Ħarsa lejn il-futur

Mexxej ta’ tribů Indjan kien jgħix fil-qiegħ ta’ muntanja. Darba, waqt li kien qed imut, sejjaħ lit-tliet uliedu u qalilhom: "Jien qed immut u wieħed minnkom irid ikun mexxej minfloki. Irrid li kull wieħed minnkom jitla’ fuq il-muntanja mqaddsa u jġib rigal. Min iġib l-aħjar rigal ikun hu mexxej minfloki".

Wara xi ġranet uliedu reġgħu lura. L-ewwel wieħed ġablu fjura li kienet tikber fuq il-quċċata u kienet rari ħafna u sabiħa. It-tieni ġablu ġebla kollha kuluri, lixxa u tonda, illustrata bix-xita u l-irjieħ. Id it-tielet wieħed kienet vojta. Dan qallu: "Missier, jien ma ġibtlek xejn x’nurik. Kif kont fuq il-muntanja qaddisa ħarist lejn in-naħa l-oħra u rajt art sabiħa mimlija ħdura u għadira tleqq. Għandi f’moħħi fejn in-nies tagħna jkunu jistgħu jgħaddu ħajja aħjar. Kont tant mifxul b’dak li rajt u dak li bdejt naħseb li ma stajt inġib xejn miegħi". U missieru wieġbu, "Int tkun il-mexxej tan-nies tagħna, għax ġibt miegħek l-aktar ħaġa prezzjuża – il-viżjoni ta’ ħajja aħjar”.

Djarju Ħabib 1997