Siltiet minn -

Luqa

Gwanni

Salmi 58 –74 (hawn)

Nisga

SALMI

58, 60, 64, 65, 66, 69b, 70, 71, 72, 73, 74

(ara wkoll HAWNHEKK GHAL SALMI OHRA)

SALM 58

Salm ta’ tip specjali b’ilment kontra l-hazen fejn is-Salmista bi kliem haj u theddid qawwi, icanfar lill-hziena u jitlob kastig ahrax ghalihom. Aktarx li ghandu f’mohhu l-imhallfin hziena u kbarat ohra ta’ zmienu.

Tqassim tas-Salm:

vv 2-6 dhul, b’kundanna ghall hziena li huma nisel is-sriep u l-lifghat

vv 7-10 xewqa li jkollhom kastig

vv 11-12 ir-rebha tal-haqq ta’ Alla

S. 58 imhallfin hziena: Bhall-profeti tal-qedem il-poeta jkellem car lill-imhallfin ingusti, u jitlob li jsir haqq divin minnhom.

v. 2 Intom, kbarat: allat jew fis-skiet. Kliem li jhaddan fih sew imhallfin sew mexxejja. Ara S 45, 7w; 82; Ez 21, 6; 22, 7; Dt 19, 17; 2 Sam 14, 17. Dt 16, 19 ~ iwassal ghal Dt 1, 16-17. Tharsux lejn l-ucuh: jigifieri, turux imgieba ta’ hniena, jew b’mod iktar partikolari, xi parzjalita` fil-haqq li taghmlu, Lev 19, 15. L-imhallfin ghandhom jimitaw l-oghla imparzjalita` li juri Alla Dt 10, 17-18; Prov 24, 23. Il-profeti ta’ spiss jittrattaw din it-tema wkoll: Is 10, 2; Ger 5,28; Ezek 22, 12; Gham 2, 6; 5, 7.10; Mik 3, 9.11.

v. 8 S 37, 2 ~ ara wkoll S 90, 6; S 103, 15; Is 40, 7w; Gak 1, 10-11; 1 Pt 1, 24-24; Mt 24, 35; Gw 1,1 (nota).

v.10 hajjin ikaxkarhom bis-shana ta’ ghadbu: Gob 21, 20 ~ iwassal ghal S 75, 8-9: il-haqq divin issa se jitwettaq kullimkien u kontra l-hziena kollha, ara Zak 2, 1. Ix-xbieha tal-bieqja tal-haqq divin hija wahda mit-temi tal-profeti: Is 51, 17; Ger 25, 15; 48, 26; 49, 12; 51,7; Lam 4, 21; Ezek 23, 31w; Hab 2, 16; Apk 14, 10.

Gw 1, 1: It-TQ gharaf it-tema tal-Kelma (Verb) ta’ Alla u dik ta’ l-gherf, li jezisti sa minn qabel id-dinja f’Alla (ara Prov 8, 22; Gherf 7, 22), li biH inholoq kollox. Il-Verb intbaghat fuq l-art biex jirrivelalna s-sigrieti tar-rieda ta’ Alla. Meta ntemmet il-missjoni tieghU, rega’ lura ghand Alla (Is 55, 10-11; Prov 8, 22-36; Sir 24, 3-32; Gherf 9, 9-12; ara wkoll fuq il-hidma tal-hallieq, Gen 1, 3.6. ecc; Is 40, 8.26; 44, 24-28; 48, 13; S 33, 6; Gdt 16, 14; Sir 42, 15; fuq il-missjoni tieghU: Gherf 18, 14-16; S 107, 20; 147, 15-18). Ukoll ghal S. Gwann (13, 3; 16, 28) il-Verb kien ma’ Alla, jezizti sa minn dejjem ( 1, 1.2; 8, 24; 10, 30); gie fid-dinja (1, 9-14; 3, 19; 9, 39; 12, 46; ara Mk I, 38), mibghut mill-Missier (3, 17.34; 5, 36.43; 6, 29; 7, 29; 8, 42; 9, 7; 10, 36; 11, 42; 17, 3.25; ara Lq 4, 43), biex iwettaq missjoni (4, 34), jigifieri li jwassal lid-dinja messagg ta’ salvazzjoni (3, 11; 1, 33); imwettqa l-missjoni tieghU, Huwa jerga’ lura lejn ’il Missier (1, 18; 7, 33; 8, 21; 12, 35; 13, 3; 16, 5; 17, 11.13; 20, 17). Fit-TG kien imiss lil Gwanni li jirrivela bis-shih, ukoll minhabba fl-avveniment ta’ l-inkarnazzjoni (Gw 1, 14 nota), in-natura personali ta’ din il-Kelma (gherf) sussistenti u eterna. Izda din il-personifikazzjoni kienet diga` mhejjija minn testi ohra ( bhal Lhud 1, 1-2; Apk 19, 13; 1 Gw 1, 1-2).

Gw 1, 14 U l-Verb sar bniedem: jew ha l-gisem, fejn il-"gisem" juri l-bniedem fil-kondizzjoni tieghu ta’ dghufija u mortalita` (ara Gw 3, 6; 17, 2; Gen 6, 3; S 56, 5; Is 40, 6). L-uzu ta’ din il-kelma (ara Rum 7, 5) jaghti importanza lit-twettiq tal-migja ta’ l-Iben fost l-umanita`, li Gwanni l-hin kollu jishaq fuqha. Aktar tard jitkellem dwar "inkarnazzjoni" (ara 1 Gw 4, 2; 2 Gw 7; u f’Pawlu, Rum 1, 3; Gal 4, 4; Fil 2, 7; Kol 1, 19). - grazzja... verita`: ara 1, 17; bi qbil ma’ "grazzja (jew imhabba) u fedelta` fit-tifsira li Alla jaghti dwaru nnifsU lil Mose` (Ez 34, 6; ara Hos 2, 16-22).

Lura Salmi Ý

___________________________________________

SALM 60

Dan is-Salm jimplika l-istess sitwazzjoni storika bhal dik tas-Salmi 44 u 80. Huwa salm ta’ ilment nazzjonali fejn il-poplu, mirbuh u umiljat, jilmenta mit-telfa kbira li garrab u jitlob ’l Alla biex jghinu u jehilsu mill-ghedewwa. Is-Salm jibda mill-ewwel bl-ilment, bla dhul, mhux bhas-Salmi l-ohra ta’ l-istess kategorija.

Tqassim tas-Salm:

vv 3-7 ilment u talba ghall-ghajnuna

vv 8-10 l-oraklu ta’ Alla, qisu ghajta tal-gwerra; Alla hu Sid l-art ta’ Israel u tal-gnus ta’ madwarhom, u ghalhekk il-poplu tieghu jerga’ jqum

vv 11-14 talba kollha fiducja

v. 1 It-titlu jfakkar fil-grajja ta’ David imsemmija f’2 Sam 8, 3.13; 10, 13.18.

- "Susan Ghedut" jew "il-gilju tax-xhieda", isem il-ghanja li fuqha kellu jitkanta dan is-Salm.

v. 4 Ir-rebha titfisser f’termini apokalittici.

v. 6 waqqaft stendard: Il-bandiera, jew stendard li madwaru jingabru t-truppi, jissemmew ta’ spiss (Ez 17, 15; Is 5, 26; 11, 10; 49, 22; 62, 10; Ghanja ta’ l-Ghanjiet 2, 4); izda f’dan il-kaz, huwa sinjal ghall-irtirata, ara v. 12.

v. 7 Dan il-vers jintroduci profezija ta’ tama, mtennija fis-Salm 108, 7-14, bit-tbassir tat-twaqqif mill-gdid ta’ saltna mkabbra u maghquda, bhal fl-ewwel zminijiet tal-monarkija, b’setgha fuq Edom, Efrajm u Gilghad, ara Is 11, 13-14; Ghabdija kollu.

v. 8 fis-santwarju tieghu: Jew "bi qdusitu", jigiferi filwaqt li jzomm il-weghdiet tieghU. - Sikem: Art kontra s-Samarija, ara Neh 3, 33w. Il-fatt li qed jissemmew flimkien Sikem u Sukkot, ara Gen 33, 17-18, bla dubju jalludi ghar-rebha ta’ l-Art Mweghda, li titfakkar b’soghba izda wkoll b’tama.

v. 10 inqieghed il-qorq: drawwa tal-qedem, Dt 25, 9, f’Rut 4, 7 tfisser li taghmel tieghek.

