ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA



speaker speaker

STORJA TAL-GHAQDA

:



Il-bidu u l-firda

Il-festi titulari hadu l-bixra taghhom ta’ kif nafuhom illum fuq medda ta’ snin u kienu diversi l-fatturi u c-cirkustanzi li wasslu ghal dan. Il-festa titulari tar-rahal taghna lill-Appostlu Sant’Andrija ghaddiet mill-istess zvilupp biex illum ghandna l-festa li nafu ahna.

Il-festa kienet tigi ccelebrata fil-jum proprju tal-festa liturgika ta’ Sant’Andrija jigifieri nhar it-30 ta’ Novembru. Fl-ewwel snin wara li Hal Luqa saret parrocca, l-festa kienet tkun celebrata fil-Knisja biss, u kienet tikkonsisti jew f’quddiesa kantata bil-panigierku biss, jew inkella quddiesa u ghasar kantati. Lejliet il-festa kien isir il-vespri u nhar il-festa kienet issir quddiesa kantata bil-panigierku fil-ghodu u kant tat-tieni vespri fil-ghaxija. Malli kien jintemm il-vespri ghal habta ta’ xi l-4.30 p.m. in-nies kienet titla’ sal-misrah. Min jintefa’ fil-hanut tax-xorb, min kien idur ma xi mejda jissogra xi haga tal-flus fuq ir-rota tal-loghob u ohrajn kienu jieqfu jpacpcu ma’ hbiebhom u jixtru xi bicca qubbajd minghand tal-qubbajd li dak innhar kienu jarmaw quddiem il-Knisja.

Fl-1575, il-festa kienet issir b’quddiesa u ghasar. Il-kappillan ta’ Bir Miftuh (li minnha harget il-parrocca ta’ Hal Luqa), Dun Bartolomeo Mangion kien qal lill-Isqof Dusina li kienet drawwa tieghu li fil-festi tal-irhula li kienu jsiru fil-parrocca tieghu, kien imur iqaddes fil-knisja fejn tkun qed issir il-festa. Fil-Knejjes l-ohra tar-rahal kienu jsiru l-festi fil-jum tal-patrun taghhom b’vespri u quddiesa. Xi festi minn dawn kienu jispiccaw b’ikla lill-kappillan jew lill-qassis li jkun ghamel il-festa. Gieli wkoll kienu jaghtu xi haga x’jieklu jew lill-foqra jew lin-nies li jkunu hadu sehem fil-festa tal-knisja.

Bejn l-1729 u l-1740 bdiet tohrog il-purcissjoni bir-relikwija tal-qaddis. Statwa ta’ Sant’Andrija ma kienx hawn u ghalhekk kienet tohrog ir-relikwija tal-qaddis. Din ir-relikwija ilha Hal Luqa sa mill-1715 u kien gabha habib tal-kappillan Agius, certu Francesco Albotti, minghand l-Abbati tal-patrijiet Cistercensi tal-Monasteru ta’ San Fabjan u San Sebastjan f’Ruma. Taha lill-Kappillan Agius fit-12 ta’ Gunju 1715 f’relikwarju tal-bronz indurat. Fl-1721 sar Ostensorju bi flus Dun Guzepp Ellul u n-Nutar Filippu Tonna.

Jibda l-brijju tal-festi esterni.....

Kien proprju l-Gran Mastru De Rohan li fl-1777 ordna biex il-festi kemm fil-Knisja kif ukoll barra jsiru bl-akbar pompa, u dan sabiex il-poplu jallegra ruhhu u jaljena. Dan kien il-bidu tal-festi fl-irhula u fl-ibliet kif nafuhom illum. F’Novembru 1781 insibu li l-Isqof Labini ra l-istatwa ta’ Sant’Andrija lesta fin-nicca taghha. Sfortunatament ma nafux min hadem din l-istatwa hekk artistika. Xi whud jahsbu li seta’ kien l-iskultur Hal Luqi Pietru Saliba. Il-mixghela kienet issir bit-tazzi taz-zejt u mhux l-ewwel darba li saru wkoll il-fjakkoli.

Beda jsir in-nar ghall-festa, b’murtaletti, maskli u giggifogu; filwaqt li fis-snin ta’ bejn l-1835 u l-1849, il-prokuratur kien jahseb biex igib banda ghall-festa. Di fatti fis-sena 1879, ir-rahal kien mixghela wahda: insibu li sew lejlet u nhar il-festa daqqew zewg baned. F’jum il-festa, banda daqqet fuq palk fil-pjazza u l-ohra mxiet mal-purcissjoni. Is-surmast Pawlu Nani li kien Maestro di Cappella, daqq ghall-ewwel darba antifona gdida komposta minn ibnu Antonio Nani.

