsonanti. Tr. "jispuntaw f’xewk" skond Simmacus u Glormu.

59 (58) Kontra l-hziena

59 Dan is-salm, li fih jitnisgu xewqat ta’ deni mat-tifhir, ghandu zewg ritornelli (vv 7 u 15, u vv 10 u 18). L-awtur jista’ jkun lhudi tad-diaspora (tixrid il-lhud ’l hinn mil-Lhudija) imkidd bil-mibgheda tal-pagani, jew inkella fidil li jghix f’Gerusalemm nofsha pagana.

59, 6 Stil eskatologiku (ara Is 26, 21)

.

59, 7 Xbieha (ara vv. 15-16) li tfakkar f’salt klieb gerrejja li soltu jkunu fl-irhula tal-lvant.

59, 8 "Min se jismaghna?" Tr. "hemm xi hadd qieghed jismaghna?", kliem ta’ dagha (ara 10, 4; 14, 1; 64, 6; 94, 7).

59, 11 Alla tieghi, mhabba tieghi: Tr. "il-grazzja ta’ Alla tieghi" u "Alla ta’ mhabbti"; mss. u verzjonijiet igibu "qawwa tieghi", "mhabba tieghi" (ara v 18); TM jgib "qawwa tieghu", "mhabba tieghu".

59, 12 Bhal Kajjin (Gen 4, 14-15), il-pagani jinzammu hajjin biex jixhdu ghall-haqq divin.

59, 16 jinbhu: skond verzjonijiet; TM (bidla hafifa fil-vokali): "jghaddu l-lejl".

59, 17 S. 17, 15+

59, 18 L-ahhar antifona tidher mhux mitmuma (ara v 11).

60 (59) Talba nazzjonali wara t-telfa

60 Dan is-salm ghandu l-istess sitwazzjoni storika bhal dik ta’ 44 u 80. Il-v 7 jintroduci profezija ta’ tama, imtennija f’108, 7-14, bit-tbassir tat-twaqqif mill-gdid ta’ saltna mkabbra u maghquda bhal fil-bidu tal-monarkija, u d-dominju fuq Edom, Efrajm u Gilghad (ara Is 11, 13w; Ghabd).

60, 4 It-telfa titfisser f’termini apokalittici.

60, 6 waqqaft stendard: Il-bandiera, jew stendard li madwaru jingabru t-truppi, jissemmew ta’ spiss (Ez 17, 15; Ghanj 2, 4; Is 5, 26; 11, 10; 49, 22; 62, 10). Izda f’dan il-kaz, huwa sinjal ghall-irtirata (ara v. 12).

60, 8 fis-santwarju tieghu: Jew "f’isem qdusitu", li zzomm il-weghdiet tieghu. - Sikem: Art kontra s-Samarija (ara Neh 3, 33w). Il-fatt li qed jissemmew flimkien Sikem u Sukkot (ara Gen 33, 17w) x’aktarx jalludi ghar-rebha ta’ l-art mweghda, li titfakkar b’soghba izda wkoll b’tama.

60, 10 Dt 2, 5+

60, 10 inqieghed il-qorq: Drawwa tal-qedem (ara Dt 25, 9; Rut 4, 7+) li minn dan il-gest kienet tohrog tifsira ta’ tehid b’pussess. - nifrah rebbieh: Canfira ironika bhal f’108, 10; tr. "nghanni r-rebha".

60, 12 Tnehida ta’ nostalgija tas-salmista li, f’art maqsuma u meqruda ghalkollox minn dawk ta’ madwarha, joqghod jhewden fuq iz-zmien sabih tal-gwerra qaddisa, ir-rebha u s-saltna ta’ David.

61 (60) Talba ta’ wiehed eziljat

61 Ma’ l-ilment tal-levita, eziljat ’il boghod mill-gholja ta’ Sijon (vv 2-6), qeghda hawn tizdied talba ghas-sultan (vv 7-8).

61, 3 il-fortizza fuq l-gholja: Tr. "blata ta’ kenn tieghi". Din hi l-blata jew "sur" tat-tempju li s-salmista jixxennaq ghalihom. Dan is-salm jista’ jmur lura ghal zmien l-ewwel deportazzjoni (598; ara 2 Slat 24, 14w), meta t-Tempju kien ghadu ma ggarrafx.