- nifrah rebbieh: Is 11, 4 ~ Apk 19, 11: Fil-vv.11-21 qeghdin fl-ahhar zminijiet. Wara l-waqa’ tal-Babilonja, Kristu x-Xhud fidil (Apk 3, 14 nota) iwettaq Jum il-Mulej (Gham 5, 18; Mt 24, 1 sa 25, 46), meta jeqred l-ghedewwa tal-Knisja. Kif jidher dan ix-Xhud (vv. 11-16; Apk.12, 5; 14, 6-20; 17, 14) inebahhna f’dak li jghidu diversi profeziji.

Apk 3, 14: l-Amen, ifakkarna f’Is 65, 16 fejn "amen" diga` jidher bhala isem divin (Apk 1, 5 nota). Kristu jigi hawn identifikat ma’ l-gherf u mal-kelma hallieqa (Prov 8, 22; Gherf 9, 1w; Gw 1, 3; Kol 1, 15-17; Lhud 1, 2).

Apk 1, 5: Fil-persuna u fil-hidma tieghu, Kristu hu x-"xhud" tal-weghda maghmula zmien qabel lil David (2 Sam 7, 1; S 89; Is 55, 3-4; Zak 12, 8) u mwettqa fih. Huwa hu l-Kelma effikaci, l-"iva" ta’ Alla (v. 2; 3, 14; 19, 11.13; 2 Kor 1, 20). Eredi ta’ David (Apk 5, 5; 22, 16), gie kostitwit, permezz tal-qawmien, "il-kbir" (Kol 1, 18; ara Rum 1, 4); meqrudin l-ghedewwa tieghu, huwa se jircievi l-hakma fuq l-univers kollu (Dan 7, 14; 1 Kor 15, 28; Apk 19, 16). li hallna minn dnubietna: skond l-akbar ghadd ta’ xiehda; vulgata u ohrajn jghidu "li hasilna".

v. 12 Tnehida ta’ nostalgija tas-Salmista li, f’art maqsuma u meqruda ghalkollox minn dawk ta’ madwarha, joqghod jhewden fuq iz-zmien sabih tal-gwerra qaddisa, ir-rebha u s-saltna ta’ David.

v. 13 Riferenzi ghal Hos 1, 7 ~ Hos 14, 4; S 20, 8 (ara); Prov 21, 31; Is 30, 16; 31, 1; Mik 5, 9; Zak 4, 6. S 20, 8 ~ S 33, 16w; 147, 10w; 2 Kron 14, 10; Is 40, 30w ~ S 103, 5.

Lura Salmi Ý

____________________________________________

SALM 64

Ilment kontra l-ilsna hziena fejn skond il-ligi ta’ ghajn b-ghajn, sinna b’sinna, il-vlegeg ta’ Alla (v.8) jwiegbu ghall-vlegeg tal-kliem iebes (v.4). Is-Salmista jitlob l-ghajnuna kontra l-hazen u l-perversita` ta’ l-ghedewwa, u jhabbar il-qirda taghhom.

Tqassim tas-Salm:

vv 2-9 dhul, b’talba ghall-harsien mill-hziena u ghemil ilsinhom: Alla zgur jilhaqhom

vv 10-11 il-ferh tat-tajbin li jfahhru l-gustizzja ta’ Alla

vv. 6-7 "Min se jarana?".......qalb il-bniedem? Traduzzjoni ohra possibbli: "Se jifli s-sigrieti taghna?" Se jiflihom, hu li jifli l-gewwieni tal-bniedem, il-qiegh tal-qalb. Ara wkoll Ger 11, 20 Mulej li tifli l-qalb u l-mohh ~ Ger 20, 12; 17, 10; 1 Slat 8, 39; S 7, 10; 44, 22; 139, 13; Prov 15, 11; Gherf 1, 6 (nota); Atti 1, 24; Apk 2, 23.

Gherf 1, 6 L-gherf ..... ma jahfirhiex lil min izeblah bi kliem fommu; ghax Alla hu xhud ta’ dak li hu fih innifsu: dan l-ahhar kliem jirreferi ghal "min izeblah bi kliem fommu" u jigi tradott ukoll bhala tas-sentimenti tieghu jew tal-gewwieni tieghu. Il-gewwieni, jew ahjar l-imsaren, jitqiesu bhala l-post fejn jghammru s-sentimenti u l-impulsi li l-bniedem ikollu konxjament (Gob 19, 27; S 16, 7; 73, 21; Prov 23, 16). Il-qalb titqies bhala l-post ta’ kull attivita` maghmula b’mod konxju, sew jekk ta’ l-intellett sew jekk ta’ dak li jhoss (Gen 8, 21 nota). Qalb u gewwieni ta’ spiss jidhru flimkien (S 7, 10; 26, 2; Ger 11, 20; 17, 10; 20, 12; Apk 2, 23) biex juru l-ghaqda shiha tal-qawwa gewwinija tal-bniedem.

Gen 8, 21 qalb il-bniedem migbuda: il-qalb qeghda gol-bniedem, distinta minn dak kollu li jidher u specjalment mill-"gisem". Huwa l-post fejn jghammru l-fakultajiet u l-personalita`, minn fejn jitnisslu l-hsibijiet u s-sentimenti, il-kliem, id-decizjonijiet , l-azzjonijiet. Alla jaf sa fil-qiegh taghha, hi x’xinhi d-dehra ta’ bniedem (1 Sam 16, 7; S 17, 3; 44, 2; Ger 11, 20). Il-qalb hija c-centru tal-kuxjenza religjuza u tal-hajja morali (S 51, 12.19; Ger 4, 4; 31, 31-33; Ezek 36, 26). Huwa b’qalbu li l-bniedem ifittex ’l Alla (Dt 4, 29; S 105, 3; 119, 2.10), jisimghU (1 Slat 3, 9; Sir 3, 29; Hos 2, 16; ara Dt 30, 14), iserviH ( 1 Sam 12, 20.24), ifahhrU (S 111, 1), ihobbU (Dt 6, 5). Il-qalb semplici, retta, safja, mhix maqsuma fl-ghazliet taghha jew skond ghanijiet jew pretensjonijiet ipokriti ghar-rigward ta’ Alla jew tal-bnedmin (Efes 1, 18 nota).

Efes 1, 18 l-ghajnejn ta’ qalbkom: Fil-qalb tghammar l-intelligenza: dak kollu li gie accettat fil-qalb, sew morali sew spiritwali, fit-TQ (Gen 8, 21) ikompli fit-TG. Alla jaf x’hemm fil-qalb (Lq 16, 15; Atti 1, 24; Rum 8, 27). Il-bniedem ghandu jhobb lil Alla b’qalbu kollha (Mk 12, 29-30p). Alla sawwab f’qalb il-bniedem ir-rigal ta’ l-Ispirtu tieghU (Rum 5, 5 nota; 2 Kor 1, 22; Gal 4, 6). Kristu wkoll jghammar fiha (Efes 3, 17). Il-qlub semplici (Atti 2, 46; 2 Kor 11, 3; Efes 6, 5; Kol 3, 22), retti (Atti 8, 21). safjin (Mt 5, 8; Gak 4, 8), jinsabu miftuhin berah ghall-prezenza u ghall-azzjoni ta’ Alla. Dawk li jemmnu ghandhom qalb wahda u ruh wahda (Atti 4, 32).