Wara din l-antifona baqghet tinstema’ ghal hafna snin fil-festa tal-Appostlu Sant’Andrija, sakemm fl-1930 haditilha postha l-antifona li ghandna llum u li hija komposizzjoni ta’ Ferdinando Camilleri. In-nar ghal din is-sena inhadem kollu minn dilettanti Hal Luqin.

It-twaqqif tal-Baned Hal Luqin

Il-festa lill-Appostlu Sant’Andrija dejjem kienet il-qofol tal-hajja tal-parrocca taghna. Sant’Andrija minn dejjem kien f’qalb il-Hal Luqin u xhieda ta’ dan hu n-numru kbir ta’ parruccani bl-isem ta’ Indri; dahri hafna iktar mil-lum. F’’dan l-isfond, il-Hal Luqin xtaqu li l-festa taghhom tkompli tikber u tisbieh bil-partecipazzjoni tal-banda taghhom bhalma kien qed jigri f’diversi bliet u rhula ohra. Din ix-xewqa kompliet tikber u sabet l-appogg ta’ hafna. Ix-xewqa kienet li titwaqqaf banda biex tippartecipa fil-festa tat-titular Sant’Andrija. Ghalihom, ir-rahal u l-qaddis Patrun taghhom kienu l-ewwel u qabel kull skop iehor. Ma kien accettabbli ebda skop jew isem iehor. Ghalihom dawn il-Hal Luqin, l-isem ta’ Sant’Andrija kien jigi l-ewwel u qabel kollox; u hekk kif huma u l-ulied ta’ din il-parrocca kienu jigu mghammda bl-isem tal-Patrun, hekk ukoll xtaqu li titghammed l-ewwel Ghaqda Muzikali tar-rahal. Ma kienux ser jaccettaw li xi hadd barra mir-rahal jiddetta l-isem ta’ l-ewwel ghaqda muzikali, li l-iskop li ghalih kienet ser titwaqqaf kien proprju biex taghti gieh lill-Patrun tar-rahal bil-partecipazzjoni taghha fil-festa tieghu.

Kien proprju f’Gunju tal-1883 li dawn il-Hal Luqin patrijotti u intelligenti waqqfu l-ewwel ghaqda muzikali fir-rahal ta’ Hal Luqa bil-ghan li tiehu sehem fil-festa titulari tar-rahal iddedikata lill-Appostlu Sant’Andrija. Fost dawn il-Hal Luqin ma kien hemm ebda disgwid dwar l-isem: isem il-patrun tar-rahal "Sant Andrija". Sfortunatament kien hemm minn kien influenzat minn min ma qabilx ma’ l-isem, u ried isem iehor bla ebda konnessjoni ma’ rahal twelid din l-ewwel ghaqda muzikali. Il-Hal Luqin ta’ rieda soda ma gewx influenzati u ghal dawk li ma qablux, ma kellhomx trid ohra hlief li huma ftit xhur wara, jwaqqfu l-ghaqda muzikali taghhom, wara li min kien insista fuq l-isem, offra s-servizzi tieghu.

L-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija mmexxxija mis-sur Giuseppi Micallef kriet il-post numru 165, Strada Carmine, Hal Luqa, u hatru lil Mro. Tomaso Galea bhala l-ewwel surmast tal-Banda, li dak iz-zmien ma kellhu bzonn ta’ ebda introduzzjoni, ghax kien fost l-aqwa surmastrijet li kien hawn go gziritna u kien diga’ surmast ta’ baned ohra. L-iskop kien li din il-banda tippartecipa fil-festa ta’ dik is-sena stess, 1883; izda minhabba xi ntoppi, l-Pulizija zammet il-permessi. Bla dubju l-Banda Sant’Andrija daqqet fl-okkazjoni tal-ewwel quddiesa tas-sacerdot novell, Dun Indri Mifsud, f’Dicembru ta’ dik is-sena.