61, 5 S 17, 8+

61, 7 S 21, 5+

61, 8 it-tjieba u l-fedelta`: Dawn l-attributi divini personifikati se jsiehbu lis-Sultan-Messija ( 85, 11w; 89, 15.25) l-istess bhal ma jharsu lis-sultan (Prov 20, 28) jew lil-levita fidil (40, 12). Il-vv 7-8 jistghu jkunu talba ta’ l-imghoddi ghas-sultan, izda l-insistenza taghhom fuq saltna mtawla b’mod indefinit tfakkarna fil-profezija ta’ Natan (2 Sam 7, 16; 1 Kron 17, 14) u r-rabta taghhom mill-qrib mas-siltiet messjanici ta’ 72 u 89 taghmilhom japplikaw ukoll ghas-Sultan-Messija.

62 (61) Alla l-unika tama

62 Salm ta’ taghlim: il-hjiena tal-bniedem, ix-xejn ta’ kull ma hu mahluq, il-frugha ta’ l-ghana, l-imparzjalita` ta’ l-imhallef tas-sema. It-tema tar-ritornell (vv 2-3; 6-7) hi l-istess bhal tas-salm li jmiss.

62, 5 S 28, 3+

62, 5 Hsiebhom biss: Tr. "frodi", maxxu’ot; TM jgib misse’eto, "mill-gholi tieghu".

62, 10 l-bnedmin u wlied il-bniedem ifissru bhal f’49, 3 in-nies komuni u dawk ta’ pozizzjoni.

62, 12 Dan il-mod letterarju ta’ "proverbji bin-numru" jerga’ jinsab f’Gob 40,5; Prov 6,16; 30,15; Gham1, 3w.

62, 13 Din hija d-duttrina tar-retribuzzjoni (hlas lura) personali mghallma mill-profeti, fuq kulhadd minn Ezekjel (ara Ezek 14, 12+), mill-ghorrief u mis-salmisti (ara 37, 1+) u mit-TG (Mt 16, 27; Rum 2, 6; Apk 2, 23).

63 (62) Ix-xewqa ghal Alla

63 Dan is-salm japplikawh ghal David li ghal xi zmien ghex jiggerra fid-dezert; x’aktarx li ntmess xi ftit fid-dawl ta’ dan il-fehmien.

63, 2 lilek herqan infittex: xi verzjonijiet igibu "mat-tbexbix lilek infittex".

63, 8 S 17,8+

63, 10 S 5, 11+

63, 12 min jahlef bih: ghall-Mulej (ara Dt 6, 13; Ger 12, 16) jew ghas-sultan: test ambigwu.

64 (63) Kastig ghal min jikkalunnja

64 Skond il-ligi ta’ tpattija (ghajn b’ghajn, sinna b’sinna) il-vlegga ta’ Alla (v 8) twiegeb ghall-vlegga tal-kelma iebsa (v 4).

64, 7 Ger 11, 20+

64, 7 Tr. "u jifli s-sigrieti taghna? Huwa se jiflihom, hu li jifli l-gewwieni tal-bniedem, il-qiegh tal-qalb". Test korrett li jaqleb ma’ xulxin zewg konsonanti u jaqsam il-kliem b’mod iehor milli jaqsamhom TM; ebr. mharbat; litt. "jiflu (inassu) delitti, ahna lesti (mss. "jahbu"), habi mohbi, u l-qiegh".

64, 9 isiru herba: Tr. "waqqajthom minhabba (ilsienhom)"; TM jgib (ittri maqlubin): "hemm ghamilthom jaqghu; kontrihom (u lsienhom)".

65 (64) Innu ta’ radd il-hajr

65 Wara sena fertili u xita abbundanti, il-poplu jrodd hajr lil Alla. L-ewwel taqsima (vv 2-9) tfakkar f’Isaija li jhares bil-quddiem lejn il-gejjieni tal-holqien. It-tieni taqsima (vv 10-14) hija deskrizzjoni entuzjazmanti tar-rebbiegha fil-Lhudija.

65, 2 jisthoqq: skond verzjonijiet; TM (mod iehor hafif ta’ vokalizzazzjoni) igib: "is-skiet (hu t-tifhir)".

