Salmi

L-Ewwel Ktieb

It-Tieni Ktieb

It-Tielet Ktieb (hawn)

Ir-Raba’ Ktieb

Il-Hames Ktieb

 

IT-TIELET KTIEB

73 (72) Il-gustizzja li se ssir fl-ahhar

73 Ghall-ewwel skandalizzat ghax il-hziena mimlijin gid filwaqt li l-gusti jbatu (ara Gob 21, 1w; Koh 7, 15; Ger 12, 1w; Mal 3, 15 ecc), l-gharef iqabbel ir-risq tajjeb tal-hazin li hu vojt u qasir, mas-sliem tal-hbiberija ma’ Alla li ma tqarraq qatt.

73, 3 S 37, 1+

73, 4 ma ghandhom... f’gisimhom: Tr. "ghalihom... xejn mhu mibrux" (litt. "mhu perfett"), lamo tam; TM (mhux maqsum sew) jgib lamotam, "f’mewthom".

73, 7 hzunithom: "hazen" skond verzjonijiet; TM jgib "ghajn".

73, 10 Tr. "Ghalhekk joqoghdu fl-gholi, ma jilhquhomx il-halel"; "il-poplu tieghi jmur lejhom, se jilhquhom gliegel ta’ gid", skond verzjonijiet; TM mharbat; litt. jgib: "Ghalhekk il-poplu tieghu jerga’ lura (jew: jregga’ lura lill-poplu tieghu) minn din in-naha; jitbattlu hazniet ta’ ilmijiet".

73, 11 S 10, 11+

73, 17 fit-tempju ta’ Alla: skond LXX u vulg.; ma’ TM (litt. "santwarji ta’ El"), tr.: "fis-santwarji divini"; jigifieri dawk tal-pagani, li jservu ta’ appogg ghall-hziena u ghal min jaghmel l-ingustizzji fuq din l-art (82). Hemm min jara wkoll it-tempju (Ger 51, 51) jew il-misteri divini (119, 130; Gherf 2, 22), izda l-kuntest iktar jindika l-qerda tas-"santwarji" pagani.

73, 20 Dwar Alla li "jqum", ara 35, 23; 44, 24; 59, 6; 78, 65; Is 51, 9. - ma tqishom xejn: Tr. "ixxejjen ix-xbieha taghhom", fejn dwar "xbieha", ara 49, 15; 90,5; Gob 20, 8; Is 29, 7-8.

73, 22 bhima: litt. "Behemot" (l-ippopotamu), kapulavur ta’ toqol (ara Gob 40,15+).

73, 24 S 16, 10+

73, 24 sebh, glorja: hawn jidher li ghandna l-attribut divin personifikat, li jfakkarna fis-shaba ta’ l-ezodu. Il-verzjonijiet ittraducew "bil-glorja", u hekk taw lill-kelma it-tifsira tas-soltu meta din tkun tirreferi ghall-bnedmin: hawn ghandna nifhmu li Alla jhares lill-gust minn mewta bikrija u ta’ stmellija, u li se jerga’ jqieghed f’postu kif imiss lill-gust li jmut, filwaqt li l-hziena jibqghu jghixu fuq din l-art. Madankollu, bhal f’16, 9w, fil-hegga tal-fidil diga` tinsab ix-xewqa ghal ghaqda dejjiema ma’ Alla: dan hu pass ’il quddiem lejn it-twemmin esplicitu fil-qawmien mill-imwiet u fil-hajja ta’ dejjem (ara 16, 10+).

73, 26 S16, 5+

73, 26 Qeghdin jinfnew: minhabba fix-xewqa (ara 84, 3; Gob 19, 27) u mhux ghal xi dghufija (ara 143, 7).

73, 27 min jinfired minnek: litt. "l-adulteru", kelma li tfisser fost il-profeti l-infedelta` lejn Alla (ara Hos 1, 2+).

73, 28 LXX izid "f’bibien il-belt (grg. "bint") ta’ Sijon" (ara 9, 15).