L-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija regghet daqqet wahedha fil-festa parrokkjali f’gieh il-Madonna tac-Cintura f’Awissu tas-sena 1884; u kienet l-ewwel festa parrokkjali bis-sehem tal-Knisja, fejn hadet sehem fiha Banda Luqija f’Hal Luqa. F’Novembru 1884, l-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija ippartecipat ghall-ewwel darba fil-festa titulari ta’ Sant’Andrija, kif ghamlet ukoll ghall-ewwel darba s-socjeta’ l-ohra tar-rahal.

Il-Guida Generale di Malta ta’ Giovanni Muscat (Ara Nota 1) tinkludi ghall-ewwel darba, l-Ghaqdiet muzikali tar-rahal fis-sena 1885, u l-ewwel insibu lis-Societa’ Filarmonica San Andrea, b’surmast Tomaso Galea; u wara s-Societa’ Filarmonica Unione, b’surmast Gavino Camilleri. Dan il-fatt juri bic-car li qabel, ma kienet tezisti ebda banda ohra, ghax kieku kienet tidher fil-Guida Generale di Malta, kif dehret kull banda ohra f’Malta li kienet twaqqfet fis-snin ta’ qabel. Ir-raguni ghaliex iz-zewg baned Luqin dehru fl-1885, meta dawn twaqqfu fl-1883, kienet ghax il-Guida tal-1885 kienet bdiet tidher f’nofs is-sena 1884; u hekk tal-1884 bdiet tidher f’nofs l-1883; meta l-ghaqdiet Luqin kienu ghadhom kif ser jitwaqqfu u ma setghux ikunu inkluzi f’dik is-sena.

L-ghan li ghalih twaqqfet l-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija f’Hal Luqa fl-1883 kien biex tippartecipa fil-Festa Titulari tal-Appostlu Sant’Andrija. Dan ghadu u jibqa’ l-ghan ewlieni ta’ din is-socjeta’.

Wara li rajna l-isfond li fih bdew iz-zewg ghaqdiet muzikali ta’ Hal Luqa issa nghaddu biex naraw kif giet iccelebrata l-festa tal-1884. Is-sena li kif ghidna, iddebuttaw iz-zewg baned Luqin fil-festa titulari ta’ Sant’Andrija.

Il-festa li saret fl-1 ta’ Dicembru 1884, kienet okkazjoni mhux tas-soltu ghal Hal Luqa. Hadu sehem ghall-ewwel darba z-zewg baned tar-rahal: l-Unjoni u Sant’Andrija. Barra minhekk, nhar il-festa, ha l-pussess il-kappillan il-gdid Dun Giusepp Tagliaferro. Il-Hadd lejlet il-festa, folla kbira ta’ nies giet ir-rahal biex tassisti ghat-translazzjoni u tgawdi l-festi esterni ta’ dak in-nhar. Il-mixghela kienet bit-tazzi taz-zejt u fjakkli. Il-gazzetta MALTA tghid li r-rahal kien huggiega wahda. L-imsemmija baned ghamlu marc mat-toroq tar-rahal. L-istess gazzetta MALTA tghid li kien ferm sabih tara zewg baned rivali jdoqqu muzika tassew sabieha u dan wara biss ftit xhur ta’ taghlim. Nhar il-festa wara nofs in-nhar sar il-pussess tal-Kappillan Tagliaferro. Sfortunatament il-purcissjoni dak in-nhar ma saritx minhabba x-xita.

Il-festa fl-ahhar tas-seklu Dsatax:

Il-festa kompliet tikber kemm fil-Knisja kif ukoll barra. Dun Guzepp Vella, fil-"Hajja ta’ Sant’Andrija", jikteb hekk:

"Il-festa ta’ Sant’Andrija ssir b’solennita’ kbira barra u gewwa. Il-Knisja tkun donnha genna, it-toroq ghandhom armar sabih..... Jaghmlu illuminazzjoni kbira, l-baned tar-rahal ihennu ‘l kulhadd bil-hlewwa u l-precizjoni tad-daqq taghhom. Maghhom igibu baned ohra, isir sparar u loghob tan-nar kbir... nistghu nghidu li l-aktar li jaghmlu fost l-irhula kollha."