65, 4 tahfirhomlna: Tr. "thassar"; litt. "tghatti l-htija", li hi, fi stil sacerdotali, il-wirja tal-mahfra divina, li tinkiseb b’mod specjali f’jum l-espjazzjoni (Lev 1, 4+; 16, 1+; ara S 78, 38; 79, 9).

65, 6 ibhra: skond TM, x’aktarx wara rtokk antiuniversalista; tr. "gzejjer" skond it-Targum; il-gzejjer jirrapprezentaw il-gnus pagani.

65, 8 u t-tixwix tal-popli: Tr. "il-popli qed jaghmlu frattarija" skond LXX; TM jgib "u l-ghagha (tal-popli)".

65, 9 Il-lvant u l-punent: Tr. "bibien il-lvant u l-punent", ghax kienu jemmnu li x-xemx kienet tghaddi ta’ kuljum minn dawn il-"bibien", li jfissru l-pajjizi l-iktar mbieghda.

65, 10 Il-wied ta’ Alla: Tr. "ix-xmara ta’ Alla". Il-poeta jfakkar li l-ilma tax-xita kien jinzamm f’gibjuni kbar fis-sema (104, 3; Gen 1, 7; 7, 11; Gob 38, 25), iktar milli x-xmara simbolika ta’ Sijon (46, 5+).

65, 12 Il-mirkeb tal-Mulej (68, 5.18; Is 66, 15) jigri fuq wicc l-art ixerred gid ghammieli.

65, 14 jghajjtu lkoll u jghannu bil-ferh: litt. "in-nisa jghajjtu, anki n-nisa jghannu".

66 (65) Radd il-hajr pubbliku

66 Din il-liturgija ta’ radd il-hajr ghall-migemgha (li l-kap jew kelliemi taghha jibda jitkellem minn v 13 ’il quddiem) tfakkar, minhabba fl-istil u l-perspettiva universalista taghha, fit-Tieni Parti ta’ Isaija.

66, 6 Il-moghdija mill-Bahar tal-Qasab (Ez 14-15) u mix-xmara Gordan (Goz 3): zewg fatti "tipici" kbar ta’ l-istorja ta’ Izrael, daqstant imsemmija wkoll f’74, 13-15; 114.

66, 9 Minn hawn gej it-titlu "salm tal-qawmien" li l-mss. grg. u vulg. jaghtu lil dan is-salm.

66, 12 hrigtna fil-wisa’: Tr. "farragtna", "hjejtna" skond verzjonijiet, "xebbajtna" skond TM. Tista’ tigi tr. (bl-istess tiswija) "hrigtna ’l barra lejn il-helsien".

67 (66) Talba tal-migemgha wara l-hsad

67 X’aktarx kien jitkanta ghall-festa li taghlaq zmien il-hsad (ara Ez 23, 14+).

67, 2 S 4,7+

67, 4 Dan ir-ritornell ifakkar fl-universalizmu tat-Tieni Parti ta’ Isaija: il-gnus pagani huma mistiedna wkoll, mill-ezempju tal-poplu maghzul u mit-taghlim ta’ grajjietu, biex jaqdu lil Alla wahdieni.

67, 5 Izidu wkoll "triegi d-dinja bis-sewwa" skond il-kodici sinajtiku (ara 9,9; 96, 13; 98, 9); TM ihalli barra.

68 (67) L-istorja glorjuza ta’ Izrael

68 Dan l-innu ta’ radd il-hajr ifakkar it-tapep fl-istorja tal-poplu ta’ Alla bhallikieku xi purcissjoni trijonfali ta’ Jahwe`: il-hrug mill-Egittu, il-mixja fid-dezert, ir-rebha fi zmien l-Imhallfin (Debora, Gidghon), it-tqeghid fuq it-tron f’Sijon (David, Salamun), il-grajja ta’ Elija u ta’ Elizew, ix-xorti tragika tal-familja ta’ Ahab, l-Ghid solenni ta’ Ezekija, u fl-ahhar il-prospettivi universalisti ta’ tmiem il-Ktieb ta’ Isaija. Bejn il-ftuh (vv 2-7) u t-tmiem (vv 33-36) hemm sitt gruppi ta’ strofi marbuta flimkien b’nisga ta’ hsieb wiehed. Incident grafiku harbat l-istrofi VI u VII.