74 (73) Ilment wara l-herba tat-tempju

74 Skond it-Targum, "l-iblah" (v 22) huwa Antijoku Epifani, is-"sultan mignun", li haraq il-bibien tat-tempju (1 Mak 4, 38; 2 Mak 1, 8) u pprofana s-santwarju (1 Mak 1, 21w. 39; 2 Mak 6, 5). Izda s-salm jista’ jkun ukoll jghodd ghall-hruq u t-tharbit tat-tempju mill-qawwiet Kaldin (2 Slat 25, 9; Is 64, 10). Minn dak iz-zmien, lehen il-profeti siket (v 9, ara 77, 9; Lam 2, 9; Ezek 7, 26 u 1 Mak 4, 46; 9, 27; 14, 41).

74, 2 Dt 7, 6+

74, 4 tar-rebha: Tr. "bhal bandiera"; "fuq il-faccata mnejn jidhlu"; litt. "bhal fid-dhul, fil-gholi" skond verzjonijiet; TM jgib: "bhal min idahhlek". Hemm zjidiet, ta’ LXX: "stendardi li ma kienux jintgharfu"; TM jzid: "stendardi, hu maghruf"; x’aktarx bhala nota ta’ tifsir.

74, 6 kissru l-bibien: skond LXX; TM jgib "u issa l-iskultura ta’ fuqhom".

74, 8 Ha nfarrkuhom: jew "nifqghuhom", ninem skond is-sirjak; TM jgib ninam, "nisilhom".

74, 9 Geremija kien habbar 70 sena ezilju (Ger 25, 11; 29, 10), li hu ghadd simboliku ta’ zmien twil.

74, 11 tahbi: Tr. "izzomm lura", "izzomm mohbija"; litt. "tinzamm lura", kelujah; TM jgib: "(u l-leminija tieghek f’hobbok) int teqred", kalleh.

74, 13 Gob 7, 12+

74, 14 Gob 3, 8+

74, 14 Riferenza ghall-moghdija mill-Bahar tal-Qasab u t-telfa li garrbu l-Egizzjani (Ez 14, 15w; ara Ezek 29, 3; 32, 4). - klieb il-bahar: Tr. "mostri tal-bahar"; litt.lill-poplu, lill-bhejjem selvaggi".

74, 15 Riferenza ghall-mirakli tal-ezodu (Ez 17, 1-7; Num 20, 2-13) u ghall-moghdija mill-Gordan (Goz 3), ghemejjel tal-qawwa tal-hallieq. Din it-tifkira tal-grajjiet l-imghoddija ta’ Alla (vv 12-17) thejji t-triq ghall-karba ta’ l-ahhar (vv 18-23).

74, 19 lil min ifahhrek: LXX u sirjak igibu: "lil min iroddlok hajr"; tr. "lill-hamiema tieghek"; Hosegha kien iqabbel lil Izrael ma’ hamiema (Hos 7, 11; 11, 11; ara Ghanj 5,2).

75 (74) Gudizzju universali u shih

75 Antifona (v 2) tintroduci tehbira divina, indirizzat lejn il-hziena, li jhabbar il-gudizzju taghhom (vv 3-6); il-vv 7-9 jiddeskrivu l-gudizzju universali, li fih il-gust se jsib il-hena tieghu (vv 10-11).

75, 2 ismek... inhabbru: Tr. "filwaqt li nsejhu ismek, qeghdin inhabbru" skond verzjonijiet; TM jgib: "fil-qrib huwa ismek, hekk qed jithabbar".

75, 5 raskom: litt. "il-qarn" taghkom (ara 18, 3+).

75, 7 Id-"dezert tal-muntanji" zgur hi l-gholja catta ta’ Edom. - Mhux iktar kontra Mowab, Edom jew il-Filistja se jkun il-gudizzju divin, izda kullimkien u kontra l-hziena kollha (ara Zak 2, 1).

75, 9 Is 51, 17+

75, 9 bieqja: Din ix-xbieha (ara diga` 11, 6) gejja minn Geremija (25, 11; 48, 26; 49, 12; 51, 7; ara Is 51, 17+; Ezek 23, 31; Apk 14, 10).

76 (75) Poezija ta’ tifhir lil Alla tal-biza’

76 Innu eskatologiku. Bhal 46 u 48, 6, qisu qieghed ifakkar it-telfa ta’ Sanherib fis-sena 701 quddiem Gerusalemm (2 Slat 19, 35), li saret is-simbolu tas-salvazzjoni mistennija mill-"fqajrin" (v 10). Il-grg. jgib titlu: "dwar l-assir".