Rum 5, 5 permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu li kien moghti lilna: l-Ispirtu s-Santu tal-weghda (Efes 1, 13; ara Gal 3, 14; Atti 2, 33), li jikkaratterizza il-patt il-gdid f’konfront ma’ dak qadim (Rum 2, 29; 7, 6; 2 Kor 3, 6; ara Gal 3, 3; 4, 29; Ezek 36, 27), mhuwiex biss wirja minn barra ta’ qawwa ta’ fejqan u karizmatika (Atti 1, 8); huwa wkoll, u fuq kollox, bidu gewwieni ta’ hajja gdida li Alla jaghti (1 Tess 4, 8; ara Lq 11, 13; Gw 3, 34; 14, 16w; Atti 1, 5; 2, 38; 1 Gw 3, 24), jibghat (Gal 4, 6; ara Lq 24, 49; Gw 14, 26; 1 Pt 1, 12), jikkoncedi (Gal 3, 5; Fil 1, 19), ixerred lura ghal fuqna (Tit 3, 5w; ara Atti 2, 33). Ricevut permezz tal-fidi (Gal 3, 2.14; ara Gw 7, 38w; Atti 11, 17) u l-maghmudija (1 Kor 6, 11; Tit 3, 5; ara Gw 3,5; Atti 2, 38; 19, 2-6), huwa jghix fin-nisrani (Rum 8, 9; 1 Kor 3, 16; 2 Tim 1, 14; ara Gak 4, 5), fl-ispirtu tieghu (Rum 8, 16; ara Rum 1, 9) kif ukoll fil-gisem tieghu (1 Kor 6, 19). F’ghaqda ma’ Kristu (1 Kor 6, 17), in-nisrani jifforma mieghu gisem wiehed (1 Kor 12, 13; Efes 2, 16.18; 4,4).

Lura Salmi Ý

______________________________________________

SALM 65

Wara sena fertili u xita abbundanti, il-poplu jghanni innu sabih ta’ tifhir lil Alla ghal kull ma jaghmel mieghu, l-aktar ghall-gid tal-holqien. L-ewwel taqsima kbira (vv. 2-9) tfakkar f’Isaija li jhares bil-quddiem lejn il-gejjieni tal-holqien. It-tieni taqsima (vv. 10-14) hija deskrizzjoni entuzjazmanti tar-rebbiegha fid-dar ta’ Guda.

Tqassim tas-Salm:

vv 2-3 Alla hu ta’ min ifahhru, ghax jisma’ talb kulhadd

vv 4-6 Alla hu tajjeb, jahfer id-dnubiet u jxerred il-providenza tieghU fuq il-bnedmin kollha

vv 7-7 Alla jipprovdi ghax hu ta’ setgha u qawwa bla tarf

vv 10-14 ix-xita, li ssaqqi l-art biex tkabbar il-frott, hi xhieda tal-providenza ta’ Alla

v. 4 tahfirhomlna: Traduzzjonijiet ohra possibbli huma "thassar" jew "tghatti l-htija", li huma, fi stil sacerdotali, il-wirja tal-mahfra divina, li tinkiseb b’mod specjali f’jum l-espjazzjoni (Lev 1, 4 nota; 16, 1; 23, 26-32; Num 29, 7-11; Lhud 9, 6-14; ara S 78, 38; 79, 9).

Lev 1, 4 espjazzjoni: dan kien is-sagrificcju li bih min kien offenda lil Alla billi kiser il-patt seta’ jerga’ jikseb il-grazzja. L-annimal offert b’sagrificcju (kipper) gie mfisser bhala rahan ghall-fidwa (kofer) (Ez 30, 12). Fis-sagrificcji ta’ espjazzjoni, ir-riti tad-demm kellhom funzjoni primordjali (Ez 17, 11). Ghalkemm maghrufa mal-gnus tal-madwar, l-espjazzjoni ddahlet fis-sisien miktuba tal-ligi ta’ Israel. Fit-TG l-espjazzjoni ma tidhirx bhal xi hlas jew rahan, izda bhala rigal ta’ hajja moghti minn Alla lill-bniedem bil-ghan li jqajmu mill-gdid ghall-hajja (Rum 3, 25-26 noti).

Rum 3, 25 vittma ta’ espjazzjoni: jew "propizjatorju" li kien l-ghatu ta’ fuq l-arka. (Ez 25, 17; Lhud 9, 5). Fil-jum kbir ta’ l-espjazzjoni (Lev 16, 1), il-propizjatorju kien jintraxx bid-demm (Lev 16, 15). Kien id-demm ta’ Kristu li tassew wettaq it-tisfija tad-demm kif dan ir-rit seta’ biss qabel ifisser. Ara wkoll id-demm tal-patt (Ez 24, 8; Mt 26, 28 nota).

Rum 3, 26 f’dan iz-zmien: li hu stabbilit minn Alla fil-pjan tas-salvazzjoni (Atti 1, 7) bl-opra ta’ fidwa ta’ Kristu (Rum 5, 6; 11, 30; 1 Tim 2, 6; Tit 1, 3), li ssehh fil-"milja taz-zmien" (Gal 4,4), darba ghal kull bniedem (Lhud 7, 27), u jniedi z-zmien eskatologiku (ara Mt 4, 17p; 16, 3p; Lq 4, 13; 19, 44; 21, 8; Gw 7, 6.8).

Mt 26, 28 id-demm tal-Patt: ukoll il-Patt il-Gdid (ara Lq 22, 20; 1 Kor 11, 25). - Hekk kif darba fid-dezert tas-Sinaj id-demm tal-vittmi kien issigilla l-patt ta’ Jahwe` mal-poplu tieghU (Ez 24, 4-8; ara Gen 15, 1), hekk ukoll fuq is-salib id-demm tal-vittma perfetta, Gesu`, se jissigilla bejn Alla u l-bnedmin, il-Patt il-Gdid (ara Lq 22, 20), li kienu habbru l-profeti (Ger 31, 31). Gesu` jiehu fuqU l-missjoni ta’ fidwa universali mhejjija ghall-Qaddej tal-Mulej (Is 42, 6; 49, 6; 53, 12; Lhud 8,8; 9, 15; 12, 24). Nergghu nsibu l-idea ta’ patt gdid f’Pawlu, mhux biss f’1 Kor 11, 25, imma wkoll f’kuntesti ohra li juru l-importanza kbira tieghu (2 Kor 3, 4-6; Gal 3, 15-20; 4, 24).

v. 6 gzejjer fl-ibhra mbieghda: skond it-Targum, il-gzejjer jirrapprezentaw il-gnus pagani.

v. 9 Il-lvant u l-punent: ukoll "bibien il-lvant u l-punent", ghax kienu jemmnu li x-xemx kienet tghaddi ta’ kuljum minn dawn il-bibien, li jfissru l-pajjizi l-iktar mbieghda.

v. 10 Il-wied ta’ Alla: ukoll "ix-xmara ta’ Alla". Vers li jfisser dak li kienu jahsbu, li l-ilma tax-xita kien jinzamm f’gibjuni kbar fis-sema (S104, 3; Gen 1, 7; 7, 11; Gob 38, 25), iktar milli x-xmara simbolika ta’ Sijon (S 36, 9; Gen 2, 10). B’dan l-ilma, Alla jsaqqi l-art mahduma mill-bniedem biex taghti l-frott taghha.

v. 12 Il-mirkeb tal-Mulej (S 68, 5.18; Is 66, 15) jigri fuq wicc l-art ixerred gid ghammieli.