68, 5 Tghaxxqu fil-Mulej: Tr. " "Mulej" hu l-isem tieghu", skond TM, xemo; tr. "ifirhu", simhu.

68, 6 Ez 22, 21w+

68, 9 tas-Sinaj: zjieda ta’ tifsir bhal fi Mh 5,5. - L-istrofa tfakkar f’Jahwe` tielaq ghall-gwerra: il-hrug mill-Egittu fis-shaba (Ez 13, 21; Num 14, 14) u t-teofanija fis-Sinaj (Ez 19, 16+).

68, 10 Ez 16, 1+

68, 11 Tifkira tal-mirakli ta’ l-ezodu, il-manna u s-summien, u tad-dhul fl-art mweghda.

68, 12 hafna huma n-nisa li jaghtu l-bxara: Tr. "ordni, hi t-thabbira"; TM jgib "l-ordni ta’ dawk (in-nisa) li jhabbru".

68, 13 Riferenza ghar-rebhiet ta’ l-ghelbien. - In-nisa tad-dar: (litt. "is-sbejha tad-dar"). Din is-"sbejha" x’aktarx li hi Gaghel (Mh 5, 24) jew il-gemgha tan-nisa tal-irgiel rebbieha (ara Mh 5, 30;11, 34; 1 Sam 18, 6).

68, 14 qalb l-imriehel: Tr. "zewgt icnut", fejn kienu jghammru l-imriehel. - Il-hamiema hi s-simbolu ta’ Izrael (ara 74, 19; Hos 7, 11; ecc) li tizzejjen bil-priza miksuba fil-glied (ara Goz 22, 8; Mh 8, 24w).

68, 15 Gen 17, 1+

68, 15 Salmon: Tr. "il-Muntanja-Mudlama", x’aktarx l-gholja-bosk qrib Sikem (Mh 9, 48w); Abimelek xerred il-melh bi bjuda bhal dik tas-silg (ara Sir 43, 18w) fuq it-tigrif ta’ din il-belt (Mh 9, 45). - Din is-silta xejn mhi cara, izda tista’ tiftiehem bhallikieku l-poeta, f’xebh ma’ Mh 5, 16w, qieghed jinterpella lill-gruppi li nqatghu ghalihom infushom u ma hadux sehem fit-taqbid, biex jaghtihom il-priza ghanja li jkunu qed jaqsmu bejnithom in-nisa ta’ Izrael, u li tkun qeghda tlellex fuq il-gilda samranija taghhom bhar-rix tal-hamiema.

68, 18 L-imriekeb tal-Mulej: minflok il-karrijiet ta’ Salamun (1 Slat 10, 26), il-karrijiet divini li jara Elizew (2 Slat 6, 17; ara 7, 6; Is 66, 15). Li jigi wara jfakkar fir-rebhiet ta’ zmien is-slaten. bihom gie Sidi mis-Sinaj ghas-santwarju: fi zmien it-tieni tempju, intmiss it-test ebr. ta’ dan il-v (bi bdil fil-qsim tal-kliem); tista’ tittraduci wkoll litt. "Il-Mulej jinsab go fihom (l-imriekeb), is-Sinaj gos-santwarju". Is-Sinaj kien hekk identifikat ma’ Sijon, minn fejn tigi l-Ligi (Is 2, 3). Dan hu l-ewwel hjiel ta’ mod gdid kif jiftiehem dan is-salm fid-dawl tal-festa liturgika ta’ Pentekoste, meta jigi celebrat l-ghoti tal-Ligi fuq is-Sinaj (ara nota ta’ tifsir ghall-v 9).

68, 19 fl-gholi: jigifieri f’Sijon.

68, 24 Riferenza ghall-mewt ta’ Ahab (1 Slat 21, 19; 22, 38), ta’ Goram (2 Slat 8, 29; 9, 15) u ta’ Gezabel (2 Slat 9, 36).

68, 27 Antifona liturgika.