76, 3 Salem: l-isem imqassar ta’ Gerusalemm (ara Gen 14, 18; Gdt 4, 4), "belt is-sliem" (xalom).

76, 4 il-vlegeg ta’ l-ark: Tr. "is-sajjetti ta’ l-ark". - l-armi tal-gwerra: Tr. "il-gwerra".

76, 11 ifahhrek: Tr. "jaghmillek festa", "ihazzmek": din ix-xbieha, mehuda minn Geremija (ara 109, 19), hija simbolu ta’ ghaqda shiha. Bhall-biza’ (= "lilu, li hu tal-biza’", v12), ir-rabja divina tidher hawn bhal qeghda tigi personifikata (ara 58, 10). Il-bniedem "midrub", bla hila, jixhed ghall-qawwa u l-gustizzja ta’ Alla.

76, 12 ta’ madwaru: bhal "hziemu" (v 11); ara Is 49, 18.

77 (76) Meditazzjoni fuq l-imghoddi ta’ Izrael

77 Fiz-zmien iebes tal-migja lura mill-ezilju, is-salmista jfakkar il-beneficcji l-imghoddija ta’ Jahwe` ghal Izrael u l-ghegubijiet tal-hrug mill-Egittu, rahan ta’ interventi ta’ Jahwe` ghall-poplu tieghu fil-gejjieni.

77, 7 billejl nithaddet: Tr. "Hemm ghana billejl li jerga’ lura f’qalbi"; "nhewden" skond LXX, sirjak; TM jgib: "(noqghod infakkar lili nnifsi) fl-ghana tieghi".

77, 12 niftakar: skond verzjonijiet, qere`; ketib igib: "se ngharraf".

77, 17 Gob 7, 12+

77, 18 Il-miraklu tal-Bahar tal-Qasab jigi pprezentat fi prospettiva kozmika (ara Gob 7, 12+). Li jigi wara (v 19) jfakkar fit-teofanija tas-Sinaj (Ez 19, 16+).

77, 19 Ez 19, 16+

78 (77) Taghlimiet minn grajjiet Izrael

78 Meditazzjoni b’taghlim, imnebbha mid-Dt, fuq il-grajja ta’ Izrael, htijietu u l-kastigi li qala’. Is-salm johrog ghad-dieher ir-responsabbilta` ta’ Efrajm, antenat tas-samaritani, il-hatra ta’ Guda u l-ghazla ta’ David.

78, 2 kliem il-gherf: Tr. "parabboli" fejn parabbola (maxal) hi sentenza b’ritmu, bi vrus paralleli; ara d-dahla ghall-Kotba ta’ l-Gherf.

78, 3 Dt 4, 9+

78, 6 S 22, 31+

78, 9 Is-salmista, filwaqt li jitnebbah minn Hos 7, 16, jiddebita hekk dnubiet il-poplu lill-efremiti, billi janticipa l-istorja ulterjuri tas-saltna tat-tramuntana (ara v 67) jew inkella jalludi ghax-xizma tas-samaritani (ara Zak 11, 14).

78, 11 Il-mirakli ta’ezodu.

 

78, 25 qalbenin: Tr. "angli", litt. "felhana" jew setghana u qawwija (ara 103, 20).

78, 32 Tifkira generali (vv 32-39) tan-nuqqas ta’ perseveranza ta’ Izrael u tas-sabar ta’ Alla.

78, 34 Alla: ’el tat-TM; sirjak igib "huwa", ’elaw.

78, 41 Is 6, 3+

78, 43 Il-"kastigi" ta’ l-Egittu (ara Ez 7, 8+) li l-vv 43-51 jergghu jigbru fil-qosor.

78, 52 Fil-hrug mill-Egittu u fid-dhul gewwa Kanghan (vv 52-55).

78, 56 Riferenza ghal htijiet Izrael fi zmien Samwel u Sawl (vv 56-64).

78, 60 1 Sam 1, 3+

78, 61 L-arka tal-patt (ara 132, 8; 2 Kron 6, 41).

78, 66 fuq wara: Dan hu d-deni umiljanti li darab lill-Filistin, li kienu jzommu l-arka ghandhom.

78, 67 Efrajm li jithalla barra (v 67), l-ghazla ta’ Sijon, ghamara ta’ Jahwe` u xbieha tas-santwarju tas-sema (vv 68-69), u ta’ David, il-midluk ta’ Jahwe`, raghaj tal-poplu tieghu u mudell tal-Messija mistenni (vv 70-72).