Lura Salmi Ý

____________________________________________________

SALM 66

Liturgija ta’ tifhir u radd il-hajr, pubblika (vv. 1-12) u privata (vv. 13-20). Jahsbu li ghall-ewwel dawn kienu zewg Salmi, izda x’aktarx li hu innu wiehed ta’ radd il-hajr pubbliku, immexxi mill-kap tal-gemgha, li minn v. 13 ’il quddiem ixandar b’radd ta’ hajr dak li Alla ghamel mieghu. Minhabba fl-istil u l-perspettiva universalista tieghu, dan is-Salm jista’ jitqies ghall-migemgha bhala t-tieni taqsima ta’ Isaija.

Tqassim tas-Salm:

vv 1-9 kliem haj ta’ stedina mill-kap tal-gemgha, bir-ragunijiet tar-radd ta’ hajr

vv 10-12 twegiba tal-poplu: Alla jisthoqqlu kull tifhir ghax helishom mit-tigrib

vv 13-15 is-Salmista jitkellem f’ismu u jistqarr li hu jrodd il-weghdiet tieghu

vv 16-20 ifahhar ’l Alla ghall-grazzja li tah, b’gheluq ta’ radd il-hajr u tifhir

v. 2 tifhir ~ Efes 1, 12.14 ~ 2 Kor 1, 22 sigill: Dan is-sigill u din id-dilka jfissru sew ir-rigal ta’ l-Ispirtu s-Santu moghti lill-insara kollha (forsi b’riferenza ghar-riti ta’ inizjazzjoni nisranija, ara Efes 1, 13; 4, 30; 1 Gw 2, 20.27), sew il-konsagrazzjoni ghall-ministeru appostoliku (ara "lilna" u "lilkom" , v 21) b’rigal specjali ta’ l-Ispirtu li jaghmel mill-appostlu l-messaggier fidil tal-fedelta` ta’ Alla fi Kristu (vv 17-20). Tajjeb li tinnota l-formulazzjoni trinitarja fil-vv 21-22.

v. 6 Ifakkarna fil-moghdija mill-Bahar tal-Qasab (Ez 14-15) u mix-xmara Gordan (Goz 3): zewg fatti "tipici" ta’ l-istorja ta’ Israel, daqstant imsemmija wkoll f’S 74, 13-15; 114.

S 114, 3 ~ S 74, 14-15; 77, 17; Mh 5, 4. Is 50, 2 ~ Apk 3, 20: L-intimita` ma’ Gesu` hi preludju ghall-ikla messjanika, ara Mt 8, 11 nota ~ ukoll Ghan 5, 2; Gw 14, 23; Lq 22, 29.30.

Mt 8, 11 joqoghdu fuq il-mejda: Fuq l-ezempju ta’ Is 25, 6; 55, 1-2; S 22, 27, ecc., il-Gudajizmu ta’ spiss wera l-ferh li kellu jgib mieghu z-zmien messjaniku taht ix-xbiha ta’ bankett, jew ikla kbira (ara Mt 22, 1-14 nota; 26, 29p; Lq 14, 15; Apk 19, 9 ~ Apk 1, 3 nota).

Mt 22, 1-14: Il-parabbola tal-festa tat-tieg, fejn is-sultan hu Alla, u l-festa tat-tieg hija l-hena messjanika, meta tqis li bin is-sultan hu l-Messija; il-mibghutin huma l-profeti u l-appostli; il-mistednin li ma jaghtux kazhom jew izebilhuhom huma l-Lhud; dawk migburin mit-triq huma l-midinbin u l-pagani; hruq il-belt hija l-qirda ta’ Gerusalemm. - Mill-v. 11, ix-xena tinbidel u minn hemm ghalhekk titkellem fuq l-ahhar gudizzju. Milli jidher Mt qieghed flimkien zewg parabboli, wahda bhal dik li hemm f’Lq 14, 16-24, u l-ohra li ghandha tmiemha fil-vv. 11-12: min iwiegeb ghall-invit irid ixidd il-libsa tat-tieg; l-opri tal-gustizzja ghandhom isiehbu l-fidi (ara Lq 3, 8; 5, 20; 7, 21w; 13, 47w; 21, 28w).

Apk 1, 3 Hieni: l-ewwel minn fost seba’ beatitudni li jissemmew fl-Apokalissi (ara 14, 13; 16, 15; 19,9; 20, 6; 22, 7-14). - iz-zmien qorob: il-migja ta’ Kristu (ara 3, 11; 22, 10.12.20 u 1, 7) u dak kollu li ghandu jigri "ma jdumx" (v. 1; ara 22, 6).

v. 9 jzommna fost il-hajjin: minn hawn gej it-titlu "salm tal-qawmien" li l-manuskritti Griegi u l-Vulgata ta’ S. Glormu bil-Latin jaghtu lil dan is-salm.

v. 10 Is 48, 10 ~ Is 1, 25; Ezek 36, 22 ~ Ezek 16, 60-63; Is 48, 11; S 115, 1.

v. 11-12 Kliem aktarx ghall-helsien mill-jasar ta’ Babel. hrigtna fil-wisa’: tradott ukoll "hrigtna ’l barra lejn il-helsien". Is 43, 2 ~ Is 43, 1-7: Oraklu ta’ salvazzjoni, l-istess bhal Is 41, 8-20. Israel m’ghandu xejn mniex jibza’ (vv. 1-5), billi l-ghazla tieghu, sa minn zmien il-qedem, mill-Mulej hija rahan ta’ dak il-helsien li issa jinsab fil-qrib.

Lura Salmi Ý

__________________________________________________

 

SALM 69 versi 21 - 37

Ikompli dan is-Salm bit-tieni lment li ghaldarbohra, minnufih warajh, issir talba. Is-Salm huwa wiehed messjaniku u dan jidher mill-mod kif sikwit il-kwotazzjonijiet mit-TG jigu applikati ghal Kristu, il-Qaddej tal-Mulej li jbati bla htija. Hawnhekk is-Salmista hu xbieha tieghU.

Tqassim tal-versi 21-37:

vv 21-24 is-Salmista jtenni l-ilment

vv 25-30 talb imprekattiv kontra l-ghedewwa, b’fiducja li se jkun mehlus

vv 31-37 ghanja ta’ radd il-hajr, fl-ghamla ta’ innu patrijottiku (S 22, 28w; 102, 14w)

v. 21 ~ Gob 6, 14 It-tjubija lejn il-proxxmu hi sinjal ta’ twemmin mhux mittiefes. Lam 1, 2 minn fost l-eghzez taghha: l-allejati sa minn dejjem ta’ Guda (ara Ger 4, 30; 30, 14; Ezek 16,37.40; 23, 22-29).

v. 22 ~ Mt 27, 34 inbid b’tahlita morra: xarba li ssakkar li n-nisa Lhud kienu bi hniena (ara Lq 23, 27w) u bi drawwa joffru lill-ikkundannati biex itaffulhom it-tbatija. Dan l-inbid kien soltu jkun imhallat "mal-mirra" (Mk 15, 23); meta Mt isemmi "tahlita morra" ikun qed ifakkar f’S 69, 2. Gesu` ma riedx jiehu din it-tahlita. Mt 27, 48 hall: xarba b’toghma aciduza li kienu jixorbu s-suldati Rumani. Jista’ jkun li dan sar b’turija ta’ hniena (ara Gw 19, 28w); is-sinottici qisuh bhal xi haga qarsa (Lq 23, 36) u ddeskrivewh bi kliem li jixbah dawk ta’ S 69, 2.

v. 23 il-mejda taghhom ~ Rum 11, 9: is-salm hawn jiddeskrivi il-kastig tal-imxebbghin li m’gharfux it-tbatijiet u l-ghatx tal-gust. Jekk din x’aktarx hi riferenza ghall-ikliet sagrifikali taghhom (Targum), il-profezija titwettaq kelma b’kelma: hu l-istess twahhid tal-Lhud mar-religjon taghhom li jzommhom milli jaghrfu lill-gust li qed ibati.

v. 29 mill-ktieb tal-hajjin ~ Dan 12, 1 fil-ktieb: ktieb dawk li huma predestinati jew ktieb il-hajja (ara Ez 32, 32w; S 69, 29; 139, 16; Is 4, 3; Lq 10, 20; Apk 20, 12 nota: U nfethu l-kotba: l-ewwel kotba li jinfethu jkun fihom miktubin l-azzjonijiet tajbin jew hziena ta’ kull bniedem: ktieb il-hajja (3, 5) fih l-ismijiet tal-predestinati (3, 5; 17, 8; 20, 12.15; 21, 27; ara Fil 4, 3; Dan 7, 10; 12, 1; Atti 13, 48 nota.