68, 28 il-kapijiet ta’ Guda bi hgarhom: Tr. "(imexxi) l-princpijiet ta’ Guda imlibbsin bi drapp imbrukkat (riqmatam)"; TM jgib rigmatam, "f’folla". - Il-vv 25-28 ifakkruna fl-Ghid ta’ Ezekija (2 Kron 30), li fih kienu jiehdu sehem it-tribujiet tat-tramuntana.

68, 29 Ibghat, o Alla, il-qawwa tieghek: Tr. "Amar, O Alla tieghi, skond il-qawwa tieghek"; v korrett skond il-verzjonijiet; TM jgib: "wiccek O Alla amar il-qawwa tieghek". - It-test u r-ritmu taz-zewg strofi ta’ wara xejn m’huma certi.

68, 31 Riferenza insolenti ghall-Egittu, ghall-kapijiet tieghu u ghall-poplu tieghu. Bilfors li dan kollu gara fi zmien id-deportazzjoni l-kbira tal-lhud fl-Egittu, taht is-saltna ta’ Tolomeo Sotere, ghal habta tas-sena 320.

68, 32 l-kbarat: litt. "(nies) ta’ statura", haxxemenim jew mixmannim, skond LXX; TM jgib "oggetti tal-bronz" (?) haxmannim. - tiftah: jitross, x’aktarx; TM jgib "ghad igerri", tariss.

68, 33 S 68, 5+

68, 33 lil Sidi l-Mulej: skond TM li jzid "waqfa"; tr. billi dal-kliem jithalla barra u jissemma’ biss f’nota.

68, 36 fis-santwarju tieghu: skond vulg.; TM jgib "fis-santwarji tieghek".

69 (68) Ilment

69 Dan is-salm jghaqqad flimkien zewg ilmenti, b’ritmu differenti; kull taqsima hi maghmula minn ilment b’talba li tigi minnufih wara. Ta’ l-ewwel (vv 2-7 u 14-16) tizviluppa t-tema ta’ l-ilmijiet tal-mewt (S 18, 5+) u dik ta’ l-ghedewwa (S 35 ecc). Tat-tieni (vv 8-13 u 17w) hu ghajta ta’ dieqa u tbatija tal-fidil li waqa’ vittma taz-zelu li kellu (ara S 22; Is 53, 10; Ger 15, 15w). Is-salm kollu ghandu tmiem fl-ghamla ta’ innu (vv 31w) ta’ xehta patrijottika (ara 22, 28w u 102, 14w). Ix-xorta messjanika tas-salm tidher sew mill-ghadd ta’ riferenzi li ta’ sikwit isiru fit-TG.

69, 2 S 18, 5+

69, 2 sa grizmejja: jew sa ruhi.

69, 7 Mulej ta’ l-ezercti: Tm izid "Alla" wara "Mulej".

69, 11 Ghakkist (bis-sawm) lili nnifsi: skond LXX, sirjak; TM jgib "nibki (bis-sawm)".

69, 20-21 Suppozizzjoni; l-ordni tal-kliem u tal-versetti f’vv 20-21 jidher imharbat, izda ma tigi imposta ebda restituzzjoni.

69, 27 jxandru: Tr. "izidu" skond LXX, sirjak; TM jgib "jithaddtu fit-tul fuq" (?). - Fil-v 27 l-ebr. jaghti l-plural biex jadatta ruhu mal-liturgija nazzjonali.

69, 32 S 50, 8+

70 (69) Karba ta’ djieqa

70 Ripetizzjoni ghalkollox tas-S 40, 14 - 18; ara n-noti f’dak is-salm.

71 (70) Talba ta’ bniedem xih

71, 3 kenn: Tr. "sptar" skond mss. u verzjonijiet; TM jgib "ghamara". - Iz-zewg versetti ta’ wara xejn m’huma certi; LXX igib: "sur ta’ fortifikazzjoni ghas-salvazzjoni tieghi".

71, 6 inti hadtni: Tr. "l-irfid tieghi" skond verzjonijiet; tr. "sehmi", sens xejn cert.

71, 7 Ghat-tigrib li ghadda minnu. Tistaghgeb tara bniedem gust ibati (ara Gob).