78, 69 2 Sam 5, 9+

78, 69 bhall-oghla: Tr. "il-qcacet"; TM jgib "il-(hlejjaq) gholjin".

79 (78) Ilment nazzjonali

79 Dan is-salm jista’ jkun qed jirreferi ghat-tehid ta’ Gerusalemm mill-Kaldin, fis-sena 587, u ghall-qerda tal-belt mill-qraba ta’ Izrael, Edom, Mowab, ecc (ara 2 Slat 24, 2).

79, 5 S 89, 47+ Dt 4, 24+

79, 9 Ez 32, 12+

79, 9 Salvatur: "Jahwe`" skond LXX; TM jhalli barra.

79, 10 Gob 16, 18+

79, 10 int tithallas tad-demm li xerrdu: Huwa Alla li "jithallas mid-demm" ta’ Izrael (ara Num 35, 19+).

79, 13 Ezek 34, 1+

80 (79) Talba ghat-twelid mill-gdid ta’ Izrael

80 Dan is-salm japplika sew ghas-saltna tat-tramuntana (ara vv 2-3) meqruda mill-assiri, msemmija fit-titlu li jgib is-LXX (ara Ger 31, 15w), sew ghal Guda wara l-qerda ta’ Gerusalemm fis-sena 586 (ara Ger 12, 7-13). Is-salmista, x’aktarx levita rifugjat gewwa Misfa ta’ Benjamin taht Gedalija (ara 2 Slat 25, 22.23.27), jittama fir-ristawrazzjoni tas-saltna mghaqqda (ara Is 49, 5; Ezek 37, 16; Zak 9, 13; 10, 6) fit-trufien mixtieqa taghha (v 12; ara Mh 20, 1+).

80, 2 Ezek 34, 1+ Ez 25, 18+

80, 3 Efrajm u Manassi, ulied Guzeppi, li xi kultant jinghaqad maghhom Benjamin, huma z-zewg tribujiet ewlenin tat-tramuntana.

80, 4 S 4, 7+

80, 5 S 44, 24+

80, 7 S 79, 4+

80, 9 Is 5, 1+

80, 11 frieghi: Tr. "il-frieghi kienu c-cedri ta’ Alla", jigifieri c-cedri l-iktar gholja (ara 36, 7; 68, 16).

80, 12 Mh 20, 1+

80, 12 Xmara: l-Ewfrate.

80, 16 ir-rimja... ghalik: Skond TM; litt. "fuq il-wild li sahhaht ghalik", v 18p anticipat.

80, 17 tawha n-nar: serapuha, x’aktarx; TM jgib serupah, "harquha".

80, 18 Riferenza probabbli ghal Zerubbabel (Esd 3, 2; Hag 1, 1) iktar milli ghal Benjamin ("il-bniedem ta’ lemintek"), Amasija ("Jahwe` qawwi u felhan") jew Izrael.

81 (80) Ghall-festa ta’ l-Gherejjex

81 Preludju (vv 2-6) jintroduci tehbira divina (ara 50; 95) fl-istil tad-Dt. Il-Festa ta’ l-Gherejjex (ara Ez 23, 14+) kienet tfakkar iz-zmien meta l-poplu kien jiggerra’ fid-dezert u l-ghoti tal-Ligi fuq is-Sinaj. Kienet festa mill-ikbar.

81, 4 Kienet issir festa fl-ewwel jum tax-xahar meqjus skond il-qamar jew "neomenia" (2 Slat 4, 23; Is 1, 13; Hos 2, 13; Gham 8, 5). Il-bidu tas-seba’ xahar kien ghal zmien twil meqjus bhala l-bidu tas-sena civili (Lev 23, 24; Num 29, 1); fil-qamar mimli li jmiss mbaghad kienet tigi ccelebrata l-festa ta’ l-Gherejjex (Lev 23, 34; Num 29, 12).

81, 5 Ez 23, 14+

81, 6 nisma’: attwalizzazzjoni liturgika (LXX u sirjak: "smajt"). Vern fl-ewwel persuna li jirrapprezenta l-migemgha ta’ Izrael li ghandu jkollha widnejha miftuha ghal Alla (ara vv 9.12.14).