Atti 13, 48: hajja ta’ dejjem: ara v. 46, jigifieri l-hajja tad-dinja li gejja (3, 15); hemm se jaslu biss dawk li ghandhom isimhom "miktub fis-smewwiet" (Lq 10, 20), "fil-ktieb tal-hajja" (Fil 4, 3; Apk 20, 12 nota fuq). Ir-rabbini kienu jhobbu jlissnu l-kliem "Destinati ghall-hajja tad-dinja li gejja". Fit-taghlim nisrani din id-destinazjoni ghall-glorja l-ewwel timplika il-fidi fi Kristu (ara Rum 8, 28-30; Atti 2, 39; Gw 10, 26 nota.

Gw 10, 26: Biex temmen f’Gesu`, trid tkun haga wahda mieghU fil-gewwieni tieghek: li tkun "gej minn hemm fuq" (8, 23), "minn Alla" (8, 47), mill-verita` (18, 37), min-naghag tieghU (10, 14). Il-fidi tabilhaqq tehtieg rabta spiritwali mal-verita` (3, 17-21; ara Atti 13, 48; Rum 8, 29w).

v. 31w Is-sagrificcju tat-tifhir joghgob ’l Alla aktar mill-vittmi. v. 31 ~ S 22, 26w ~ S 22, 27 Riferenza ghall-bankett messjaniku (Is 55, 1w nota) iktar milli ghall-ikla ritwali li tigi wara s-sagrificcju tas-sliem (Lev 3, 1).

Is 55, 1-11: L-ahhar theggiga biex wiehed jiehu sehem mill-gid tal-patt il-gdid (vv 1-5) u biex jikkonverti sakemm ikun ghadu l-waqt (vv. 6-11). Il-vv. 1-2 ifakkru fl-istedina ghall-bankett ta’ l-gherf (Prov 9, 1-6).

v. 32 ~ S 50, 8 ~ Gham 5, 21-27: Il-profeti ta’ spiss haduha kontra l-ipokrizija religjuza: wiehed jemmen li hu haga wahda ma’ Alla ghax ikun wettaq certi riti tal-kult (sagrificcji, sawm), filwaqt li jkunu gew disprezzati il-precetti ewlenin ta’ gustizzja socjali u mhabba lejn il-proxxmu (1 Sam 15, 22; Is 1, 10-16; 29, 13-14; 58, 1-8; Hos 6, 6; Mik 6, 5-8; Ger 6, 20; Goel 2, 13; Zak 7, 4-6; ara S 40, 7-9; 50, 5-15; 51, 18-19). It-TG jaghti formuli definittivi (Lq 11, 41-42; Mt 7, 21; Gw 4, 21-24).

Lura Salmi Ý

________________________________________________

SALM 70

Ilment individwali, ripetizzjoni ghalkollox tas-Salm 40, 14 - 18. X’aktarx li l-ewwel inkiteb is-Salm 40 kollu, u mbaghad siltu minnu l-versi 14 sa 18 bhala Salm ghalih fejn is-Salmista jitlob li jkun mehlus mill-ghedewwa u jtemm billi jfahhar lil Alla u juri tama fiH.

Tqassim tas-Salm:

vv 2-4 dhul, b’talba ghall-ghajnuna kontra min qieghed jippersegwitah

vv 5-6 waqt li t-tajbin huma ferhana, huwa jinsab fil-hemm, madankollu jitlob ’l Alla b’fiducja kbira

v. 2 ~ S 40, 14. v. 3 ~ S 40, 15 ~ S 35, 4; 71, 13.

v. 4 ~ S 40, 16 ~ S 35, 21: Jakkuzawh falz b’xi reat, ara Lam 2, 16.

~ S 35, 25 ~ Ezek 25, 3; 26, 2.

v. 5 ~ S 40, 17 ~ S 69, 7.33; 35, 27; 104, 1 ~ Gen 1; Atti 17, 28 (nota). v. 6 ~ S 40, 18.

Atti 17, 28 Ahna fih nghixu: Il-predikazzjoni monoteista (dwar Alla wiehed) tal-Lhud kellha bhala ghajn ewlenija l-fatt li l-bniedem inholoq fuq sura u xbieha ta’ Alla (Gen 1, 26-27; Gherf 2, 23; Sir 17, 1-8 nota) biex turi kemm kien assurd il-kult moghti lill-idoli.

Sir 17, 1-8 Bin Sirak isegwi l-ordni tar-rakkont ta’ Gen 1: il-holqien tal-kwiekeb, tal-haxix u annimali, tal-bniedem. Passagg b’diversi riferenzi, fosthom Gen 2, 7 il-bniedem: Ebr.’adam, li gej mill-art, Ebr. ’adamah (ara 3, 19). Dan l-isem kollettiv ghad isir l-isem proprju ta’ l-ewwel hlejqa umana, Adam (ara 4, 25; 5, 1.3). - nifs il-hajja: Ebr. nefex, kelma li tfisser hajja moghtija permezz ta’ nifs li jahji (muri wkoll fi "spirtu", ruah, Gen 6, 17; Is 11, 2 noti).

Gen 6, 17 nifs il-hajja: il-kelma ruah tfisser ic-caqlieq ta’ l-arja: sew jekk ikun in-nifs tar-rih (Ez 10, 13; Gob 21, 18), sew jekk ikun dak li johrog mill-imnifsejn (7, 15.22 ecc). Ifisser ghaldaqshekk il-forza vitali, jekk mhux il-hsibijiet, is-sentimenti jew il-gibdiet li bihom il-frazi tesprimi ruhha (Gen 41, 8; 45, 27; 1 Sam 1, 15; 1 Slat 21, 5, ecc). Fil-bniedem huwa rigal ta’ Alla (Gen 6, 3; Num 16, 22; Gob 27, 3; S 104, 29; Koh 12, 7). Huwa wkoll il-qawwa li biha Alla jahdem fil-holqien (Gen 1, 2; Gob 33, 4; S 104, 29.30), kif ukoll fi grajjiet il-bniedem (Ez 31, 3), l-iktar bil-profeti (Mh 3, 10; Ezek 36, 28) u bil-Messija (Is 11, 2. Ara Rum 1, 9).

Is 11, 2 l-ispirtu tal-Mulej: Bhal fit-taghlim fuq l-gherf (ara Prov 8, 22; Gherf 7, 22), it-taghlim fuq l-Ispirtu jsib il-milja tieghu fit-TG (ara Gw 1, 33; 14, 16.26 nota; Atti 1, 8; 2; Rum 5, 5).

Gw 14, 26 Wara li Gesu` jitlaq minn fuq din l-art, jidhol minflokU fost dawk li jemmnu, l-Ispirtu (Gw 14, 16w; 16, 7; ara 1, 33). Huwa "d-Difensur", l-avukat li jintercedi quddiem il-Missier (ara 1 Gw 2, 1) jew li jixhed quddiem il-qrati tal-bnedmin (Gw 15, 26w; ara Lq 12, 11w; Mt 10, 19w; Atti 5, 32); huwa l-Ispirtu tal-verita` (Gw 8, 32) li jwassal ghall-verita` kollha (16, 13). Huwa jifthilna mohhna dwar il-personalita` misterjuza ta’ Kristu: kif Huwa jewettaq l-Iskrittura (5, 39), x’inhu s-sens ta’ kliemU (2, 19), ta’ l-atti u s-sinjali tieghU (14, 16; 16, 13; 1 Gw 2, 20w.27; Rum 8, 16), li d-dixxipli ma kienux fehmu qabel (2, 22; 12, 16; 13, 7; 20, 9). B’dan kollu, l-Ispirtu jixhed dwar min hu Kristu (15, 26; 1 Gw 5, 6-7) u jhawwad lid-dinja li ma temminx (16, 8-11; ara Lq 24, 49; Rum 5, 5).