L-1913:

Din is-sena, l-istatwa ta’ Sant’Andrija giet restawrata u ndurata mill-gdid mill-iskultur Bormliz Abram Gatt. L-istatwa twasslet lura Hal Luqa nhar il-Hadd 23 ta’ Novembru ghall-festa ta’ dik is-sena. Ghad-dehra tal-istatwa restawrata, l-folla prezenti nfexxet f’capcip kbir. Ghall-festa ta’ dik is-sena saret ukoll bradella u bankun gdid ghall-istatwa. Dawn inhadmu mill-imghallem Luqa Grixti fuq disinn ta’ Abram Gatt. It-tnax-il appostlu li hemm mal-bankun kienu ordnati l-Awstrija. It-tridu tal-festa beda’ l-Hamis bil-kant tal-vespri akkumpanjat mill-orkestra Sant’Andrija. Lejlet il-festa habat il-Hadd, u wara l-quddiesa tat-Te Deum, il-Banda Unjoni ghamlet marc brijjuz mat-toroq. Fil-ghaxija saret il-mixghela generali li kienet ghada ssir bit-tazzi taz-zejt kuluriti mal-faccata tal-Knisja u fit-toroq. Il-Banda Unjoni u l-Orkestra Sant’Andrija taw programm fil-pjazza u wara sar loghob tan-nar. Nhar il-festa fil-ghaxija hadu sehem il-baned San Guzepp ta’ Haz-Zebbug u Beland taz-Zejtun. Il-purcissjoni dik is-sena ghall-ewwel darba ghaddiet minn dawn it-toroq: tal-Karmnu, ir-Rixtellu, San Pawl, San Guzepp, San Gorg u Sant’Andrija; kif ghadha ssir sal-gurnata tal-lum.

Il-festa wara l-gwerra.

Minhabba l-gwerra l-festa esterna ta’ Sant’Andrija ghal xi zmien ma baqghetx issir. Fis-sena 1943 regghet bdiet issir. Lejlet il-festa, l-Banda Sant’Andrija ghamlet marc u programm fi Pjazza Sant’Andrija. Nhar il-festa kienet mistiedna l-banda L-Isle Adam tar-Rabat u din ghamlet marc u programm fi Pjazza Sant’Andrija fuq il-plancier.

Il-Bidu tal-Kwistjoni tal-Baned.

M’ghaddiex hafna zmien wara li regghet bdiet issir il-festa esterna li ma nqalghux l-intoppi. Lejlet il-festa ta’ Sant’Andrija fid-29 ta’ Novembru 1945, waqt li l-banda Sant’Andrija kienet ghaddejja bil-marc mill-pjazza, l-Banda l-ohra tar-rahal iterrompiet b’marc iehor. Dan kien il-bidu ta’ kwistjoni li nqalghet fir-rahal u damet sejra ghal snin twal. In fatti, dak in-nhar tal-incident, kien biss wara l-intervent tal-pulizija li l-Banda Sant’Andrija setghet tkompli bil-marc biex tispicca fuq il-plancier li kien fi Pjazza Sant’Andrija. L-istess gara s-sena ta’ wara; u wara l-intervent tal-pulizija, l-persuni involuti fl-incident talbu skuza lill-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija u ffirmaw dikjarazzjoni quddiem il-Kumitat.

Dawn il-kwistjonijiet damu jkaxkru diversi snin u xi snin minnhom, il-Banda Sant’Andrija bi protesta ma haditx sehem fil-festi ufficjali. Dan l-inkwiet kien qed jifni r-rahal kollu u kienu diversi l-persuni li ntervenew biex forsi jintlahaq ftehim.

Proposta biex il-Festa tibda’ ssir fis-Sajf.

Waqt il-laqgha generali li saret fl-20 ta’ Awissu tas-sena 1951, fuq proposta ta’ Felic Farrugia li giet ukoll issekondata minn Salvu Ciappara, il-Kumitat gie mitlub jaghmel dak kollu possibbli biex il-festa titulari ta’ l-Appostlu Sant’Andrija tibda’ ssir fis-sajf u jkellem lill-Kappillan biex jara x’jista jsir. B’risultat ta’ dan fit-2 ta’ Settembru saret laqgha u li ghaliha attendew l-ghaqdiet kollha tar-rahal kif ukoll il-fratellanzi, minbarra l-fratellanza ta’ L-Isem Imqaddes t’Alla u dik tac-Cintura. Din il-laqgha issejhet mill-Kappillan. F’dik l-istess sena (1951), l-awtoritajiet gholja tal-Pulizija iddecidew li b’effett immedjat, il-Banda Sant’Andrija tibda ddoqq f’Misrah il-Knisja minflok f’Misrah Sant’Andrija, filwaqt li l-Banda Unjoni ddoqq f’Misrah Sant’Andrija minflok f’Misrah il-Knisja.