81, 7 Riferenza ghax-xoghol iebes li Israel kien igarrab gewwa l-Egittu.

81, 8 Fil-waqt tat-teofanija fis-Sinaj.

81, 17 nitmaghhom: Tr. "jien kont kieku nitmaghhom"; TM jgib "kont kieku nitmaghulhom".

82 (81) Kontra l-princpijiet pagani

82 Canfira ghall-princpijiet u l-imhallfin hziena, fi prospettiva eskatologika (vv 1.5.8).

82, 2 Akkuza li ssir ta’ spiss mill-profeti (Is 1, 17w; Ger 5, 28; 21, 12; 22, 3; Ezek 22, 27.29; Mik 3, 1-11; Zak 7, 9w; ara Gob 29, 12; Prov 18, 5; 24, 11w).

82, 3 Ez 23, 6+

82, 6 S 58, 2+

82, 6 Il-princpijiet u l-imhallfin jitqeghdu fl-istess livell ta’ "ulied l-Iktar Gholi", membri tal-qorti ta’ Alla (ara Gob 1, 6+). Kristu japplika din is-silta, f’kuntest divers, ghal-lhud mghallmin fil-kelma ta’ Alla.

83 (82) Kontra l-ghedewwa ta’ Izrael

83 Minghajr ma jsemmi ebda koalizzjoni sopecifika, is-salm jghodd ghaxar ghedewwa tradizzjonali ta’ Israel, li l-ostilita` taghhom damet ittul sa zmien imwahhar (ara 2 Kron 20, 1w; Neh 2, 19; 1 Mak 5, 3w).

83, 6 nghaqdu fehma wahda: "b’(qalb) wahda", ’ehad, x’aktarx; TM jgib: "(b’qalb) flimkien", jahdaw.

83, 7 Num 20, 2+ Dt 2, 5+

83, 7 Hagarin: ulied Hagar, momadi li jiggerrew fit-Transgordanja.

83, 8 Ez 17, 8+

83, 8 Gebal: hawnhekk Gabalene, fir-regjun ta’ l-Idumija fit-tramuntana ta’ Petra, u mhux Biblos (Ezek 27, 9).

83, 9 Goz 13, 2+

83, 9 Assur: sew l-Assirja. li x’aktarx tirrapprezenta is-Sirja tas-Selewcidi (ara Gdt 16, 3), sew it-tribu` ta’ l-Assurin (Gen 25, 3; Num 24, 22+; 2 Sam 2, 9).

83, 10 Ez 2, 15+

83, 14 tromba tar-rih: Tr. "bhal xitel ghallis" jew xewk, li zerghetu ttir mar-rih.

84 (83) Ghanja ghal waqt il-pellegrinagg

84 Kant ta’ Sijon li jiccelebra l-ospiti divini tat-tempju, ghajn ta’ kull hena u ta’ grazzja ghall-pellegrini (vv 6-8), bhalma hu ghal dawk li jghammru fis-santwarju (vv 5-11).

84, 6 il-pellegrinagg ghat-tempju: Tr. "it-telghat" skond LXX; TM jgib "moghdijiet". - Is-salmi hekk maghrufa "gradwali" jew "tat-telghat" (120 u wara) kienu jitkantaw waqt il-vjagg mill-pellegrini.

84, 7 wied niexef: Tr. "wied tad-dmugh" u "wied tal-bekkej". F’7 mss. u fil-verzjonijiet, "wied tal-bikjiet" (kif jitlissen, iz-zewg kelmiet identici; ara Mh 2, 5). Il-"balzmu" (jew "is-sigra bekkejja") hawn tabilfors ifisser "is-sigar tal-balzmu" (ara 2 Sam 5, 23w). Il-"wied tal-Balzmu", fit-tramuntana tal-witja ta’ Hinnon (Geenna) kienet l-ahhar tappa tal-pellegrinagg f’salib it-toroq li jwasslu mit-tramuntana, mill-punent u min-nofsinhar (ara 2 Sam 5, 17-25).

84, 7 x-xita... ghadajjar: Test mhux cert; LXX jgib: "il-legislatur se jaghti kull barka". Jista’ jigi korrett hekk: "il-mexxej se jghajjat kull barka". Hawn inzommu mat-TM. Ir-riferenza ghall-ewwel xita "tal-harifa", jaghtina li nirreferu s-salm ghall-festa ta’ l-Gherejjex (Ez 23, 14+).

