X’nistgħu inkunu?

Kien hemm pittur li kien jaqla` l-għixien tiegħu billi jpitter l-uċuħ tan-nies fit-triq. Darba minnhom, wieħed mill-klienti kien wieħed xurban, kollu mċerċer, b’leħja daqsxiex. Meta l-artist lesta l-pittura – li dam fuqha ftit iktar mis-soltu – qabadha u taha lir-raġel. “Dan mhux jien”, qallu r-raġel kollu mistagħġeb waqt li qaħad jifli l-pittura li kienet turi raġel liebes pulit u bit-tbissima, flok wiċċ maħmuġ u mċerċer. L-artist, li ma rax biss il-qoxra imma ra s-sbuħija li kien hemm taħt il-qoxra wieġbu: “Dik turi dak li tista` tkun int”.


Il-bniedem ma jistax jiskopri oċeani ġodda jekk
m’għandux il-kuraġġ iħares lil hemm mix-xatt