Kellhom jghaddu ghaxar snin biex il-proposta li kienet saret mill-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija, biex il-festa tat-titular tibda’ ssir fis-sajf, issehh fir-realta’. In fatti, fl-1961, l-Awtoritajiet tal-Knisja laqghu ix-xewqa tal-poplu ta’ Hal Luqa u l-festa f’gieh l-Appostlu Sant’Andrija bdiet issir fl-ewwel Hadd tax-xahar ta’ Lulju. Dik is-sena (1961) il-festa saret fit-2 ta’ Lulju. Il-baned tar-rahal daqqew it-tnejn lejlet il-festa u l-baned mistiedna daqqew nhar il-festa filghaxija.

Jintlahaq ftehim.

Wara diversi tentattivi u medjazzjonijiet bejn iz-zewg baned tar-rahal dwar il-kwistjonijiet li bdew fl-1945, fis-sena 1964, il-Kappillan Dun Innocenz Borg rega’ ha l-inizjattiva f’idejh u wara diversi laqghat u korrispondenza, il-Gentlemen’s Agreement kif propost mill-Kappillan Borg, fl-ahhar gie ffirmat. Fit-12 ta’ Marzu 1964, gie ffirmat dan il-ftehim mill-President u s-Segretarju taz-zewg baned Hal Luqin, mill-Kancillier Mons. Giovanni Mifsud u mill-Kappillan Innocenz Borg; u l-Avukat Joseph Sapiano iffirma bhala xhud tal-ftehim. Principalment dan il-ftehim stabilixxa li d-dritta tal-baned tkun sena kull wahda. Dan il-ftehim, barra li jirregola l-festa ta’ Sant’Andrija, jirregola wkoll kull okkazjoni ohra li fiha jiehdu sehem iz-zewg baned tar-rahal. U hekk bil-ghajnuna t’Alla spiccat darba ghal dejjem kwistjoni li damet sejra 19-il sena u kienet ghodda firdet lir-rahal.

Tkompli tikber il-festa.

Sa’ l-1971, il-festa esterna tal-festa titulari kienet iccelebrata lejlet u nhar il-festa biss. Lejlet il-festa kienu jsiru marci miz-zewg baned Luqin bl-istatwa tal-Anglu mill-Banda Unjoni u bl-istatwa ta’ Malta Gwerriera mill-Banda Sant’Andrija. Wara kienu jsiru programmi muzikali minn kull banda fuq il-plancieri rispettivi taghhom. Nhar il-festa fil-ghaxija, kull Kazin kien jistieden Banda biex iddoqq waqt il-purcissjoni.

Fl-1972, intlahaq ftehim bejn iz-zewg baned sabiex jibdew jiccelebraw l-ahhar tridu tal-festa sena kull wahda. Fit-30 ta’ Gunju 1972, fl-ahhar tridu tal-festa, il-Banda Sant’Andrija ghamlet marc mat-toroq tar-rahal u wara esegwit programm muzikali fuq il-plancier fil-Pjazza tal-Knisja.

Fil-25 ta' Mejju 1978, sar ftehim iehor bejn iz-zewg kazini, dejjem fil-prezenza u bl-appogg tal-Kappillan, li permezz tieghu sena kull wiehed, il-baned ta’ Hal Luqa bdew idoqqu nhar il-festa, l-Hadd fil-ghodu. Dik is-sena l-marc sar mill-Banda Unjoni, filwaqt li l-Banda Sant’Andrija kien imissha s-sena ta’ wara. Dan ghadu jsir hekk sal-lum.

Wara li komplew diversi diskussjonijiet, principalment fuq is-sehem tal-baned fil-hrug tal-vara tal-Knisja min-nicca, fis-sena 1985, matul il-parrokat tal-Kappillan Dun Kalcidon Vassallo, intlahaq ftehim bejn iz-zewg baned u l-Kappillan, dwar il-festa esterna u minn dik is-sena, is-sehem tal-baned kellu jkun a bazi ta’ gimgha festi bis-servizzi jalternaw kull sena bejn iz-zewg baned:

Sadattant kienet dahlet id-drawwa fost il-partitarji ta’ l-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija li l-ghada tal-festa, fil-jum tat-Tnejn, wara li jigu mix-xalata tradizzjonali, jnizzlu l-istatwa ta’ Sant’Andrija minn fuq il-pedestall taghha u jidhlu biha l-Kazin. Din l-attivita’ sabet diversi ntoppi, izda llum din l-attivita’ saret parti mill-festa bil-partecipazzjoni taz-zewg kazini.

