Idhol fuq
 

 

| ABBONA | | STATUT | | CAHHAD | | LINKS | | CREDITS |
Idhol fuq
Tgharif fil-qosor:

Ta' Warda Youth Services

Tgharif fil-qosor:

Merhba fil-website ufficjali tac-centru taz-zghazagh Ta' Warda. Ic-centru taz-zghazagh Ta' Warda jinsab f’Haz-Zebbug, u qieghed faccata tal-kappella tad-Duluri, mal-hajt tac-Cenaklu. Ic-centru taz-zghazagh Ta' Warda, huwa centru tal-knisja li joffri kenn u servizzi liz-zghazagh pre-adoloxenti, adoloxenti u post adoloxenti. Ic-centru jaghraf jorgannizza attivitajiet u okkazjonijiet biex jintegra z-zghazagh, f’adulti ideali.

L-integrazzjonji taz-zghazagh, hija mibnija fuq holoq t’ edukazzjoni spiritwali, edukazzjoni socjali u edukazzjoni morali; fir-rigward u l-applikazzjoni fid-dinja ta’ kuljum. Minbarra il-laqghat, ta kull nhar ta’ gimgha, li huma ta’ importanza kbira ghall-membri, jezistu attivitajiet hekk imsejjha socjali. Fost dawn nistghu nsemmu, live-ins, concerts u talent shows, hikes, bbq’s, discos u funzjonijiet ohra. Minbarra dawn wiehed, irrid jinkludi l-attivita’ li jkun hemm matul il-gimgha, fic-centru. Ic-centru jkun miftuh matul il-gimgha sabiex iz-zghazagh ikunu jistghu jiltaqaw bejniethom, jiccajtaw, jilaghabu, bid-diversi loghob li nsibu fic-centru fosthom; biliards, table tennis u loghob ta’ gewwa iehor. L-ghan li wiehed jattendi ic-centru m’huwiex, bhal ma jafu sew il-membri, dik li nqatta l-hin (ie: narmi/nahli), imma pjuttost nsibu kultura ta’ kommunita kennija fejn kulhadd lest biex jghin u jintegra socjalment, jaqsam valuri ma haddiehor u jaghraf jiddefendi u jkun assertiv aktar milli aggressiv jew passiv. Kull zaghzugh li jixtieq jsir membru, f’dan ic-centru irrid ikun lest li diehel f’familja; u jrid jikontribwixi ugwalment, jekk jippretendi li jrid jappartjeni f’din il-familja ugwalment.

Ic-centru taz-zghazagh Ta' Warda, huwa centru serju u centru, ghal zghazagh li jhaddnu l-filosofija tal-bidla u t-tigdid, ghalkemm diversi drabi fil-passat kien suggett ghal zeblih, tort ta xi individwi injoranti li ma gharfux l-importanza ta’ dan ic-centru u l-valur li jhaddan ghall-membri tieghu, xorta jibqa centru serju u hajt ta’ kenn ghal min ghandu bzonn. Ic-centru jilqa liz-zghazagh kollha li huma lesti ghal dan il-kommitment, b’hekk biss wiehed jista jara l-bidu tal-bidla li fuq pass progressiv twassal ghal manifestazzjoni tal-kwalitajiet mohbija fil-bniedem, b’hekk biss il-passat jghin il-present jibni futur ahjar ghaz-zghazagh,mhux biss aktar fuq basi ta’ karriera imma aktar bhala avventura biex tiskopri lilek innifsek!

Ic-centru ghandu diversi hinijiet tal-ftuh, bhalissa qed jiftah mit-Tlieta sal-Hamis mis-7.30 sal-10.30, u nhar ta Gimgha, il-gurnata tal-laqat, mis-6.30 sal-10.30. L-etajiet tal-membri huma minn 12-il sena il-fuq. Tajjeb nghidu illi zghazagh ta’ bejn 12-16 huma maqsuma fi gruppi msejjha bhala Pre-Youths, zghazagh tal-fuq minn 16 sa 25 qieghedin fi grupp li jissejah Youths.Biex wiehed jsir membru f’dan c-centru jista’ jikkuntatja jew lill-arcipriet tal-Parrocca, Rev. Daniel Cardona jew jikkuntatja lill–Vici arcipriet tal-Parrocca, Rev. Charles Cini, jew inkella jigi sac-centru u jsaqsi hemm hekk.

Ghal aktar informazzjoni jew biex tidhlu tghamlu parti mill-WardaWebCommunity ibaghatu e-mail fuq tawarda@hotmail.com

Dan l-abbonament jista’ jsir awtomatikament billi tiklikjaw min-navigator fuq Abbona Hawn!!.

 

Ghid lill-Habib b'din s-site:


 
Aghmel Ta' Warda l-Homepage tieghek    

 

  Counter