Lura Salmi Ý

______________________________________________

SALM 71

Ilment individwali. Talba ta’ wiehed imdahhal fiz-zmien , li qed ihoss it-toqol tax-xjuhija, tal-ghaja u tal-mard, u jaf li l-ghedewwa tieghu qed jifirhu ghax jarawh qisu mitluq minn Alla. Minkejja d-diqa tieghu, huwa jqawwi qalbu bil-fiducja f’Alla, iroddlu hajr ghall-grazzji li tah fl-imghoddi, u jitolbu hajja twila.

Tqassim tas-Salm:

vv 1-8 dhul, bi stqarrija ta’ fiducja, talba biex Alla jharsu, u radd il-hajr

vv 9-13 ilment kontra l-ghedewwa

vv 14-21 radd il-hajr ghall-imghoddi u talb ghall-gejjieni

vv 22-24 weghda ta’ tifhir u hajr, ghax zgur li Alla diga` semghu.

v. 1 S 25, 2 ~ S 22,6; 40, 15w; Is 49, 23; 50, 7.

v. 6 S 22, 4 ~ Lev 17, 1(nota); Is 6, 3 (nota ma’ vers 20). Is 52, 14 ~ Fil 2, 9; Efes 1, 20-21; Gw 12, 32 (nota).

v. 7 Ghat-tigrib li ghadda minnu. Tistaghgeb tara bniedem gust ibati (ara Gob).

v. 19 S 86, 8 ~ Ez 15, 11; S 35, 10; 89, 9; Ger 10, 6; Apk 15, 4; S 22, 28.

Lev 17, 1 Il-qdusija hija wahda mill-attributi essenzjali ta’ Alla ta’ Izrael (ara Lev 11, 44w; 19, 2; 20, 7.26; 21, 8; 22, 32w). L-ewwel idea hi dik ta’ firda, li ma tistax tidhol x’imkien, ta’ traxxendenza li tnissel biza’ religjuz (Ez 33, 20). Din il-qdusija tmiss lil kull ma joqrob lejn Alla jew jinsab konsagrat lilU: l-imkejjen (Ez 19,12), iz-zminijiet (Ez 16, 23; Lev 23, 4), l-arka (2 Sam 6, 7), il-persuni (Ez 19, 6), specjalment is-sacerdoti (Lev 21, 6), l-oggetti Ez 30, 29; Num 18, 9, ecc). Minhabba fir-relazzjoni ta’ Izrael mal-kult, il-kuncett ta’ qdusija jorbot ma’ dak tas-safa ritwali: il-"ligi tal-qdusija" daqstant hi "ligi ta’ safa". Izda l-karattru morali ta’ Alla ta’ Izrael ghamel spiritwali dan il-hsieb primittiv: il-firda mill-profan issir l-astensjoni mid-dnub, u flimkien mas-safa ritwali tinghaqad is-safa tal-kuxjenza, ara d-dehra inawgurali ta’ Isaija, 6, 3.

Gw 12, 32 meta nintrefa’ ’l fuq mill-art: Riferenza ghall-irfigh ta’ Kristu fuq is-salib (v. 33), fl-istess hin bhalma hi ghat-"tlugh" tieghu fis-sema (3, 13.14; 8, 28; ara 6, 62) f’jum il-qawmien tieghU (20, 17), ghax iz-zewg grajjiet huma zewg aspetti ta’ l-istess misteru (13, 1). Mtella’ fl-gholi fuq il-lemin tal-Missier, fil-glorja (12, 23; 17, 5), Kristu se jibghat l-Ispirtu (7, 39) u biH se jifrex dejjem aktar il-hakma fuq id-dinja (16, 14; ara 3, 35). - il-bnedmin kollha: Mtella’ fl-gholi fuq is-salib, Gesu` se jidher f’ghajnejn kulhadd bhala s-salvatur tad-dinja (ara 19, 37). Din hi t-twegiba li tinghata lill-Griegi fidili li xtaqu "jaraw" lil Gesu` (ara 6, 40).

v. 18 Ara wkoll S 22, 31 ~ Is 53, 10; S 48, 14; 71, 18; 78, 6; 102, 19; Efes 2, 7.

Dan il-vers seta’ japplika ghal Izrael, li l-profeti kienu jfakkru iz-zghozija u x-xjuhija tieghu. - il-qawwa tieghek: kelma b’kelma, "id-driegh tieghek": xbieha profetika (Is 51, 9; 53, 1 noti) li kienet tfakkar il-mirakli ta’ l-Ezodu.

Is 51, 9-11: Jahwe` jissejjah biex igedded l-ghegubijiet ta’ l-imghoddi, ir-rebha tieghU kontra l-qawwiet tal-kaos primordjali u l-moghdija mill-bahar, biex igib lura l-eziljati gewwa Sijon.

Is 53, 1: Hija l-migemgha li titkellem u thabbar ix-xorti tal-qaddej, rivelazzjoni gdida u li kwazi ma titwemminx. Izda s-sorpriza u l-ewwel nuqqas ta’ fehmien (vv. 3b.4b.6.8) icedu posthom ghal fehmien wisq ikbar: dawn it-tbatijiet m’ghandhomx skop iehor hlief is-salvazzjoni tal-kotra (vv.11-12).

v. 20 Is 6, 3 Qaddis, qaddis, qaddis: il-qdusija ta’ Alla hija tema centrali fil-predikazzjoni ta’ Isaija, li ta’ spiss isejjah lil Jahwe` "il-Qaddis ta’ Israel" (Is 1, 4; 5, 19.24; 10, 17.20; 41, 14.16.20, ecc).Din il-qdusija ta’ Alla titlob mill-bniedem li hu wkoll ikun imqaddes, jigifieri mifrud mill-profan (Lev 17, 1 nota), imsaffi mid-dnub (vv. 5-7), billi jiehu sehem fil-"gustizzja" ta’ Alla (Is 1, 26 u 5, 16).

Lura Salmi Ý

______________________________________________

 

SALM 72

Dedikat lil Salamun, sultan gust u kollu sliem, ghani u mimli glorja (1 Slat 3, 9.12.28; 4, 20; 10, 1-29; I Kron 22, 9), dan is-salm ihares ’il quddiem lejn is-sultan ideali li kellu jigi. It-tradizzjoni lhudija u dik nisranija raw fih minn qabel ix-xbieha tas-Sultan-Messija mhabbar minn Isaija (9, 5; 11, 1-5) u Zakkarija (9, 9w). Salm tas-saltna messjanika b’xewqat tajba ghas-sultan u talba li jsaltan ghal dejjem u kullimkien bil-gustizzja u s-sliem (ara 2 Sam 7).