Biex il-festa ta' Sant'Andrija tkompli tikber, fl-24 ta' Gunju tas-sena 1994, is-sezzjoni taz-Zghazagh ta' l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija introduciet il-"Lejla Maltija" fir-rahal ta' Hal Luqa, li wara baqghet tissejjah il-"Lejla a la Hal Luqija" - serata ta' varjeta' u ta' talent lokali, bi stands ta' l-ikel u xorb. Din l-attivita' saret fil-pjazza ta' quddiem il-Kazin u mill-ewwel kienet success bi pjazza mimlija nies u partitarji, u kienet ta' livell gholi. Din il-Lejla ntemmet bi spettaklu ta' nar ta' l-art mahdum mid-dilettanti tal-istess socjeta'.

Is-sena ta' wara, s-Socjeta' Filarmonika L-Unjoni riedet hi ukoll li taghmel xi haga simili fl-istess gurnata li kienet saret is-sena ta' qabel. Ghal dik is-sena wara hafna laqghat iz-zghazagh hargu bil-proposta biex dik is-sena jkunu jistghu jaghmluha fil-gurnata ta-Tlieta tal-festa li kienet vojta. Din giet accettata mis-SOcjeta' l-ohra ghal dik is-sena biss.

Is-sena ta' wara, il-Kunsill Lokali ippropona liz-zewg partijiet fil-prezenza tal-Kunsill Lokali li sena kull wiehed, wahda ssir il-Gimgha ta' qabel il-gimgha tal-festa u l-ohra ssir f'gurnata ohra basta jkun hemm gimgha zmien bejn kull attivita' u mhux fil-gimgha tal-festa. Hekk illum din l-attivita, inizjattiva tas-Sezzjoni Zghazagh tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, saret parti mill-festa esterna ta' Sant'Andrija.

Qabel il-festa tas-sena 1998, l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija ghamlet proposta biex minn dik is-sena stess tibda tiehu sehem banda fil-gurnata tat-Tlieta (li kienet vojta). Ghalhekk il-proposta kienet li fil-gurnata tat-Tlieta tiehu sehem dik il-banda li jkun imissa servizz anqas, jigifieri dik li ma jkolliex is-servizz tal-hrug min-nicca. Ghalhekk ghas-sena 1998, kienet tkun l-haqda Muzikali Sant'Andrija. Dil-proposta ma gietx diskussa.






NOTA #1: - mehuda mill-Guida Generale di Malta per l’anno 1885 (anno III) di Giovanni Muscat: Pagina 99 - 101

LISTA TA’ BANED

Lista ta’ baned Maltin li kienu gia mwaqqfa fiz-zmien li twaqqfet il-Banda Sant’Andrija: jigifieri 1883.

NAZIONALE LA VALLETTE - Valletta - Direttur: E. Bartoli
NAZIONALE VINCITRICE - Valletta - Direttur: E. Sassone
NAZIONALE VILHENA - Floriana - Direttur: C. Abela
PROGRESSO VINCITRICE - Senglea - Direttur: C. Abela Scolaro
LA SENGLE’ - Senglea - Direttur: P. Miruzzi
SAN GIORGIO - Cospicua - Direttur: C. Abela
L’ISLE ADAM - Notabile - Direttur: E. Aguis - Asst. Direttur: C. Spiteri
CONTE RUGGIER - Notabile - Direttur: F. Xuereb
SOC. FILARM. DI BIRCHIRCARA - Birchircara - Direttur: T. Galea
SOC. FILARM. DEL ZEBBUG - Zebbug - Direttur: M.A. Debono
SOC. FILARM. DEI CURMI - Curmi - Direttur: G. Zarb
SOC. FILARM. DEL ZURRICO - Zurrico - Direttur: C. Zammit
SOC. FILARM. DELLA MUSTA - Musta - Direttur: G. Demajo
SOC. FILARM. LA STELLA - Zeitun - Direttur: A. Mifsud
SOC. FILARM. PALMA - Zeitun - Direttur: Gio Batta Cassar




il-Banda fl-1924 l-Orkestra fl-1907 il-Banda llum



Storja


Copyright ©2001 - St. Andrew's Band Club, Luqa Malta

Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: May 2004