84, 8 Jimxu... jissahhu: Tr. "jimxu minn quccata ghall-ohra"; jew ukoll "minn appogg ghall-iehor" jew skond Targun "minn sur ghall-iehor". - sa ma jidhru... fuq l-allat: Tr. "u Alla se jidhrilhom f’Sijon"; "lilhom". ‘alehem; TM jgib ’elohim, "(Alla) fuq l-allat".

84, 10 il-midluk: hawn il-bniedem "konsagrat" jew "messija" x’aktarx hu l-qassis il-kbir, ras il-migemgha wara l-ezilju.

84, 11 f’post iehor: TM jgib baharti, "ghazilt"; tr. "kif joghgobni"; litt. "fil-helsien tieghi", beheruti.

85 (84) Talba ghas-sliem u l-gustizzja

85 Ghal dawk li jergghu lura lejn arthom, dan is-salm iwieghed is-sliem messjaniku mhabbar minn Isaija u minn Zakkarija.

85, 4 S 78, 38+

85, 6 S 79, 5+

85, 10 Ez 24, 16+

85, 10 sebh: Il-glorja ta’ Jahwe` (Ez 24, 16+), li kienet abbandunat it-tempju u l-belt qaddisa (Ezek 11, 23), se terga’ lura fit-tempju ristawrat (Ezek 43, 2; Hag 2, 9).

85, 11 L-asttributi divini, personifikati, se jigu biex jinstawraw is-saltna ta’ Alla fuq l-art u fi qlub il-bnedmin.

85, 12 Is 45, 8+

85, 13 S 67, 7+

85, 14 Il-gustizzja divina tiftah it-triq billi hi l-kondizzjoni biex ikun hemm is-sliem u l-hena.

86 (85) Talba ghal waqt it-tigrib

86 Kompozizzjoni ta’ ghamla griega (ellenistika) minghajr xi ghaqda litterarja kbira, li tirrifletti l-istat tar-ruh tal-lhud devoti, prekursuri tal-Hasidin ta’ l-epoka tal-Makkabin.

86, 2 fik jittama: Tr. "ghandu fiducja fik. Inti Alla tieghi"; TM jgib "Inti Alla tieghi li ghandu fiducja fik".

86, 9 li ghamilt: skond TM; jew, "li hlaqt"; nota spustata mill-versett ta’ qabel.

86, 15 Ez 34, 6+

87 (86) Sijon, omm il-gnus

87 2 Sam 5, 9+

87 Sijon qaddisa, belt ta’ Alla (2 Sam 5, 9+), ghandha ssir il-kapitali spiritwali u omm il-popli kollha. Il-gnus pagani kollha ta’ qrib Israel: Egittu ("Rahab"), Etjopja, Sirja-Palestina, Mesopotamja, dawn kollha imsejhin sabiex jaghrfu lil Alla veru biex jaghtuh il-proseliti. Din hi r-rieda ta’ Jahwe` kif espressa minn tehbira (vv 4-5). Is-salm jitnebbah minn Isaia u minn Zakkarija. Isaija diga` kien habbar din il-funzjoni ta’ omm min-naha ta’ Sijon, l-gharusa ghammiela ta’ Jahwe`, funzjoni li l-Knisja hi xbieha taghha.

87, 3 hu jghid: "jghidu" skond TM.

87, 5 Huma fejn huma mwielda l-pagani, huma dejjem adottati minn Sijon li ssir art missirijiethom tabilhaqq.

87, 6 Hawn qed jitkellem dwar il-lista ta’ dawk li jghammru f’Sijon (Is 4, 3; Ezek 13, 9) u mhux dwar il-ktieb apokalittiku tad-destin tal-bnedmin (66, 29). Il-pagani miktubin hekk isiru beltin ta’ Sijon.

87, 7 U jghannu... jizfnu: Tr. "u l-princpijiet bhat-tfal". Mss. u verzjonijiet igibu: "il-princpijiet"; TM jgib: "il-kanturi" (konfuzjoni minhabba f’zewg ittri bhal xulxin). - dawk kollha... fik: skond LXX; tr. "Qeghdin fik l-ghejjun tieghi kollha"; TM (mhux vokalizzat sew) igib: "in-nixxieghat tieghi kollha (qeghdin fik)". - Alla jibda jqis lill-princpijiet barranin bhala ulied (litt. "imnisslin") Sijon.