Tqassim tas-Salm

vv 1-11 dhul, bidu tat-talba ghas-sultan, u minn 3 is-saltna tieghu tkun mibnija fuq il-gustizzja, is-sliem u l-gid, b’hakma ghal dejjem u kullimkien fuq is-slaten kollha

vv 12-17 is-sultan ikun id-difensur tal-foqra, ikollu hajja bla tmiem, b’kotra ta’ gid u barka

vv 18-19 gheluq, b’dossologija, jew tifhir ’l Alla

v. 4 il-fqajrin ~ Sof 2, 3: l-umli: jew fqajrin; Ebr. ‘anawim. Il-fqajrin jinghataw importanza fil-bibbja. Jekk il-Kotba ta’ l-Gherf xi drabi jqisu l-faqar, resh, bhala konsegwenza tal-ghazz (Prov 10, 4; izda ara Prov 14, 21; 18, 12), il-profeti jafu li l-fqajrin huma fuq kollox l-imghaffgin, ‘anijjim; ghaldaqstant huma jitolbu li ssir gustizzja mad-daghjfa u maz-zghar, dallim, u mal-imsejknin, ’ebjonim (Gham 2, 6w; Is 10, 2; ara Gob 34, 28w; Sir 4, 1w; Gak 2, 2w). Bhal f’Ez 22, 20-26; 23, 6, id-Dewteronomju jwiegeb ghall-krib taghhom b’ghemil ta’ ligijiet iktar umani (Dt 24, 10w). Sofonija jaghti lill-faqar kliem ta’ tifsir iktar espressiv fis-sens morali u eskatologiku (3, 11w; ara Is 49, 13; 57, 14-21; 66, 2; S 22, 27; 34, 3w; 37,11w; 69, 34; 74, 19; 149, 4; ara wkoll Mt 5, 3; Lq 1, 52; 6, 20; 7, 22).Dawk ‘anawim huma ghaldaqshekk l-israeliti li joqoghdu ghar-rieda ta’ Alla. Fi zmien is-LXX, il-kelma ‘anaw (jew ‘ani) tesprimi dejjem aktar idea ta’ altruizmu (Zak 9,9; ara Sir,1, 27). Lill- "fqajrin" se jintbaghat il-Messija (Is 61,1; ara 11, 4; S 72, 12w; Lq 4, 18). Hu stess se jkun umli u helu (Zak 9,9; ara Mt 11, 29; 21, 5) kif ukoll mghattan (Is 53, 4; S 22, 25).

v. 7 l-gustizzja: Tradott ukoll, fil-perspettiva messjanika, bhala li jhaddar "il-gust" (ara Ger 23, 5; Zak 9, 9). Iz-zmien messjaniku se jdum sa tmiem kull zmien.

v. 8 It-trufijiet ta’ kif inhu mahsub li l-Palestina tista’ tkun l-ahjar (ara Mh 20, 1).

v. 9 ghedewwa: Tradotta wkoll bhala "dawk li jghammru fid-dezert" u "bhejjem tax-xaghri" (Is 13, 21; 34, 14; Ger 50, 39; Ezek 34, 28), xorta hawn niftakru fil-gnus pagani meghlubin (ara Is 27, 1; Dan 7, 3; Apk 13, 1, ecc).

v. 10 Saba ~ 1 Slat 10, 1: Dan il-gens imbieghed se jigi biex juri qima lejn is-sultan gejjieni (S 72, 10.15) f’Gerusalemm il-gdida (Is 45, 14 u 60, 6w; ara Mt 2, 11).

v. 15 jitolbu ghalih: Jiftiehem li Izrael jitlob ghas-success tal-missjoni salvatrici tal-Messija. Izda jista jitfisser ukoll bhala "Huwa (il-Messija) se jintercedi ghalih (il-fqajjar) u se jbierku".

v. 17 Jista’ jigi tradott ukoll: "Ismu jkun dejjem quddiem ix-xemx. Minnu tinbet rimja (ikattar) huwa ismu", verzjoni li tista’ tirreferi ghall-fergha ta’ Gesse (Is 11, 1) u ghall isem messjaniku "Rimja" (Is 4, 2; Ger 23, 5; 33, 15; Zak 6, 12). ~ Gen 12, 3 jitbierku bik it-tribujiet kollha ta’ l-art: kliem li nergghu nsibuh ("gens" jew "nisel") f’Gen 18, 18; 22, 18; 26, 4; 28, 14. F’sens idjaq (ara v. 2 u 48, 20; Ger 29, 22): "il-gnus se jghidu wiehed ’l iehor: Mbierek int bhal Abram". Izda Sir 44, 21, it-traduzzjoni tas-LXX u t-TG taw it-tifsira: "b’nisel il-Mulej jitbierku l-gnus kollha".

Lura Salmi Ý

_____________________________________________

SALM 73

Ghall-ewwel skandalizzat ghax il-hziena mimlijin gid filwaqt li t-tajbin ibatu (ara Gob 21, 1w; Koh 7, 15; Ger 12, 1w; Mal 3, 15 ecc), l-gharef iqabbel ir-risq tajjeb li jghaddi tal-hazin mas-sliem li ggib il-hbiberija ta’ Alla li qatt ma tqarraq. Huwa Salm li jixbah lis-Salmi 37 u 49, u jersaq lejn l-ispiritwalita` tat-TG (ara Mt 5, 3-12).

Tqassim tas-Salm:

vv 1-12 stqarrija ta’ fidi fit-tjieba ta’ Alla u gharfien ta’ risq il-hziena minkejja ghemilhom

vv 13-20 imhawwad u mfixkel, jintebah bil-frugha tar-risq tajjeb tal-hziena

vv 21-22 jaghraf li tqarraq meta gietu l-ghira ghall-hziena, u jisghobih

vv 23-28 jaghraf li xortih tajba izjed mill-hziena, ghax hu jithenna bil-hbiberija ta’ Alla

 

v. 3 ~ S 37, 1: Salm kontra l-ghadab ta’ dawk skandalizzati bil-gid tal-hziena (Koh 8, 11-14).

v. 10 Tradott ukoll "Ghalhekk joqoghdu fl-gholi, ma jilhquhomx il-halel", "il-poplu tieghi jmur lejhom, se jilhquhom gliegel ta’ gid", u "Ghalhekk il-poplu tieghu se jerga’ lura (jew: se jregga’ lura lill-poplu tieghu) minn din in-naha; se jitbattlu hazniet ta’ ilmijiet".

v. 11 ~ S 10, 11 ~ S 44, 25; 74, 19; 94, 7; Ezek 9, 9; Gob 22, 13.

v. 17 fit-tempju ta’ Alla: Tradott ukoll bhala "fis-santwarju ta’ Alla"; u "fis-santwarji divini", f’liema kaz dawn huma s-santwarji tal-pagani li jservu ta’ appogg ghall-hziena u ghal min jaghmel l-ingustizzji fuq din l-art (S 82). Hemm min semma t-tempju (Ger 51, 51) jew il-misteri divini (S 119, 130; Gherf 2, 22), izda l-kuntest iktar jindika l-qirda tas-"santwarji" pagani.

v. 20 malli tqum: dwar Alla li "jqum", ara S 35, 23; 44, 24; 59, 6; 78, 65; Is 51, 9. ma tqishom xejn: ukoll "ixxejjen ix-xbieha taghhom", fejn dwar "xbieha", ara S 49, 15; 90,5; Gob 20, 8; Is 29, 7-8.

v. 22 bhima: "Behemot" (l-ippopotamu), kapulavur ta’ toqol (Gob 40,15).

