Sabiħ(a) kif int!

Min jaf kif għejjiet bil-baħar iħabbat magħha, darba wara oħra, jum wara jum, sena wara sena. U min jaf x’tgħid! M’għadiex il-blata bsaħħitha li kienet. Issa l-forma tbewqet, il-bebbux u r-rizzi mlewha ħofor u mtliet ħaxix. Il-baħar saħansitra niffed toqba minn naħa s’oħra. Ġerħa kbira tassew! Kienet kburija bil-ġebel iebes tagħha. Issa donnu dgħajjfet, xjaħet, krieħet!

Però għan-nies li jarawha ġmielha ma ntilifx, anzi kiber. Il-ħaxix ma jurix telqa iżda sinjal ta’ ħajja. Il-forma l-ġdida tagħha saret isbaħ u l-ħofra ssaħħar lil min jarha.

Xi ftit jew wisq din hi ħajjitna u din hi l-istedina tagħna: mhux tant li ndewwu l-ġrieħi tagħna iżda li nagħrfu li dawn l-istess ġrieħi jagħmluna sbieħ. Imma l-blata teħtieġ persuni oħra li juruha li hi sabiħa!

 

stampa meħuda minn:


Our lives are touched by many people
but only a few leave that special
feeling in our hearts that lasts forever