71, 12 S 22, 12+

71, 15 ghalkemm jien... nghoddhom: xi traduzzjonijiet ihallu barra; TM jgib: "jien ma fhimtx il-kitba", x’aktarx nota ta’ tifsir ta’ xi skriba imdiehex bil-kelma li tigi wara.

71, 16 Nersaq... Mulej Sidi: litt. "nersaq fil-qawwa (qawwiet) ta’ (l-Mulej) Jahwe"; tr. "se nitkellem minn ghegubijiet il-Mulej". Jekk tissewwa l-ewwel ittra, tinqara: "Se nxandar (l-ghemejjel kbar ta’ Jahwe`)".

71, 18 S 22, 31+

71, 18 Din is-silta setghet tapplika ghal Izrael, li l-profeti kienu jfakkru iz-zghozija u x-xjuhija tieghu. - il-qawwa tieghek: litt. "id-driegh tieghek": xbieha profetika (Is 51, 9; 53, 1) li kienet tfakkar il-mirakli ta’ l-Ezodu.

71, 19 S 86, 8+

71, 22 Is 6, 3+

71, 23 S 7, 18+

72 (71) Is-sultan li gej

72 Dedikat lil Salamun, sultan gust u kollu sliem, ghani u mimli glorja (1 Slat 3, 9.12.28; 4, 20; 10, 1-29; I Kron 22, 9), dan is-salm ihares ’il quddiem lejn is-sultan ideali tal-gejjieni. It-tradizzjoni lhudija u dik nisranija raw fih minn qabel ix-xbieha tas-Sultan-Messija mhabbar minn Isaija (9, 5; 11, 1-5) u Zakkarija (9, 9w).

72, 3 Tr. "muntanji, gibu, u intom, gholjiet, is-sliem lill-poplu", skond LXX ghall-qsim fil-vers. Test mhux daqstant cert.

72, 4 Sof 2, 3+

72, 5 Ha jdum: skond LXX; TM jgib "minnek jibzghu".

72, 6 ir-raba’ mahsud: Tr. "haxix"; verzjonijiet igibu "gezza suf" (ara Mh 6, 37w).

72, 7 l-gustizzja: skond mss. u verzjonijiet; TM (fil-perspettiva messjanika) jgib: "il-gust" (ara Ger 23, 5; Zak 9, 9). - L-era messjanika se ttul sa tmiem kull zmien.

72, 8 It-trufijiet ta’ kif il-Palestina tista’ tkun l-ahjar (ara Mh 20, 1+).

72, 9 ghedewwa: Tr. "dawk li jghammru fid-dezert"; u "bhejjem tax-xaghri": kliem li jfissru l-annimali jew id-demonji li jiggerrew fid-dezert (Is 13, 21; 34, 14; Ger 50, 39; Ezek 34, 28), u li jfakkruna fil-gnus pagani meghlubin (ara Is 27, 1; Dan 7, 3; Apk 13, 1, ecc).

72, 10 1 Slat 10, 1+

72, 15 jinghata lilu: skond verzjonijiet; TM jgib: "ha jaghti". - jitolbu ghalih: test xejn car; il-verb m’ghandux suggett. Jiftiehem li Izrael jitlob ghas-success tal-missjoni salvatrici tal-Messija. Izda jista’ jigi interpretat ukoll: "Huwa (il-Messija) se jintercedi ghalih (il-fqajjar) u se jbierku".

72, 16 ihaddru l-ucuh: TM jgib "jizhar"; tr. "il-hsad tieghu", "u l-ward tieghu".

72, 17 Gen 12, 3+

72, 17 idum: jikkon, skond verzjonijiet; TM jgib "ikattar" ("jkun ghammiel"), jinnon. - Fl-istat attwali tat-test, jista’ jigi tradott: "Ismu jkun dejjem quddiem ix-xemx. Minnu tinbet Rimja (ikattar) huwa ismu", verzjoni li tista’ tiftiehem bhala riferenza ghall-fergha ta’ Gesse (Is 11, 1) u ghall isem messjaniku "Rimja" (Is 4, 2; Ger 23, 5; 33, 15; Zak 6, 12). - jitbierku l-gnus kollha ta’ l-art: skond LXX; TM jhalli barra.

72, 19 Dossologija (innu ta’ tifhir).

NisgaSalmi 58 sa 74Aktar fuq is-Salmi