v. 24 sebh, glorja: hawn jidher li ghandna l-attribut divin personifikat, li jfakkarna fis-shaba ta’ l-ezodu. Nifhmu li Alla jhares lill-gust minn mewta bikrija u ta’ stmellija, u li se jerga’ jqieghed f’postu kif imiss lill-gust li jmut, waqt li l-hziena jibqghu jghixu fuq din l-art. Madankollu, bhal f’S16, 9-10, fil-hegga tal-fidil diga` tinsab ix-xewqa ghal ghaqda dejjiema ma’ Alla: dan hu pass ’il quddiem lejn it-twemmin esplicitu fil-qawmien mill-imwiet u fil-hajja ta’ dejjem. ~ S 16, 10: Is-Salmista ghazel lill-Mulej. Ir-realismu tal-fidi u l-htigiet tal-hajja mistika inisslu fih intimita` li ma jinhallx minn mieghU: huwa ghaldaqstant mehtieg li jahrab minn dik il-mewt li tifirdu mill-Mulej (S 6, 6; 49, 16). Din hi tama li ghadha mhix daqstant preciza, izda li diga` qeghda twassal ghall-fidi fil-qawmien (ara Dan 12, 2; 2 Mak 7, 9 nota). L-applikazzjoni messjanika, ammessa mill-Gudajizmu, intweriet issehh fil-qawmien ta’ Kristu. ~ 2 Mak 7, 9 hajja ta’ dejjem: Il-fidi fil-qawmien tal-igsma, li ma tohrogx daqstant car f"Is 26, 19 u Gob 19, 26-27, tigi affermata ghall-ewwel darba hawnhekk (u ara vv. 11.14.23.29.36) u fil-passagg ta’ Dan 12, 2-3, dwar il-persekuzzjonijiet ta’ Antijoku Epifani (Dan 11; ara wkoll 2 Mak 12, 36-46; 14, 46). Il-martri se jergghu jqumu bl-opra tal-qawwa tal-hallieq (v 23) ghall-hajja (v 14; ara Gw 5, 29) u ghall-hajja ta’ dejjem (vv 9.36). Naslu hekk ghat-taghlim dwar l-immortalita`, li se tigi zviluppata, f’ambjent Grieg u minghajr ma jinghad xejn dwar il-qawmien tal-igsma, f’Gherf 3, 1-5.16. Izda ghall-hsieb Lhudi, li ma kienx jaghraf bejn gisem u ruh, l-idea li tibqa’ tghix kienet timplika dik tal-qawmien tal-igsma; u dan jidher hawnhekk. It-test ma jghallimx b’mod dirett il-qawmien tal-bnedmin kollha: iqis biss il-kaz tal-gusti (v 14). Danjel 12, 2-3 minflok hu aktar esplicitu.

v. 26 ~ S16, 5 ~ Num 18, 20; Dt 10, 9; Sir 45, 20-22; Lam 3, 24. ~ Qeghdin jinfnew: minhabba x-xewqa (ara S 84, 3; Gob 19, 27) u mhux xi dghufija (ara S 143, 7).

v. 27 min jinfired minnek: kelma b’kelma "l-adulteru", kelma li tfisser fost il-profeti l-infedelta` lejn Alla (ara Hos 1, 2).

Lura Salmi Ý

_________________________________________________

SALM 74

Skond it-Targum, "l-iblah" (v 22) huwa Antijoku Epifani, is-"sultan mignun", li haraq il-bibien tat-tempju (1 Mak 4, 38; 2 Mak 1, 8) u pprofana s-santwarju (1 Mak 1, 21w. 39; 2 Mak 6, 5). Izda s-Salm jista’ jkun ukoll jghodd ghall-hruq u t-tharbit tat-tempju mill-qawwiet Kaldin (2 Slat 25, 9; Is 64, 10). Minn dak iz-zmien, lehen il-profeti siket (v 9, ara S 77, 9; Lam 2, 9; Ezek 7, 26 u 1 Mak 4, 46; 9, 27; 14, 41).

Tqassim tas-Salm:

vv 1-3 dhul, bil-mistoqsija tipika ta’ lment u talba ’l Alla biex jara l-hsara li saret

vv 4-9 il-hsara hi hekk kbira li donnu Alla telaq il-poplu tieghU

vv 10-11 itenni l-ilment b’mistoqsija tixbah lil dik ta’ v 1

vv 12-17 innu ta’ tifhir lil Alla li jista’ kollox, u ghalhekk jista’ jehles lill-poplu tieghU

vv 18-23 gheluq, b’talba umli lil Alla biex jaqbez ghall-poplu tieghU

v. 2 Dt 7, 6 Bhal f’Dt 14,2, hawn tigi affermata l-ghazla ta’ Israel. Alla mar "ifittex poplu" b’mezzi mirakoluzi (4, 34; ara 4, 20; 26, 7-8). L-ghanijiet ta’ din l-ghazla jinsabu hawn indikati fil-vv 7-8: l-imhabba u l-fedelta` lejn il-weghdiet maghmulin b’xejn mal-missirijiet (ara 4, 37; 8, 18; 9, 5; 10, 15). Din l-ghazla tigi sigillata bil-patt (hawn, v 9 u 26, 19). Teologija tal-ghazla bhal din, li ssib ruhha daqstant espressa b’mod qawwi fid-Dt, tinfirex tul it-TQ kollu, meta Israel hu poplu mifrud (Num 23, 9), il-poplu ta’ Alla (Mh 5, 13), lilU kkonsagrat (Ez 19, 6), li dahal fil-patt mieghU (Ez 19, 1), ibnU (Dt 1, 31 riferenzi), gens l-Ghimmanu-el, "Alla maghna" (Is 8, 8.10). Ghazla bhal din tifred lil Israel minn popli ohra, izda l-profeti jhabbru l-gharfien ta’ Jahwe` mill-gnus kollha u l-universalizmu tas-salvazzjoni (Is 49, 6; 45, 14; Zak 14, 16). Din hi l-era messjanika mnedija bil-migja ta’ Gesu`. ~ Dt 1, 30-32 ~ Atti 13, 18; Dt 14, 1;32, 6; Ez 4, 22; Hos 11, 1; Is 63, 16; Ger 31, 9; Mal 2, 10w; Gherf 18, 13).

v. 9 Geremija kien habbar 70 sena ezilju (Ger 25, 11; 29, 10), ghadd simboliku ta’ zmien twil.

v. 13 Gob 7, 12 Skond il-kosmogonija babiloniza, Tiamat (il-bahar), wara li kien ta sehem fit-tnissil tal-allat, intrebah u nhakem minn wiehed minnhom stess. Il-fantasija popolari jew poetika kienet tattribwixxi r-rebha lil Jahwe`, sa minn qabel l-organizzazzjoni tal-kaos, u harset lejH bhal Min ghadu jzomm taht idejH il-bahar u l-mostri li hemm fih (ara Gob 3, 8; 9, 13; 26, 12; 40, 25w; S 65, 8; 74, 13w; 77, 17; 89, 10-11; 93, 3-4; 104, 7.26; 107, 29; 148, 7; Is 27, 1; 51, 9).

v.14 Riferenza ghall-moghdija mill-Bahar tal-Qasab u t-telfa li garrbu l-Egizzjani (Ez 14, 15w; ara Ezek 29, 3; 32, 4). Gob 3, 8 Levjatan: jew ukoll id-dragun, is-serpent harrabi (ara 26, 13; 40, 25; Is 27, 1; 51, 9; Gham 9, 3; S 74, 14; 104, 26) kien fil-mitologija tal-fenici mostru tal-kaos ewlieni (ara 7, 12); l-immaginazzjoni popolari setghet dejjem tibza li dan se jerga’ jqum, hekk kif jigi provokat minn sahta effikaci kiontra l-ordni ezistenti. Id-Dragun ta’ Apk 12, 3, li jlahham fih ir-rezistenza tal-qawwa tal-hazen lejn Alla, jassumi certi bixriet ta’ dan is-serpent tal-kaos.

v.15 Riferenza ghall-mirakli ta’ l-ezodu (Ez 17, 1-7; Num 20, 2-13) u ghall-moghdija mill-Gordan (Goz 3), ghemejjel tal-qawwa tal-hallieq. Din it-tifkira tal-grajjiet imghoddija ta’ Alla (vv 12-17) thejji t-triq ghall-karba ta’ l-ahhar (vv 18-23).

v. 19 lil min ifahhrek: Tradott ukoll "lil min iroddlok hajr" u "lill-hamiema tieghek"; Hosegha kien iqabbel lil Israel ma’ hamiema (Hos 7, 11; 11, 11; ara Ghanja 5,2).

v. 22 Il-kawza tal-poplu hi l-kawza ta’ Alla nnifsU.

NisgaSalmi kollhaAktar fuq is-Salmi