88 (87) Talba mill-qiegh ta’ dieqa kbira

88 Din it-talba gejja mid-dieqa tista’ titqabbel ma’ l-ilmenti ta’ Gob.

88, 5 Num 16, 33+

88, 6 hu friexi: Tr. "ninsab merhi (bis-sensja)" jew qisni wiehed mill-mejtin; LXX igib "mehlus"; fil-qabar, il-qaddej jinsab mehlus minn sidu (ara Gob 3, 19). Hekk jigri lill-imsejken li hu mgarrab: tintemm qrubitu ma’ Alla.

88, 8 S 18, 5+

88, 9 S 38, 12+

88, 11 S 6, 6+ Is 38, 18+

 

88, 12 post it-telfien: Tr. "l-imkejjen tal-qiegh" (inferi); ebr. "Abaddon" (ara Gob 26, 6; 28, 22; Prov 15, 11; Apk 9, 11).

88, 16 nhossni mifni: ’apugah, x’aktarx (ara 77, 3); TM jgib ’apunah, li ma tiftehimx.

88, 17 fnietni: jew, "fnewni": cimmetuni, x’aktarx; TM jgib cimmetu- tuni, li ma tiftehimx. Dawn iz-zewg zbalji x’aktarx huma rtokki biex irattbu silta li hi qawwija fil-pessimizmu taghha.

89 (88) Innu w talba lil Alla l-fidil

89 Il-preludju (vv 2-3), segwit mit-tifkira fil-patt ma’ David (vv 4-5) u minn innu lill-hallieq (vv 6-19), jintroduci tehbira messjanika (vv 20-38) u, b’kuntrast, it-tfakkir fl-umiljazzjonijiet nazzjonali (vv 39-46), ilkoll mtemma b’talba (vv 47-52). Il-kelmiet "mhabba u fedelta`" jew "grazzja u fedelta`" huma l-mottiv ewlieni tas-salm.

89, 3 jien ghedt: skond TM; "int ghedt" skond LXX u vulg.

89, 4 2 .Sam 7, 8-16+

89, 6 Gob 5, 1+

89, 7 Gob 1, 6+

89, 7 dawk li hemm fis-sema: Tr. "angli ta’ Alla", litt. "ulied Alla".

89, 8 laqgha tal-qaddisin: Tr. "il-migemgha (l-kbira) ta’ l-angli" ("kbira" skond TM). - kbir u tal-biza’: skond LXX; TM jhalli barra "kbir".

89, 9 S 86, 8+

89, 10 Gob 7, 12+ S 65, 8+

89, 11 Rahab: kelma ebr. li tfisser isem ta’ mostru mitiku li jippersonifika l-kaos li hemm fil-bahar (ara Gob 7, 12+); xi kultant ifisser ukoll l-Egittu (87, 4; ara Is 30, 7+).

89, 16 S 47, 1+

89, 19 Is 6, 3+

89, 20 2 Sam 7, 8-16+

89, 20 Samwel u Natan.

89, 21 S 78, 70+

89, 27 2 Sam 7, 14+

89, 34 ma nwarrabx: TM "bla ma nikser". - tjubiti: Tr. "il-grazzja tieghi" jew "mhabbti" (13 il-mss., sirjak, vulg.).

89, 39 midluk: litt. hekk; tr. "konsagrat" jew "Messija". Il-kelma hawn tfisser id-dinastija kollha ta’ David.

89, 44 Kissirtlu x-xettru ta’ giehu: Tr. "nehhejtlu xifer ix-xabla tieghu": ’ap taxib ssur skond TM; tr. "kissirtlu x-xabla tieghu mal-blata", xa’apta bassur.

89, 45 Qassartlu z-zmien ta’ zghozitu: Tr. "temmejtlu gmiel il-kobor tieghu" jew "hadtlu x-xettru ta’ gmiel il-kobor", matteh hodo, x’aktarx; TM jgib "gmiel il-kobor tieghu" (?), mitteharo.

89, 53 Dossologija (innu ta’ tifhir) li ttemm it-tielet ktieb tas-salterju.

Nisga Salmi 58 sa 74Aktar fuq is-Salmi